Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 39

Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Magħrufa għall-mod kif problema tidħol għaliha u b'dik il-kalma, tisfrutta s-sitwazzjoni li tidher iebda, issa aktar u iktar għandek taġixxi hekk jekk il-partner qed joħloqlok sitwazzjonijiet li mhumiex għall-gosti tiegħek. Din hi fażi li ħa tgħaddi min- nha, u trid turi l-kredibbiltà tiegħek ħalli tgħeleb dan l-ostaklu. Tgħaġġilx f'xi deċiżjoni li tgħaddi minn moħħok. Aħseb fit-tul! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 22 u 30. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Fil-jiem li ġejjin, ħabib jew membru tal-famil- ja ħa jaħsdek bl-imġiba tiegħu, dan ħa jwas- sal għal ċertu tħassib serju madwarek kemm għandek tafda jew le. Min-naħa l-oħra, il- karriera tiegħek se tkompli toffrilek sfidi ġodda u opportunitajiet ġodda però ċertu proġetti li għandek f'moħħok, għadu mhux il-waqt li toħorġuhom għalissa. Novembru xahar importanti. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 24 u 35. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Bħalissa ħa tgħaddi minn fażi ta' emozzjonijiet u espressjonijiet. Dan kollu ħa jiġri għax jaf ġejjin sitwazzjonijiet f'daqqa li ħa jkollok fejn fuq naħa trid turi l-emozzjonijiet tiegħek vera x'inhuma għal dak li jkun, mentri fuq in-naħa l-oħra, trid tara kif tesprimi ħalli ma tmurx tinftiehem ħażin jew l-oppost. Int li qed taqra, żgur taf għalxiex qiegħed nirreferi. Trid tagħraf int xi trid! Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 27 u 40. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Wasal żmien li toħroġ mir-rutina tal-ġurnata u stedina li ħa jagħmlulek xi ħbieb biex tmur weekend magħhom, għandek taċċetta bil-qalb kolha għax din ħa toħorġok minn dik il-ħajja mo- notona, u ħa tagħtik nifs ġdid. Għandek ukoll tfittex li filgħaxija issib ħin għalik biex int tirrilassa xi ftit. Il-pressjoni li tinsab għaddej minnha bħalissa, trid issib it-tarf tagħha ħalli int tissaħħaħ. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 28 u 39. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-ħajja tiegħek qiegħda tieħu żvolta, li bil- kemm qed tlaħħaq magħha. L-affarijiet qegħdin jikbru u jinbidlu minn jum għal jum madwarek, u ftit ta' ġimgħat oħra ħa tkun fiċ-ċentru ta' bosta kummenti. Int ibqa' rasek merfugħha għax dak li qiegħed jiġri u se jiġri huwa kollu frott ta' sagrifiċċji li qed tagħmel. Bidla li ġejja madwarek ħa tkompli tagħmlek persuna mibdula. Agħraf imxi. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Dieħla fażi ta' responsabbiltà u ta' ħsibijiet aktar profondi dwar il-karriera u relazzjoni tiegħek fejn int trid tagħraf taqbel li ma toħloqx xi nar bejn il-karriera u l-imħabba. Issa trid ukoll tgħaraf ċertu ħiliet li int trid turi kemm int tajba fihom. Għalkemm int tħoss li hem fażi daqsxejn iebsa għaddejja, is-sabiħ ta' dan kollu tarah għax-xahar ta' Novembru fejn dak li żrajt jibda jinbet. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 4, 14, 27 u 39. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Ħolma li tant ilek toħlom, fl-aħħar se ssir realtà u din ħa ssarraf f'ċertu tibdil. Issa jew tilħaq tibda bil-mod tibdel dak li int taf li wasal iż–żmien li għandek tagħmlu jew inkella jiġri kollox f 'daqqa, li mhux tajjeb għalik bħalissa. Toqgħodx tinkwieta mill-infiq li ħa tagħmel għalik. Li ttejjeb lilek innifsek huwa l-isbaħ rigal li tista' tirċievi. Kun galbat f 'dak li tagħmel. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 21 u 34. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Fażi ta' biża' u inċertezzi għaddejjin minn madwarek, li qegħdin jikkawżaw telf ta' av- vanz ta' tkabbir fil-karriera tiegħek. Ħabib ħa jinnotak u ħa jagħtik l-għajnuna. Int toqgħodx lura, bħalissa li inqbadt f 'din il-fażi trid l-għajnuna ħalli toħroġ minnha u tkun tista' tissaħħaħ f 'dak li ġej u hemm għalik. Ma dan ħa tirċievi aħbar tajba u din ħa tkompli timlik b'aktar fiduċja. Ħares 'il quddiem. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 28 u 35. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Deċiżjoni li għandek tieħu, ħudha fi żmien opportun. Bħalissa żgur tista' toqgħod lura. Din hi ġimgħa fejn int għandek tirrifletti. Hi ġimgħa fejn trid taħseb għal dak li int trid tagħmel fix-xaharejn li ġejjin. Jekk tħoss li ċertu tibdil per- sonali hemm bżonn isir għat-titjib, għamlu bla ebda pariri. Mhux kulħadd jista' jidhem int x'qed tħoss ġewwa fik. Allura, huwa int it-tabib tiegħek innifsek! Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 16, 29 u 40. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Bosta attivitajiet li għandek ippjanati għaż- żmien se jirrikjedu bosta enerġija, għalhekk huwa bżonn li issib ħin għall-mistrieħ tiegħek. Sorpriża tiegħek jekk inti single, li minn attività li se tiltaqa' ma' partner tiegħek, fejn wara bosta żmien waħdek, issa wasal iż–żmien li tingħaqad. Żmien ta' infieq riesaq u għaraf l-infiq sewwa. Tħejjija ta' baġit ikun ta' gwida tahba. Kun responsabbli. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 27 u 34. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat- 22 ta' Diċembru Invit għal riċeviment li int bħal tirrifjuta m'għandekx tagħmel dan, anzi ilqgħu għax permezz ta' dan l-invit, ħa tiltaqa' ma' ħabib li ilek żmien twil ma tiltaqa' miegħu, ħa jkun ta' ġid u ta' importanza li ħa jiġri dan il-kuntatt. Ħu ħsieb id-dieta u t- tibdil ta' x'qed tiekol għax ikun ta' ġid. Ix-xahar li ġej, għandek deċiżjoni iebsa ġejja. Int taf rigward dan, ibda aħseb dwarha. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 24 u 38. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Pjan li ilek tippjana għalih u li mingħalik kien wasal iż-żmien li jitwettaq, se jitħarbat minħabba l-aħbar li ħa tasal bħal sajjetta fil-bnazzi. Però, kif jingħad, xejn ma jiġri għal xejn. Ħsibijiet dwar vaganza, xorta waħda ppjanahom għax tkun utli għalik. Sfida li reisqa lejk, ilqalha ħalli turi l-karat- tru tiegħek u anka int tagħraf lilek innifsek. Żmien ta' bosta ċaqliq. Taqtax qalbek. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 20 u 37. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Il-Ouija Board: Sue Sue, Tania u Fiona kienu nġabru f 'kamra tal-ġenituri ta' waħda minnhom li kienu marru għal vaganza. Kienu għażlu l-Erbgħa, lejla b'qamar kwinta. Sue kienet ħadmet personalment il-Ouija Board. Għażlitha kulur ħamrani, bl- ittri suwed. Ippjanaw li t-tlieta li huma isumu bħala sagrifiċċju, u għall-ħabta tal-ħdax, inġabru fil-kamra fejn Sue taqqbet il-ponta ta' subgħajhom u bid- demm li ħareġ, ċappsu forma ta' triangolu fuq il-Ouija. Wara ftit ħin magħqudin flimkien, bdew isejħu biex jirċievu xi sinjal. Ma damux wisq, li qalb magħmula mix- xemgħat bdiet il-manuvrar tagħha għall-iskantament tat-tlieta li huma. Staqsew ma' min kienu qed jagħmlu kuntatt, u inkiteb l-isem ta' Daniel. Ma' dan il-mument, il-kamra qisha ħadet żvolta oħra fejn waqgħet kesħa qawwija u t-tlieta li huma bdew iħossu ġisimhom jintmess. Sakemm kienu magħqudin, bdew jirċievu risposti għal dak li bdew jistaqsu. Ġara iżda li f 'waqt minnhom, Tania nħallet minn magħhom, u kollox waqaf ħesrem. Fiona reġgħet ippruvat tgħaqqad biex jerġa' jsir kuntatt, imma kien għalxejn. Tania saqsiet lil Sue jekk hux se jiġrilhom xi ħaġa, imma weġbitha, "Xi tridu jiġrilna?" Għal erbat iljieli komplew għaddejjin b'din is-sitwazzjoni u kull darba s-sitwazzjoni teskala sakemm kellhom jieqfu għax ġew il-ġenituri lura, u minn hawn bdew l-affarijiet strambi. Sue dak iż-żmien kellha 15-il sena. Fl-iljieli ta' wara, bdiet taħseb li dan l-ispirtu, Daniel li kienu qanqlu, beda jkun fil-kamra magħha u bdiet tħossha skomda. Ġara li lejla fost l-oħrajn, tard mal-lejl bdiet tħoss bħal xi ħadd imissha, sa li kważi ħasset li kienet qed tħossha sesswalment milħuqa. Hi ma qalet xejn lit-tnejn l-oħra, imma l-attività bdiet tiggrava u kellha tiftaħ qalbha! Għal bosta ġimgħat, is-sitwazzjoni bdiet tmur għall-agħar u ddeċidiet li tmur għand qassis, fejn dan, wara li sema' x'kien ġara, assistiha f 'sessjoni ta' talb, u s-sitwazzjoni kkalmat. Għaddew erba' snin, u Sue kienet f 'relazzjoni u malli tgħarrset, fejn l-għarus libbisha ċurkett, l-affarijiet bdew sejrin ħażin. Reġgħet bdiet tħoss bħal preżenza fil-kamra tas-sodda tagħha u reġgħet bdiet tħoss ġisimha jittieħed sesswalment. Ftakret fil-Ouija Board u għażlet lejl partikolari fejn għamlet kuntatt waħedha. Daniel wieġeb mill-ewwel. Hi staqsietu jekk kinetx se tiżżewweġ lill-għarus tagħha u r-risposta kienet LE. Hi ma tatx widen għal dan u kompliet miexja għaż-żwieġ, u filf-att kien irnexxielha tiżżewweġ u rat li kien irnexxielha tgħeleb dan, imma il-kbir kien għadu ġej. Tkompli l-ġimgħa d-dieħla… Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil PaulJon fuq l-email pauljon. aquilina13@gmail.com.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015