Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Bidu ta' pjan għal din il-ġimgħa jidher li se jkun suċċess imma f'nofs il-ġimgħa tara li jista' jitħassar kollox. Però, bid-determinazzjoni tiegħek, dan jitkompla u kollox imur tajjeb. L-im- portanti li int iżżomm kalm u tagħraf tieħu kollox fil-kontroll tiegħek. Tħalli lil ħadd jipprova jiżgwidak, dak li tħoss int għandek tagħmlu. L-ideat tiegħek huma l-ispirazzjoni tiegħek, emmen fik! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 34. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Xi kultant, ċerti impenji li int tagħmel, mhux dejjem jistgħu jsiru kollha. Dan mhux għax int persuna li ma żżommx kelmtek, anzi bil-kontra għax int persuna li tara li twassal u taqdi d-dmirijiet kollha li jiġuk u li twiegħed. Però, wiegħda li għamilt lil ħabib, issa għadda wisq żmien minn fuqha u żgur mhux ħa twettaqha minħabba ċirkostanzi li ma kellekx kontroll fuqhom. Kun sinċier ma' dan il-ħabib. Esprimi r-raġun tiegħek u ħa jifhmek. Agħraf minn dan! Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 11, 28 u 30. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Persuna viċin ħafna tiegħek tinsab għaddejja minn fażi ta' emozzjoni ħażina u għandha bżonn l-għajnuna tiegħek, però anke int bħalissa qiegħed f'sitwazzjoni ta' rabja li minħabba f'hekk, tista' tieħu lil din il-persuna ħażin. F'dawn is-sitwazzjonijiet ftit imqallba, int trid tagħraf tkun kalm, ħalli tkun tista' tiggwida lil din il-persuna u fl-istess ħin, int tegħleb dak li għandek madwarek. Aħseb sew qabel titkellem! Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 29 u 37. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Persuna li kellek sitwazzjoni negattiva magħha fil-passat, se tipprova terġa' tersaq lejk u dak li kien problema bejnietkom, ħa turi li lesta tirranġa, jekk int lest tilqa' l-proposti tagħha. Dan jaf ikun sinjal pożittiv ħafna għalik, u jekk int għadek single, hemm ċans tajjeb li din id-darba, tafu iktar minn dak li kien. L-esperjenza se tgħallmek li kollox jista' jitranġa! Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Minħabba li riesqa ġimgħa impenjattiva, l- ansjetà fl-istonku u l-eċitament jinħass sew madwarek. Dan ikompli jiżdied meta persuna tersaq għal kompromess li int ilek tixtieq. Kollox ma' kollox, għandek ġimgħa li verament se taqtgħalek nifsek, imma l-abbiltà qawwija ta' Gemini li jafu jieħdu kontroll, se jirn- exxielha ssaħħek u tkabrek aktar. Sib ħin biex tirrilassa. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Laqgħa li qiegħda tħejji għaliha ma' persuna li int ammirajt, għandek tippjanaha sew sal- inqas dettall ħalli tkun preparat u mhux tinqabad fuq xi sieq ħażina. Fittex il-kunċett ta' reaġun. Xi kultant, ir-ras iebsa ta' Cancer taf twassal għal żbalji. Wasal il-mument li int tagħraf it-tajjeb ta' din il-persuna u ħares minn dak il-lat, ftakar biss fit-tajjeb li jista' jirriżultalek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Int taf fejn int sejjer però jista' jkun għadu mhux il-waqt li dan jitwettaq, persuna madwarek li tista' tkun ta' gwida għalik, agħraf il-parir li jista' jintqal lilek, ħalli int tgħeleb ċertu ostakli li jistgħu jinqalgħu, serraħ moħħok li din il-persuna għandha in- tenzjonijiet tajbin u 'l quddiem għandek tirringrazzjaha. Jekk int ma tridx il-parir tagħha, almenu uri l-apprezzament lejha. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 24 u 40. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Pjanijiet li kellek u li kont qed tippjana, jistgħu jitħassru għal mument minħabba raġunijiet li mhumiex tort tiegħek. Dan mhux pjaċir tiegħek għax int tħobb tippjana u dejjem lest bil-pjanijiet tiegħek, imma xi kultant kollox jista' jinqala'! Dan ma jfissirx li int m'intix flessibbli imma trid tagħraf timxi mal-mument u skont il-ħin. Xi kultant hemm dak il-qawl li jgħid, 'Kull deni ħudu b'ġid', dan jista' jservi biex il-pjanijiet ikunu aħjar milli kienu se jkunu. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 23 u 30. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Libra –mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ħsieb jew idea li int kellek ġejja, ftit ftit qiegħed tagħraf li tista' tkun xi ftit riskjuża. Għalkemm ġa kont bdejt tesprimi ma' xi wħud, dawn il- ħsibijiet, issa li qiegħed tinduna li jaf ikun ftit riskjuż, aħjar li tħallih għalissa. Kif jgħaddu, il-qalb tħabrek, u ma jkunx ta' xejn. Għalissa sakemm issib xi tarf, imxi mal-ħsibijiet li kellek u għamilt fil-passat, pprova kkombina b'dan il-mod. 'Il quddiem għad tagħraf li kien utli da nil-ħsieb ta' bidla. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa is-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 23 u 34. