Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898
8 illum | Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 L-Ewropa tax-Shengen li bniet L-ILLUM jitkellem mal-MPEs Maltin dwar il-validità tax-Shengen wara l-bini ta' diversi ħitan fuq il-fruntieri Ewropej ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "HEKK kif eluf ta' persuni, f 'disprament, qed ifittxu li jaħarbu, ħitan magħmulin minn 'barbed wire' u rġiel armati qed jimblukkawhom u jdawruhom lura minn fejn ġew. Ħafna drabi, anke s-suldati jitfgħu l-armi tagħhom mal-art u jaqbżu l-barrieri kiefra, biex jagħżlu l-libertà tal- Punent" Mhux kumment ta' xi ħadd bħalissa dan, iżda stqarrija tal-eks President tal-Istati Uniti Ronald Raegan fit-13 t'Awwissu 1986, 25 sena wara l-bini tal-Ħajt ta' Berlin. Dak il-kliem jista' faċilment ikun applikat illum hekk kif fil-kontinent Ewropew qed naraw mill- ġdid il-bini ta' ħitan, li anke jekk mhux tal-konkos, jissimbolizzaw mill-ġdid il-qasmiet u l-biżgħat minn dak li jinsab maġenbna jew dak li ftit nafu dwaru. Fl-Ungerija nbena ħajt twil 109 mili mal-fruntiera tas-Serbja, filwaqt li ħajt ieħor simili nbena fejn il-fruntiera tal-Bulgarija tmiss ma' dik tat-Turkija. B'tul totali ta' 100 mil, l-għan ta' dan il-ħajt, bħal dak tal-Ungerija, kien li jnaqqas mill- ammonti ta' immigranti li kienu qed jgħaddu mill- pajjiż fi triqithom lejn l-Awstrija, imbagħad għal ħafna minnhom, lejn il- Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Iskandinavja. Dan jiżdied ma' iktar kontrolli fuq il-fruntieri tal-Ġermanja u l-Awstrija, kif ukoll is-sospensjoni temporanja tax-Shengen f 'partijiet minn dawn il- pajjiżi hekk kif in-numru ta' immigranti li qed jidħlu, kiber sew. Mijiet ta' persuni li qed ifittxu l-ażil spiċċaw jistennew għal ħinijiet twal hekk kif ir-rotta tal- ferrovija mill-Ungerija, li tgħaddi mill-Awstrija u li tieqaf Munich sofriet dewmien qawwi, bil-Pulizija jwettqu kontrolli ħafna iktar stretti tal-fruntieri. Dan kollu ma kien ikun ta' ebda sorpriża kieku mhux għall-fatt li l-pajjiżi msemmijin huma kollha parti miż-żona Shengen, li hija mibnija fuq il-kunċett tal-moviment ħieles tal- persuni, servizzi u oġġetti minn pajjiż membru għall- ieħor. Imma allura kemm qed timpatta s-sospensjoni tax-Shengen f 'ċerti żoni fl-UE fuq il-kunċett tal- moviment ħieles? U dan il-kunċett għadu validu, anke jekk hemm min qed jirrestrinġih? Il-ġrajjiet kurrenti se jwasslu għal bidliet fix-Shengen, maqbul bi trattat fl-1985, jew wasal iż-żmien li jkun diskuss aktar fil-profond? L-ILLUM talab il- kummenti tal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin dwar is-sitwazzjoni tal-moviment ħieles fl-UE u jekk dan, preżentement, hux mhedded. "L-Ewropa li naf jien ma kinitx se tagħlaq il-bibien" - Roberta Metsola "Mhu l-ebda sigriet li bħal ħafna, kont diżappuntata bil-Kunsill tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet tal-Intern. Id-dinja kollha kienet qed tħares lejn l-Unjoni Ewropea, imma kien hemm falliment f 'dan il-qasam, lanqas l-istandards tal- Unjoni stess ma ntlaħqu. Minflok, smajna l-istess argumenti u l-istess skużi ripetuti minn xi stati li jippretendu li jistgħu jeżoneraw lilhom infushom mir-responsabbiltà sakemm tinbidel is-sitwazzjoni" sostniet Roberta Metsola. Hija żiedet tgħid li f 'dan kollu, wieħed jeħtieġ jiftakar fin-nies li qed jaħarbu biex ifittxu kenn. "L-Ewropa li naf jien ma kinitx se tagħlaq il-bibien. Dan mhuwiex żmien biex jinbnew il-ħitan u jsiru l-barrikati tul il-fruntieri. Dan huwa żmien biex nuru b'mod konkret il-valuri li fuqha nbniet l-Ewropa." Minkejja dan, Metsola tgħid li ż-żona Shengen "hi waħda ta' suċċessi" u li l-Ewropa m'għandhiex issir fortizza. Mal-ILLUM hija tfakkar ukoll kif il-moviment ħieles u ż-żona Shengen "mhumiex negozjabbli" għalkemm tirrimarka kif il-liġijiet tax-Shengen jagħtu lok għal sospensjoni temporanja. Metsola temmet tgħid li jeħtieġ li jinżamm bilanċ bejn il-bżonn li jibqa' jkun hemm moviment ħieles ta' nies, u s-sigurtà tal-pajjiż. "Il-kontrolli se jfallu" - Marlene Mizzi Il-MPE Marlene Mizzi ma daritx wisq mal-lewża u kienet ċara fi kliemha li l-kontrolli tal-fruntiera se jfallu kif dejjem fallew. "Billi jingħalaq l-aċċess għal pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u jitpoġġew ostakli mal-fruntieri, mhux se jwaqqaf il-mewġa tar- refuġjati. In-nies se jkomplu jirriskjaw ħajjithom, jaqsmu l-baħar perikoluz tal-Mediterran, u jimxu għal mijiet ta' kilometri fi tfittxija ta' artijiet aktar sikuri. Billi wieħed iwaqqaf l-operat tax- Schengen mhix soluzzjoni, anzi joħloq konsegwenzi kbar li jaffetwaw b'mod negattiv liċ-ċittadini tagħna, lin-negozji tagħna u l-ekonomija tagħna u fl-aħħar u mhux l-inqas jkun qed jeqred dritt ċivili universali tal-Unjoni "Wisq nibża' li jekk il-kontrolli jibqgħu hemm ...wieħed mill-prinċipji ċentrali tal-UE, il-moviment liberu, se jaffaċċja l-ikbar sfida fl-istorja" Ix-Shengen: kemm verament għadu validu l-kunċett tal-moviment ħieles tal-persuni fl-UE?