Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 11 P robabbli mhux se taqra dan l-artiklu. Tant aħna bbumbardjati b'aħbarijiet mill- Palestina li sirna naraw din il-problema bħala waħda li kienet minn dejjem u se tibqa' għal dejjem. Iżda fil-fatt, il-problema fil-Palestina hija, f 'termini storiċi, riċenti ħafna u din tinvolvi prinċipalment l-art u l-kolonjaliżmu. Il- problemi bdew hekk kif il- kolonjalisti Ingliżi okkupaw il- Palestina u ħeġġew liż-Żionisti joħolqu preżenza hemmhekk. Iż-Żioniżmu kien moviment estremista Lhudi li jemmen li l-Lhud għandhom jitilqu mill-Ewropa u joħolqu stat f 'dik l-art billi jkeċċu bil-forza lin-nies li jgħixu hemmhekk, lill-Palestinjani. Fl-1948, meta l-Ingliżi bdew jitilqu mill-Palestina, gruppi armati Żionisti marru fil-villaġġi u fl- ibliet Palestinjani, qatlu ħafna nies u keċċew ħafna oħrajn sabiex ikunu jistgħu joħolqu maġġoranza Lhudija għal stat Iżraeljan. Il-Palestinjani jiftakru dan l-avveniment bħala in-Nakba – il-Katastrofi. Fuq dan it-tindif etniku ġie maħluq l-istat Iżraeljan u illum, madwar 5 miljun Palestinjan għadhom refuġjati jgħixu f 'postijiet bħall-Libanu, is-Sirja u l-Ġordan. Dawn huma d-dixxendenti ta' dawk li ġew imkeċċija minn arthom fl-1948 u f 'aggressjonijiet oħra Iżraeljani tul is-snin li segwew. In-Nakba - it-tkeċċija tal- Palestinjani minn arthom - għadha għaddejja. L-Iżraeljani qed jibqgħu jiġu mħeġġa u appoġġjati mill-istat Iżraeljan sabiex jaħtfu taħt idejhom aktar art Palestinjana, u biex jitterrorizzaw il-villaġġi Palestinjani bi vjolenza ta' kuljum. Illum ħafna qegħdin jiddeskrivu l-Iżrael bħala stat ta' apartheid. Il-kelma apartheid kienet użata fil-kuntest ta' politika, ekonomija u użu militari razzisti mħaddma mir-reġim tal-bojod fl-Afrika t'Isfel, li ġġieldu kontra tagħha nies bħal Nelson Mandela. Il-West Bank, bħall-Afrika t'Isfel, sar mużajk ta' spazji pprojbiti għall-Palestinjani taħt l-okkupazzjoni Iżraeljana; fost l-ispazji pprojbiti nsemmu toroq, għelieqi, villaġġi u bliet sħaħ li huma għall-użu esklussiv tal-Iżraeljani jew il-militar. L-Iżraeljani li qed jissettiljaw f 'art Palestinjana għandhom aċċess kważi bla limitu għar-riżorsi l-iktar essenzjali, bħall-ilma, filwaqt li l-istess riżorsi huma ristretti bil-kbir għall-Palestinjani. In-nuqqas ta' aċċess għall- ilma qed iġiegħel lil mijiet ta' eluf ta' Palestinjani jħallu warajhom artijiet bħall-Jordan Valley, li kulma jmur qed ikun ippopolat illegalment mill- Iżraeljani. Terġa', filwaqt li l-Iżraeljani jistgħu jiċċaqalqu b'mod ħieles mill-West Bank għall-Iżrael u viċi versa, l-istess moviment huwa ħafna iktar ristrett għall-Palestinjani, li jkunu jeħtieġu permessi speċjali maħruġa mill- awtoritajiet Iżraeljani sabiex joħorġu mill-West Bank. Fuq kollox, anki ġewwa l-West Bank innifsu, il-moviment huwa ristrett ħafna permezz ta' mijiet ta' checkpoints li jikkontrallow il-ħajja ta' kuljum tal-Palestinjani b'mod li jumiljahom u jagħmilhom suġġetti għal vjolenza regolari. Mill-2002 'l hawn, l-Iżrael beda wkoll jibni ħajt ta' 800km madwar il-West Bank sabiex ikompli jissegrega lill-Palestinjani u jaħtaf iktar artijiet f 'idejh. Is-sitwazzjoni f 'Gaża hija saħansitra