Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 S entejn u nofs wara r-rebħa elettorali tal- Partit Laburista, it-tibdil u t-taqlib fil-Korp tal- Pulizija, flimkien man- numru ta' kontroversji u skandli li ħakmu l-pulizija Maltija, waslu sabiex it-tmexxija tal-Korp tal- Pulizija qiegħda dejjem fiċ-ċentru ta' argumenti u battibekki politiċi. Biss biss, ġimgħa ilu, proprju fiċ- ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza tal-Partit Nazzjonalista, l-Mexxej tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li taħt l-amministrazzjoni preżenti, il-kredenzjali tal-Korp tal-Pulizija ħadu daqqa ta' ħarta kbira, u li aktar minn hekk, ix-xogħol tal-uffiċjali tal-pulizija qed jiġi mtappan bin- numru ta' kontroversji li ħakmu l-Korp, fosthom dawk li jinvolvu l-eks Kummissarji Peter Paul Zammit u Ray Zammit. Fil-fatt dan ġie mtenni wkoll mill-Ispettur Sandro Camilleri, l-President tal-Police Officers Union (POU-GWU), li ma' dan il-ġurnal saħaq li l-kontroversji u l-inċidenti li seħħew matul dawn l-aħħar xhur, tefgħu dell ikrah fuq l-integrità tal- pulizija Malti. Imma lil hinn minn dan, l-Ispettur Camilleri jsostni kif konsegwenza ta' dan "it-tiżfin politiku," il-pulizija qed iħossuhom kontinwament fil-mira ta' attakki u taħt investigazzjoni. Indubjament dan l-iskrutinju żejjed u inġust fuq kull pulizija mhux qed iħalli l-frott, iżda kuntrarjament, wassal sabiex il-pulizija llum qegħdin iħossuhom daharhom mal-ħajt, bl-unika soluzzjoni tkun dik li titlaq. Mal-ILLUM, l-Ispettur Camilleri jgħid kif dan, flimkien mat-"tmexxija riġida fil-Korp tal-Pulizija" u moral baxx, qed jirriżulta sabiex il-pulizija jħossuhom iktar beżgħana. Filwaqt li jammetti li dan l-iskrutinju mhux fenomenu ġdid u li fil-fatt "uffiċjal tal-pulizija huwa mistenni li jibqa' b'seba' għajnejn għal 24 siegħa", il- President tal-POU jispjega li hemm fatturi oħrajn li jixhdu stampa ċara tas-sitwazzjoni mwiegħra fi ħdan il- Korp tal-Pulizija. Eżodu ta' pulizija li l-Korp qatt ma ra bħalu L-Ispettur Camilleri jammetti kif l-esperjenzi fil-passat riċenti juru kif fil-fatt, il-pulizija ilhom għal bosta snin jitilqu, iżda jsostni li kemm ilu pulizija, iġifieri 'l fuq minn 20 sena, l-eżodu tal-pulizija qatt ma laħaq proporzjonijiet daqshekk gravi, "Il-pulizija f 'Malta mhumiex trattati tajjeb u jħossuhom demoralizzati. Kien hemm ħafna pulizija li telqu mill-Korp minħabba d-dell ikrah li qed jintefa' fuqhom u konsegwenza tal- fatt li kulħadd qed jitpoġġa fl-istess keffa, qed iħossuhom imweġġgħin. Sfortunament fil-Korp, il-mertu ma teħdux u li pulizija jagħmel tul il-karriera tiegħu ma jiġix ikkunsidrat," huwa jispjega. Iżda lil hinn mir-relazzjonijiet pubbliċi tal-Korp tal-Pulizija, Camilleri jsostni li l-kawża aħħarija għal dan l-eżodu u l-problemi fil-Korp imorru aktar fil-fond. Fost l-oħrajn huwa jsemmi l-kundizzjonijiet ta' xogħol inferjuri, pagi baxxi, u nuqqas ta' rispett. "Fl-esperjenza