Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

6 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 1,800 tifel Malti b'esperjenza ta' servizz fil-Vatikan Albert GAuci cunninGhAm Mill-1965 sa din is-sena, jiġifieri f 'dawn l-aħħar 50 sena, xejn inqas minn 1,800 tifel li jservu ta' abbatini kellhom l-esperjenza li jkunu parti mis- servizz liturġiku fil-Vatikan. Kull sena, għal 50 sena, ilhom jitilgħu żewġ gruppi ta' abbatini li jorqdu, jqumu, jieklu u jgħixu fil-belt mill-isbaħ tal-Vatikan. iżda mhux biss. Kull filgħodu, qabel ma tkun għadha telgħet ix-xemx, dawn is-subien ibakkru kmieni u jibdew jippreparaw biex jgħinu fin- numru ta' quddisiet li jkunu konċelebrati fuq diversi altari fil-Bażilika ta' San Pietru, iċ-ċentru dinji tal-Knisja Kattolika. Dawn l-1,800 tifel Malti kienu l-uniċi abbatini, flimkien ma' sħabhom it-Taljani, li bħala grupp kellhom il-privileġġ li jgħinu fis-servizz liturġiku fil- Vatikan. L-ILLUM ħa l-kummenti ta' Dun Frans Bonnici, li ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jtella' gruppi ta' abbatini l-Vatikan. Ma' din il-gazzetta huwa spjega kif dawn l-1,800 tifel, ħafna minnhom irġiel illum, jgħaddu minn esperjenza edukattiva, kemm mill-aspett uman kif ukoll minn dak Kristjan. Bonnici spjega kif "nitilgħu bħala grupp u jeħtieġ li ngħixu bħala grupp. Għalhekk dawn l-abbatini, ħafna minnhom fil-bidu ta' żgħożithom, ikunu jeħtieġu jitgħallmu kif jaħfru, kif jaqsmu bejniethom u kif jagħmlu paċi bejniethom. Li ngħixu flimkien u li naċċettaw lil xulxin hija parti minn din l-esperjenza u hija parti mit-tagħlim Nisrani", sostna Bonnici. Huwa qal ukoll li apparti minn hekk iżda, din l-esperjenza tat formazzjoni Kattolika lil dawn il-persuni. Fil-fatt huwa jispjega kif "qabel ma nitilgħu, ikun hemm taħriġ u tagħlim dwar il-katekiżmu liturġiku, dwar it-tifsira taċ- ċelebrazzjoni ewkaristika kif ukoll dwar l-oġġetti wżati waqt il-quddies". Dun Frans Bonnici jgħid ukoll li qabel jitla', il-grupp ikollu joqgħod għal eżami li jinkludi wkoll mistoqsijiet u eżerċizzji dwar il-quddiesa bl-Ingliż, bit-Taljan u sa ftit żmien ilu, bil-Latin ukoll. Għalkemm parti miż-żjara tkun li dawn il-gruppi ta' abbatini jiltaqgħu mal-Papa, Bonnici sostna li din hija biss parti mill-mawra u mhux l-għan prinċipali tagħha. Huwa temm jgħid li dawn l-esperjenzi fil-Vatikan għenu mhux ftit biex jikbru l-vokazzjonijiet fil-fatt, ikompli Bonnici, 77 minn dawn daħlu s-Seminarju u bdew it-triq biex isiru qassisin jew patrijiet. Intant ilbieraħ filgħaxija l-Arċisqof Charles J Scicluna ppresieda quddiesa solenni fil- Kon Katidral ta' San Ġwann li mmarkat l-50 sena minn meta tela' l-ewwel grupp ta' abbatini Maltin lejn il-Vatikan. Raġel imut u ieħor f 'periklu tal-mewt f 'inċidenti separati il-Pulizija qed tinvestiga l-mewta misterjuża ta' raġel ta' 65 sena residenti l-Mosta li miet fl-isptar ftit sigħat wara li nstab wiċċu 'l isfel ġewwa pixxina. Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-Ġimgħa waranofsinhar, il-Pulizija tal-għassa tal-Qawra rċeviet rapport li kien seħħ inċident f 'residenza fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar. Mal-wasla tagħhom, il-pulizija taw l-ewwel għajnuna medika lill- anzjan li nstab wiċċu 'l isfel f 'pixxina. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza, iżda lbieraħ filgħodu huwa ġie ċċertifikat mejjet. Intant, f 'inċident separat, ħaddiem ġarrab ġrieħi gravi waqt xogħol ta' żarmar fil- kumpless sportiv fil-Birgu. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:45am wara li kienet intemmet attività tal-boxing. Jidher li waqt li kien għaddej iż-żarmar, ir-raġel safa milqut f 'rasu wara li struttura tal- ħadid li magħha kien hemm imwaħhal xi dawl għelbet. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk huwa ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Francesco Depasquale filwaqt li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015