Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 5 "Xufiera barranin jibdew bis-€6 u aħna bil-€4.68" Ħaddiema fi t-trasport pubbliku jgħidu li marru għall-agħar minn żmien l-Arriva ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "SEWWA, mela aħna jwegħduna €6 fis-siegħa fir-riklam għal dawk li jixtiequ jsiru xufiera, u wara jtuna €4.68 u hawn xufiera barranin li bħalna jagħtuhom il-liċenzja u qed idaħħluhom bis-€6. Hekk sew allura?" Dawn kienu ftit mill-kummenti ta' numru ta' xufiera li tkellmu mal-ILLUM nhar il-Ħamis li għadda waqt li kienu għaddejjin bl-istrajk tat-trasport pubbliku li ordnat il-GWU. Dan il-kumment għaddewh numru ta' xufiera 'veterani' iżda kien ikkonfermat minn żewġ xufiera żgħażagħ ftit tal- ħin wara. "Jiena dħalt naħdem bħala xufier għax mingħalija se naqla' €6 fis-siegħa imbagħad wara, jgħidulek li mhux se jħallsuk daqshekk. Bdejt bil-€4.60 minflok għax qalulna li ġabulna l-liċenzja u bqajt hekk għal sitt xhur. Imbagħad għamilt sena bil- €5.35 is-siegħa, u issa sena oħra bil-€5.75 kull siegħa. Jiġifieri biex nibda naqbad €6, kif wegħduni, se nkun ilni nistenna sentejn u nofs b'kollox." Pront qabeż xufier żagħżugħ ieħor li pprotesta ma' din il-gazzetta kif hu kien qed jitħallas bl-istess mod, "imma mbagħad, inkellem lil xufiera bħali barranin li għadhom deħlin, u li qed jitħallsu €6." L-ILLUM irrimarka li jista' jkun li dawn ix-xufiera qed jiġu Malta u jkollhom liċenzja diġà, imma x-xufier żiedu jgħidu, "Le, bħali dawn. Jiġu, jġibu l-liċenzja u jibdew jaqilgħu €6." Imma staqsew lill-kumpanija għalfejn hemm din id-diskrepanza? "Iva u lilna qalulna li dawn qed jitħallsu aktar għax m'għandhomx post fejn joqogħdu Malta. Qed tara, u dawn fejn jafu aħna xi spejjeż għandna?" Minkejja li x-xufiera reġgħu għal darb'oħra kkonfermaw l-istorja li dehret fuq l-ILLUM nhar id-9 ta' Awwissu 2015, dakinhar kienet ġiet ippubblikata wkoll ir-risposta tal-kumpanija ALESA, li qed tmexxi t-trasport pubbliku, li kienet qalet li hi twiegħed "sa €6". Kienet żiedet tgħid li l-ħlas isir skont l-esperjenza li jkollu s-sewwieq. 'Qegħdin agħar milli konna taħt l-Arriva' Minkejja kollox, il-ħaddiema tat-Trasport Pubbliku ma tantx kienu pożittivi dwar il-kundizzjonijiet li fihom qegħdin jaħdmu, tant li mal- ILLUM spjegaw kif kemm ilha li qed tmexxi t-trasport pubbliku l-kumpanija Spanjola, inqatgħu bosta benefiċċji bħall-ħlas għall- isplit shift. "Sewwa, mela aħna nidħlu fit-8 ta' filgħodu u naħdmu sa' nofsinhar, imbagħad nerġgħu nibdew fl-4 ta' waranofsinhar, u nibqgħu sejrin sat-8 ta' filgħaxija. Qabel konna nieħdu €30 tal-erba' sigħat li jkollna fin-nofs. Dik inqatgħet," sostna xufier mal-ILLUM. Impjegat ieħor li tkellem magħna spjega kif kemm ilha li ħadet f 'idejha t-trasport pubbliku l-kumpanija Spanjola, lanqas idea ta' ħin m'għad hemm. "Sirna bla ħinijiet, ma tafx fix-ħin se tibda u fix-ħin se tispiċċa. Overtime m'għadniex nagħmlu, split shift qatgħuh u konna nagħmlu naqra part time, issa kellna naqtgħuh ukoll". L-ILLUM staqsa jekk hux qegħdin aħjar minn meta kienet topera s-servizz l-Arriva. Ir-risposta mix- xufiera kienet ġeneralment fin-negattiv, fosthom, xufier partikolari qal "ninsabu agħar milli konna, għax qabel konna naqilgħu lira żejda, issa xejn. Issikkar biss dawn." Xufier ieħor iżda qal li baqgħu fejn kienu, "bl-istess problemi li kellna mal-Arriva". Fost il-problemi huwa semma d-dewmien u n-nuqqas ta' koordinament. "Is-sistema li kienet tintuża biex inkunu nafu b'ħabta, lanqas għadha taħdem", spjegaw il-ħaddiema. Fil-fatt huma bosta dawk il- passiġġieri li jistgħu jinnotaw kif f 'każ ta' ħabta, xufier ma jkunx mgħarraf dwar il-bżonn li jgħaddi minn triq oħra u jispiċċa jeħel fit-traffiku. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi (FPD) fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal- UE 2017 u Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali għandha l-pjaċir tħabbar il-ftuħ tal-ewwel sejħa għall-proposti ta' proġetti tal-Interreg Mediterranean 2014-2020. Il-proposti ta' proġetti huma meħtieġa li jimmiraw lejn waħda minn dawn il-prijoritajiet: Ass ta' Prijorita' 1: Tisħiħ ta' ħiliet innovattivi fil-Mediterran li jippromwovu żvilupp għaqli u sostenibbli; Ass ta' Prijorita' 2: Adozzjoni ta' strateġiji li jinkoraġixxu użu baxx ta' karbonju u żieda fl-enerġija effiċjenti fit-territorji partikolari tal-programm MED, bħal fi bliet, gżejjer u inħawi remoti; Ass ta' Prijorita' 3: Ħarsien u apprezzament tal-ambjent naturali u kulturali Mediterranju Entitajiet pubbliċi u dawk ekwivalenti, kumpaniji privati, u/jew organiżazzjonijiet internazzjonali li huma regolati mil-liġi nazzjonali tal-Pajjiżi Membri tal-MED jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-proġetti. Reġistrazzjoni u applikazzjonijiet mimlija huma milqugħa fuq is-sit: https://synergie-cte.asp- public.fr/ sa mhux aktar tard minn nofsinhar ħin lokali (GMT +1) tat-2 ta' Novembru 2015. Applikanti Maltin huma meħtieġa wkoll li jipprovdu lill-FPD kopji ta' dokumenti addizzjonali, ċertifikati bhala kopji veri tal-oriġinali, sat-23 ta' Novembru 2015. Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Interreg Mediterranean 2014-2020: http://interreg-med.eu/en/first-call-for-project-proposals/. Wieħed jista' wkoll jikkuntattja lill-FPD fuq 22001142 jew fpd.meaim@gov.mt. SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI Interreg Mediterranean – Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020 Programm parti finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) Rata ta' konfinanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Ix-xufiera li nhar il-Ħamis waqqfu mix-xogħol għal ġurnata Uħud mix-xufiera li tkellmu mal-gazzetta ILLUM