tiegħi, kien hemm bosta raġunijiet għaliex telqu l-pulizija, mhux paga biss, il-problemi jmorru aktar fil-fond. Il-pulizija huma demoralizzati, ma jistax ikun li persuna li ssuq minn fuq il-pala ta' saqajn pulizija, taqla' piena aktar ħanina minn persuna li tispara fuq għasfur. Fejn hi s-sigurtà tal-pulizija?" Camilleri jsostni. Problemi fil-Korp kawża ta' deċiżjonijiet interni Imma aktar minn hekk, mal- ILLUM, l-Ispettur Sandro Camilleri jispjega kif taħt it-tmexxija preżenti qed jitilqu ħafna iktar. Fil-fatt huwa jispjega kif dawk il-persuni li jkunu għalqu l-25 servizz idabbru rashom mill-aktar fis possibli, filwaqt li dawk l-uffiċjali ġodda, jitilqu mill-Korp "wara li jirrealizzaw bin-nuqqas lampanti ta' struttura li teżisti fil- Korp." "L-akbar problemi fil-Korp huma kawża ta' deċizjonijiet interni. M'hemmx dubju li d-dixxiplina hija tajba u importanti fil-Korp, però d-dixxiplina m'għandha qatt tkun użata bħala theddida. Hemm ħtieġa ta' mentalità aktar miftuħa, aħna m'għadniex fi żmien il-Medju Evu u l-affarijiet mhux sewwa li jibqgħu jimxu b'dan il-mod." "Il-problemi ilhom hemmhekk, hemm problema kbira ta' management. Hemm bżonn li jkun hemm modernizzar u bidla fil-mentalità u l-istrateġija ta' kif għandu jimxi l-Korp. Irid ikun hemm mentalità friska u bidla mill- qiegħ. Il-pulizija qed jidħlu b'ċertu ħeġġa iżda ftit wara din ma tibqax," l-Ispettur Camilleri jtenni. Paga miżera ma tirriflettix is-sogru u r-responsabbilità tal-Pulizija Fir-realtà, il-President tal-Police Officers Union jtenni kif il-pensjoni tas-servizz wara 25 sena tibqa' waħda mill-aktar raġunijiet għaliex iż-żgħażagħ qed jagħżlu li jidħlu fil-Korp tal-Pulizija. Iżda, b'ton kawt, huwa jesprimi t-tħassib tiegħu hekk kif il-wegħda ta' pensjoni fil-Korp tal-Pulizija qed tiġi oskurata mill- kundizzjonijiet ta' xogħol inferjuri li qed joħolqu piż żejjed fuq spallejn il-pulizija. Huwa jsemmi kif fost l-oħrajn, il-pulizija, li effetivament huma l-persuni li jiddedikaw ħajjithom għas-sigurtà tal-pajjiż, huma nieqsa minn affarijiet fundamentali li f 'xogħlijiet oħrajn, huma kkunsidrati bħala prassi u normalità. "Il-paga li pulizija jaqla ma tirriflettix ix-xogħol li jrid jagħmel. Pulizija huwa mitlub li jaħdem 46.5 siegħa fil-ġimgħa, u mhux 40 siegħa bħal oħrajn. Ma' dawn is-sigħat trid iżżid is-sahra, li fil-maġġoranza tal- każijiet ikollok tagħmilha, trid jew ma tridx. Aktar minn hekk, spettur ma jaqlax flus żejda tas-sahra, u fir-realtà, d-differenza fil-paga bejn spettur u xufier jew kuntistabbli, ma tirriflettix is-sogru u x-xogħol żejjed." "Il-paga trid tkun għolja biżżejjed biex il-pulizija tkun imbiegħda minn ċerti tentazzjonijiet. Huwa sigriet magħruf li hemm pulizija li konsegwenza tal-paga baxxa, ma jkunux jistgħu jmantnu lil familthom u għaldaqstant ikollhom jagħmlu xogħol ieħor," Camilleri qal. L-Ispettur Camilleri spjega kif minkejja li l-paga miżera ilha problema għal bosta