Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
34 illum Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 SportSillum Gianni Infantino ifaħħar bis-sħiħ lil pajjiżna u lill-MFA Waqt konferenza stampa li saret ftit tal-jiem ilu f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, is- Segretarju Ġenerali tal- UEFa, Gianni Infantino, faħħar bis-sħih lill-MFa dwar l-organizzazzjoni li fi kliemu kienet impekkabbli tat-top Executive Programme – tEP, li ġie orgnizzat ġewwa pajjiżna matul din il-ġimgħa u li għalih attendew l-ogħla esponenti tal-futbol Ewropew. Huwa kompla li r-relazzjonijiet bejn il-UEFa u l-MFa huma tassew eċċezzjonali fejn faħħar ferm il-kollaborazzjoni eċċellenti li teżisti bejn l-ogħla awtoritajiet tal- UEFa fosthom Michel Platini u l-imsemmi Gianni Infantino, kif ukoll id-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo. Huwa tenna li meta wieħed iqis il-fatt li l-MFa hija assoċjazzjoni li ġejja minn pajjiż ferm żgħir bħal ma huwa Malta, din l-istess assoċjazzjoni fl-aħħar snin għamlet il- meravilji. Intant, Gianni Infantino, ta diversi dettalji rigward id-diversi inizjattivi li ħarġu mit-TEP ta' matul din il-ġimgħa. Huwa beda biex semma' li l-UEFA kienet approvat is-somma ta' xejn inqas minn 2 miljun Ewro għall-UEFA Foundation for Children, biex tgħin lil tfal immigranti fl- Ewropa u 'l barra minnha. Din il-Fondazzjoni li ġiet imwaqqfa fl-24 ta' April ta' din is-sena se tkun qed taħdem fuq diversi inizjattivi li għandhom l-għan ewlieni li jtejbu bil-bosta l-ħajjiet ta' eluf ta' tfal li qed jiġu affetwati fl-influss qawwi ta' migrazzjoni massiva madwar l-Ewropa. Aktar dettalji fuq dawn l-inizjattivi se jkunu komunikati minn din il- Fondazzjoni fiż-żmien li ġej. Intant, is-Segretarju Ġenerali tal-UEFA ta dettalji wkoll rigward il-kariga ġdida li se jkun qed jingħata l-eks Prim Ministru tal-Belġju, Yves Leterme, bħala investigatur ewlieni tal- Club Financial Control Body (CFC). Bħalissa din il-persuna ta' ċertu statura qed isservi bħala Segretarju Ġenerali tal- International Institute for Democracy and Electoral Assistance (IDEA), kif ukoll bhala Deputat Segetarju Ġenerali tal-Organistaion for Economic Cooperation and Development (OECD). Bħala investigatur ewlieni tas-CFC, Yves Leterme se jkun fuq quddiem nett biex jara li l-klabbs madwar l-Ewropa jkunu qed isegwu r-regoli marbuta mad-direttivi tal-Financial Fair Play tal- UEFA. Gianni Infantino semma' wkoll li l-membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, Frantisek Laurinec, kien inħatar bħala rappreżentant speċjali għall-futbol fil- Krimea. Huwa se jkompli jaħdem aktar mill-qrib mal-federazzjoni lokali tal-Krimea, biex jassigura l-iżvilupp ħolistiku tal- futbol f 'din il-peniżola li tinsab fin-Nofsinhar tal- Ukrajna. Is-Segretarju Ġenerali tal-UEFA ta wkoll dettalji rigward emendi għar- Regoli tal-Logħob ta' Kwalifikazzjoni Ewropej tal-UEFA għas-7 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan- Nisa, u speċifikament għal-logħob tal-play- offs għat-Tournament Ewropew tan-Nisa li se jsir f 'Rio fil-Brażil matul is-sena d-dieħla. L-erba' timijiet involuti, jiġifieri l-Olanda, in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera, se jkunu qed jikkontestaw bejniethom logħbiet ta' play-off f 'forma ta' mini- tournament, li se jkun qed jiġi organizzat fl-Olanda bejn it-2 u d-9 ta' Marzu tas-sena d-dieħla. It- tim rebbieħ se jkun qed jikkwalifika direttament għat-tournament imsemmi iktar qabel, flimkien maż-żewġ timijiet rappreżentanti oħra Ewropej, li huma Franza u l-Ġermanja. Intant Gianni Infantino ħabbar li l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA li jmiss se jkun qed jiltaqa' fil-11 ta' Diċembru ġewwa l-belt kapitali ta' Franza, Pariġi. Dan se jaħbat propju lejlet li jkunu qed jittellgħu l-poloz għar-fażi finali tal-Euro 2016, li se ssir ukoll fl-istess kapitali Franċiża. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Gianni Infantino ġie mistoqsi mill-media preżenti dwar jekk Michel Platini ikun maħtur president tal-FIFA, huwa jkunx qed jikkunsidra li jieħu t-tmexxija tal-UEFA. Iżda s-Segretarju Ġenerali tal-UEFA ma ta l-ebda informazzjoni u appella lill-membri tal-media preżenti biex ngħixu ġurnata b'ġurnata, u li għalissa għad m'għandu l-ebda ħsieb dwar dan. Barra minn hekk huwa ġie mistoqsi r-raġuni għaliex il-President tal-UEFA m'attendiex għal din il-konferenza stampa u b'nofs ċajta, huwa wieġeb li f 'logħba ta' ħbiberija li ntlagħbet bejn il-presidenti tal- assoċjazzjonijiet tal-UEFA u s-Segretarji Ġenerali tal-istess assoċjazzjonijiet, min jitlef kellu jindirizza din il-konferenza stampa. Iżda, fil-fatt kien ilu skedat li l-istess Gianni Infantino kellu jindirizza lill-media preżenti waqt din il-konferenza stampa. Mistoqsi għal darb'oħra jekk Michel Platini jieħu l-inkarigu ta' president tal-FIFA, jekk il-UEFA tilħaqax issib president ieħor, sa qabel jibdew il-Kampjonati Ewropej tal-Euro 2016, li se jsiru fi Franza bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju tas-sena d-dieħla, huwa wieġeb fil-qasir li jinsab ċert li iva l-UEFA tilħaq taħtar president fit-tmun tagħha qabel jibdew dawn il-Kampjonati ferm prestiġjużi. Mistoqsi wkoll u xi drabi anke ppressat rigward l-elezzjoni li jmiss biex jiġi elett presdient ġdid tal-FIFA, fejn fost oħrajn se jkunu qed jikkontestaw Michel Platini u l-Prinċep Ali tal-Ġodan, huwa ma tax informazzjoni u ma tantx deher li xtaq jikkummeta fuq x'jaħseb huwa personalment jew saħansitra l-UEFA rigward min huwa l-kandidat favorit ewlieni għalihom. Dan hekk kif tabilħaqq dan ma kienx l-iskop prinċipali ta' din il-konferenza stampa. Gianni Infantino f 'għeluq it-Top Executive Programme (TEP) organizzat mill-UEFA li f 'pajjiżna Ritratt - Chris Mangion