agħar, għax din il-medda żgħira t'art ilha taħt assedju kontinwu mill-Iżrael għal dawn l-aħħar tmien snin hekk kif fl-2007 l-Iżrael beda assedju totali fuq Gaża. 1.8 miljun ruħ, fi spazju d-daqs ta' Malta, beda jkollhom jgħixu f 'ħabs miftuħ b'opportunità ta' xogħol minima u ħafna drabi b'nuqqas ta' fjuwil, mediċini, ikel u ilma. Ħafna mill- bżonnijiet bażiċi jkollhom jgħaddu minn mini taħt l-art li jiġu meqruda regolarment mill-Iżrael u l-Eġittu. Ir- rockets li xi kultant nisimgħu li jintefgħu minn Gaża lejn l-Iżrael huma biss reazzjoni naturali u ddisprata minn nies li għal dawn l-aħħar sebgħin sena sofrew ħruxijiet inkredibbli u li m'għandhom ebda mezz ieħor sabiex jiġġieldu din l-inġustizzja. Apparti mill-attakki militari ta' kull ġimgħa, Gaża sofriet tliet aggressjonijiet militari massivi, fl-2008/9, 2012 u 2014 li fihom mietu madwar 4,000 persuna. Dawn l-attakki fuq Gaża huma parti mill-filosofija Żionista li semmejna fil-bidu, li tfittex li toħloq stat Iżraeljan 'bl-iktar art, bl-inqas Għarab possibbli fiha' fil-Palestina. Jgħid ħafna l-fatt li iktar minn nofs il-popolazzjoni ta' Gaża hija magħmula minn refuġjati li ħarbu minn gruppi militari Żionisti li tterrorizzaw villaġġi Palestinjani fl-1948. Iżda minkejja din, is- sitwazzjoni tant imwiergħa, t-tama għadha hemm. Il-Palestinjani għadhom jirreżistu l-okkupazzjoni u l-oppressjoni Iżraeljana għax jafu li kieku ma jagħmlux dan, huma jiġu mħassra minn fuq il-mappa u mill-istorja. Globalment hemm moviment ta' solidarjetà li dejjem qed jikber. Fost azzjonijiet oħrajn, qed tikber il-kampanja ta' Bojkott, Divestiment u Sanzjonijiet (BDS) bil-mira li tilħaq entitajiet li jirrappreżentaw lill-istat Iżraeljan, jew entitajiet li qed jikkollaboraw miegħu jew li b'xi mod qed ikunu kompliċi fil-leġitimizzazzjoni tal-istat t'apartheid. Din il-kampanja tispira ruħha mill-bojkott internazzjonali kontra l-Afrika t'Isfel li beda fis-sittinijiet u li kien essenzjali sabiex jitwaqqaf ir-reġim t'apartheid. F'Malta nħoloq il-Palestine Solidarity Network, grupp t'azzjoni li fih hemm għaqdiet u individwi li jemmnu li d-drittijiet fundamentali tal-Palestinjani għandhom jiġu rispettati. Huma wkoll bosta l-attivisti internazzjonali li jmorru l-Palestina sabiex juru solidarjetà mal-Palestinjani u jingħaqdu magħhom fil- ġlieda kontra l-oppressjoni Iżraeljana. Attivisti fil- Moviment Graffitti għamlu dan u fix-xhur li ġejjin se nkunu qed niktbu iktar dwar din l-esperjenza direttament mill-Palestina. Għal iktar informazzjoni tista' żżur il-paġna ta' Facebook Palestinian Solidarity Network – Malta. Alex Caruana huwa parti mill-Moviment Graffitti alex caruana Il-kunflitt fil-Palestina – x' inhi l-problema? "L-Iżraeljani qed jibqgħu jiġu mħeġġa u appoġġjati biex jaħtfu taħt idejhom aktar art Palestinjana, u biex jitterrorizzaw il- villaġġi Palestinjani bi vjolenza ta' kuljum" "1.8 miljun ruħ, fi spazju d-daqs ta' Malta, beda jkollhom jgħixu f 'ħabs miftuħ b'opportunità ta' xogħol minima u ħafna drabi b'nuqqas ta' fjuwil, mediċini, ikel u ilma" Il-Palestinjani għadhom jirreżistu l-okkupazzjoni u l-oppressjoni Iżraeljana għax jafu li inkella, jiġu mħassra minn fuq il-mappa u mill-istorja