Illum previous editions

ILLUM 27 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/576898

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 27 ta' Settembru 2015 | illum 9 bniet il-ħitan tad-diviżjoni Ewropea." Mizzi ammettiet mal- ILLUM iżda li "l-kriżi bla preċedent tar-refuġjati li għaddejja bħalissa qiegħda tpoġġi dubji kbar fuq il- ftehim Shengen". Minkejja dan, hija xorta kellha kliem ta' tifħir għall-ftehim li fakkret kif "jiggarantixxi u jħares il-prinċipju bażiku ta' moviment ħieles, li hu dritt fundamentali tal-UE". Mizzi sostniet mal-ILLUM li anke jekk kien hemm min jaħseb li din mhux problema tiegħu sakemm laħqet il-fruntiera tiegħu "fil- mument li l-ewwel refuġjat wasal sal-fruntiera Ewropea, kemm jekk ta' Malta, tal- Italja jew tal-Greċja, jew ta' x'imkien iehor, il-problema għalija saret waħda Ewropea u b'hekk tikkonċerna lill- Istati membri kollha." "Din mhix l-ewwel darba li l-prinċipju tal-moviment ħieles fir-reġjun Schengen ġie mhedded, u lanqas hi l-ewwel darba li xi pajjiżi ddecidew li jerġgħu jdaħħlu miżuri ta' kontroll fuq il-fruntieri tagħhom għal perjodu qasir. Wisq nibża' li jekk il-kontrolli jibqgħu hemm għal perjodu itwal milli suppost, u li jekk l-Istati Membri mhumiex lesti li jsibu soluzzjoni komuni għall-kriżi tar- refuġjati, wieħed mill- prinċipji ċentrali tal-UE, jiġifieri l-moviment liberu se jaffaċċja l-ikbar sfida fl-istorja u jreġġa' lura għexieren ta' snin ta' integrazzjoi Ewropea." "Il-problema hija x'se jiġri meta jidħlu fiż-żona" - Alfred Sant "Il-problema fl- implimentazzjoni tax- Shengen illum m'għandhiex x'taqsam mad-dħul minn pajjiż għall-ieħor taż- żona, ta' nies li huma diġà intitolati li jgħixu f 'pajjiż membru tagħha. Tirrigwarda x'se jiġri min- nies li jidħlu fiha bħala refuġjati, jew immigranti rregolari", hekk sostna l-MPE Alfred Sant. Huwa spjega kif il- preżenza ta' dawn l-immigranti jfisser li "fuqhom ukoll mhu se jsir l-ebda kontroll meta jiċċaqilqu minn post għal post taż-żona. U jekk se jsir kontroll, kif se jsir?" Sant spjega kif is- sospensjoni tax-Shengen fil-Ġermanja u l-Awstrija wriet kif "l-istrutturi attwali li bihom jintlaqgħu n-nies li ġejjin minn barra l-UE saru fraġli għall-aħħar" għalkemm żied jgħid li hemm wisq kapital politiku marbut mal-ħolqien taż- żona u li "se jsiru sforzi kbar biex anke jekk jiddaħħlu bidliet fil-mod kif titmexxa ż-żona, il-prinċipju tax- Shengen jibqa' dejjem hemm." "Il-moviment liberu għandu jibqa'" - Miriam Dalli "Onestament, ma naħsibx li l-għeluq ta' fruntieri bejn pajjiż u ieħor tal- Unjoni Ewropea hija s-soluzzjoni. Hemm bżonn ta' soluzzjonijiet ferm aktar b'saħħithom u fit-tul. Jiena nemmen li d-dritt tal-libertà tal-moviment liberu għaċ- ċittadini Ewropej għandu jibqa." Hekk sostniet mal- ILLUM l-MPE Laburista Miriam Dalli li kienet ċara wkoll dwar dawk il- pajjiżi li temporanjament issospendew ix-Shengen. "Jekk hemm min qed jirristrinġi d-dħul ta' persuni f 'pajjiżu allura mhuwiex jimxi mal-ftehim ta' Schengen" sostniet Dalli għalkemm ammettiet li l-miżuri setgħu saru bħala reazzjoni immedjata għall- kriżi li numru ta' pajjiżi Ewropej qed jaffaċċjaw bħalissa. Dwar il-futur taż-żona Shengen Dalli qalet li xejn mhu ċert bħalissa, "ir- reazzjoni li se jkollha għal din il-kriżi l-UE se tkun waħda importanti ħafna anke fuq il-moviment liberu taċ-ċittadini Ewropej minn pajjiż għall-ieħor tal-UE. "Il-moviment liberu "Dan mhuwiex żmien biex jinbnew il-ħitan u jsiru l-barrikati... dan huwa żmien biex nuru b'mod konkret il- valuri li fuqha nbniet l-Ewropa" Il-Ħajt ta' Berlin jitwaqqa' snin ilu. Tgħallimna xi ħaġa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 ta' Settembru 2015