snin, il-Korp tal-Pulizija ma jħallix uffiċjali jagħmlu xogħol ieħor fuq bażi part-time - għajr għal dawk li jiksbu permess mill-Kummissarju tal- Pulizija. "Il-pulizija qed jinżammu f 'bozza. Għad hawn il-mentalità antika li pulizija ma jistax jippratika l-passatempi tiegħu jew jagħmel xi xogħol wara l-ħin minħabba l-biżà ta' kunflitt ta' interess." "Sakemm ma jiġix aċċettat, uffiċjal tal-pulizija ma jistax jagħmel xogħol ieħor fuq bażi part-time. Filwaqt li nemmen li hemm ċertu xogħlijiet li pulizija m'għandu qatt jinvolvi ruħu fihom, għandu jkun hemm gwida ta' x'jista' jagħmel pulizija." F'dal-mument, Camilleri dlonk fakkar kif mhux l-ewwel darba li l-attivatijiet extra-kurrikulari tal-pulizija wasslu għal każijiet ta' korruzzjoni fil-Korp u għal każijiet ta' mġiba mhux xierqa. Filwaqt li ammetta "mija fil-mija" li fil-passat anke dak riċenti, kien hemm każijiet ta' koruzzjoni, l-Ispettur Camilleri tenna li l-Korp kollu m'għandux jiġi ttimbrat minħabba d-deċiżjonijiet dubjużi ta' ħaddieħor, u li għalhekk kwalnkwe pulizija li jkun ingaġġat f 'attività oħra jew xogħol ieħor għandu jiġu rreġistrat sabiex ikun hemm skrutinju. "Huwa vera li l-pulizija jagħmlu parti minn Korp dixxiplinat, iżda fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-impjieg għandu jkun hemm kundizzjonijiet reali u li jirriflettu r-responsabbilità u s-sogru li jesperjenzaw il-pulizija," l-President tal-Police Officers Union qal. Sitwazzjoni f 'Paceville mwiegħra … l-pulizija mbeżża' Ma' dan il-ġurnal, l-Ispettur Sandro Camilleri jtenni kif is-sitwazzjoni f 'Paceville, b'mod partikolari n-nuqqas ta' uffiċjali, tixhed stampa ċara tal-uġigħ ta' ras li l-pulizija qed jesperenzaw ta' kuljum. Camilleri jikkonferma l-istorja li dehret fuq l-ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, proprju li fil-ħin tal-attakk b'mus li fera diversi persuni kien hemm biss erba' pulizija f 'Paceville, u li agħar minn hekk, dawn l-erba' uffiċjali kellhom biss taser gun wieħed bejniethom. "L-inċident seta' kellu konsegwenzi ħafna agħar minn hekk. Minkejja li dan l-attakk qajjem iktar paniku minħabba n-natura tiegħu, fil-verità ġlied bi skieken u mwies, u inċidenti oħra simili saru n-norma f 'Paceville," huwa jispjega. Aktar minn hekk huwa jsostni li l-pulizija li jkunu stazzjonati f 'Paceville mhumiex attrezzati bit- tagħmir neċessarju. "Il-pulizija mbeżżgħin, u mhux dawk f 'Paceville, iżda b'mod inġenerali. Hemm bżonn li pulizija jkun attrezzat b'ilbies apposta. Hija ironika li tara pulizija f 'Paceville liebes uniformi normali bil-qmis, qalziet u l-beritta. F'postijiet Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt 'Dixxiplina iva…imma "Id-dixxiplina hija tajba u importanti fil-Korp, però d-dixxiplina m'għandha qatt tkun użata bħala theddida" "Il-paga trid tkun għolja biżżejjed biex il-pulizija tkun imbiegħda minn ċerti tentazzjonijiet"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015