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Jekk qiegħed issib xi forma ta' bilanċ fil-ħajja tiegħek, ibda mill-ħajja tiegħek fejn int trid tagħrad ċertu sitwazzjonijiet li għandek fejn trid tieħu d-deċiżjonijiet. Bħala Scorpio, mhux ħa jkun faċli li ssib dak il-bilanċ. Ibda biex tagħraf kemm għandek kwali- tajiet tajba. Aktar ma ssib lilek malajr, aktar il-bilanċ isir possibbli u l-ħajja ta' madwarek tieħu xejra aħjar minn kull naħa u tarf. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 22 u 37. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Magħrufa għall-kumpanija tajba li toffri u għandek ġimgħa fejn ħa tħossok li għandek titwarrab u toqgħod xi ftit maqtugħ mill- oħrajn. Dan se jiġri biex int tbattal ftit min-negattiv li tieħu u timtela' b'enerġija pożittiva. Ħa jkun mument fejn anke jiġuk ideat ġodda u pjanijiet. Ma jkunx ħażin li tippjana vaganza. Il-vojt tiegħek se jinħass ferm. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 25 u 30. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Nuqqas ta' ftehim bejnek u bejn is-sieħeb tiegħek se joħloq diżgwid għalxejn bejni- etkomu dan, peress li kien nuqqas, għandu jissolva. Jekk hemm xi ħaga li qiegħda ddejqek, tipprovax issib ix-xagħra fl-għaġina, imma indirizza l-problema jekk trid li r-relazzjoni titjieb. Però, anke int għandek bżonn tħares ħarsa madwarek ħalli tagħraf eżattament int xi trid. Kliem xieraq, ikun pass tajjeb min-naħa tiegħek. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 26 u 39. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Il-Ouija Board: Sue u Tania Sue meta żżewġet, kellha 23 sena u erba' snin wara, jiġifieri fis-sena 2002, ta' 27 sena hi ddeċidiet li jkollha t-tfal, u hawn beda l-gwaj. Malli r-raġel kien jersaq lejha, it-tnejn li huma għar- raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom, kienu jibdew jilletikaw u meta Sue ppruvat minn kollox biex il- ħajja sesswali ta' bejniethom tkun aħjar, xorta waħda ma setgħetx tinqabad tqila. Meta bdiet tara ommijiet tal-età tagħha bit-tfal u hi ma setax ikollha tfal, hi bdiet taqa' f 'nervi kbar. Tant ġieta rabja, u ħasbet li mar-raġel ma setax ikollha t-tfal, li qabdet relazzjoni, biex minn din ir-relazzjoni tinqabad tqila, imma dan kien tefagħha f 'aktar disprament, għax hi riedet tibqa' mar-raġel. Ovvjament ir-relazzjoni inqabdet mir-raġel, u hu talab għas- separazzjoni. Għal Sue, din kienet id-daqqa tal-mewt għax tilfet iż-żwieg, ir- relazzjoni spiċċat u t-tqala baqgħet ma waslitx. Ħajjitha kienet f 'xifer is-suwiċidju, però sabet l-għajnuna li bdiet tgħina timxi minn dan kollu, bil-mod. Waqt li darba kienet ġo ħanut, semgħet dwari, u ċemplet għal appuntament. Wara li smajtha b'attenzjoni, deher biċ-ċar li l-ispirtu bl-isem ta' Daniel li qanqlu mill-Ouija Board kien il- kaġun ta' dan kollu. Tania li hi l-iżgħar fost it- tlieta, kellha 13-il sena meta kellha l-kuntatt mal-Ouija Board u ovvjament mal- ispirtu, Daniel, li miegħu kienet ukoll għamlet ix- xewqat tagħha. Disa' snin wara, meta Tania kellha 22 sena, bdiet tikseb is-suċċessi. Tania kienet persuna li ffukat fuq l-istudju u kompliet tidħol f 'diversi korsijiet fejn irċeviet diversi diploma u dan wassal biex ikollha n-negozju tagħha. Hi investiet u xtrat ħanut, biex taqdi lin-nies bħala terapista professjonali. In-negozju kien beda sejjer tajjeb, u wara xi tliet snin, fl-appartament li kienet tgħix fih, bdew iseħħu affarijiet strambi bejn is- siegħa u t-tlieta ta' filgħodu. Wara, ftakret f 'dak li kienet għamlet 12-il sena ilu, imma issa hi ma riedet xejn minn dan. L-attività mal-lejl beda jiżdied, u n-negozju jmajna. Tania ma setgħetx taqbad art x'kien qed jiġri eżatt u marret tkellem qassis. Iddeċidew li jbierku l-appartament u l-ħanut, u għalkemm rat xi bidla, xorta waħda l-attività baqgħet, u n-negozju ma kienx qiegħed ikun tal-istess kalibru. Fil- fatt, il-biża' ta' Tania kienet li tfalli. Wara tant ħsibijiet, iddeċidiet li titkellem ma' Sue, li min-naħa tagħha ma kinitx ħa tagħraf x'għamlet. Imma waa bosta kuntatti, Sue qaltilha minn xiex għaddiet u kienet qiegħda tmur għand persuna, li bdiet toħroġha bil-mod minn din is-sitwazzjoni. Issa Tania, li għalkemm għamlet dak li għamlet, kienet xettika ħafna dwar il-persuni li jmissu mas-sopranatural. Minħabba s-sitwazzjoni xejn sabiħa li kienet għaddejja minnha Tania, ħasbitha ħafna imma ddeċidiet li titlob l-għajnuna. Fl-ewwel sessjoni, bħalma dejjem jiġri rrakkontat dak li kienet qed tgħaddi minnu, ħassitha komda u bdejna naħdmu, għalkemm ridt niggwida l-aħwa f 'daqqa biex nkun nista' niggwida minn hemm. Tistgħu tibagħtu kummenti u mistoqsijiet fuq pauljon. aquilina13@gmail.com