Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
12 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 Ħ afna għadhom iqisu lil Deborah Schembri bħala l-mara li flimkien ma' politiċi oħrajn, ippilotat u mexxiet il-kampanja biex f 'Malta jkun introdott id-divorzju. Ħafna kienu dawk li mar-rebħa tal-kamp tal-IVA għad-divorzju mhux biss awgurawlha imma rieduha fil- partit tagħhom. Imma kien il-Partit Laburista li għamel l-akkwist, u fl-aħħar elezzjoni, anke jekk mhux bis-suċċess li wieħed stenna, Deborah Schembri, avukata minn familja akkanita Nazzjonalista minn San Pawl il-Baħar, ħarġet mal-Partit Laburista u llum hija membru Parlamentari tal-istess partit. Mir-referendum dwar id-divorzju, għadda ftit żmien mhux ħażin issa, u sentejn u nofs wara li Schembri kienet il-wiċċ progressiv u liberali tal-Partit Laburista, hija ħerqana llum biex tinża dik l-istess tabella u turi li minkejja l-opinjoni tagħha favur l-introduzzjoni tad-divorzju u tal-Unjoni Ċivili, hija tibqa' fermament favur il-ħajja. Fid-dawl ta' dan, mal-ILLUM, Deborah Schembri, tiżvela kif hija kompletament kontra kull forma ta' ffriżar ta' embrijuni għax tħoss li dan huwa "ffriżar tal- ħajja" u għalkemm tikkristalizza d-differenza bejn l-abort u l-iffriżar tal-embrijun, hija tfakkar kif b'riżultat ta' dan tal-aħħar, eluf kbar ta' ħajjiet qegħdin jiġu "fflaxxjati". Schembri ssejjaħ din il-prattika bħala "mhux etika" u tagħmilha ċara li hija ssib diffikultajiet kbar biex tivvota favur liġi li tipproponi l-iffriżar tal-embrijun. Mhux etiku li tiffriża bniedem "Min huwa kontra", issostni Schembri f 'referenza ċara għal dak li temmen hi stess, "jgħidlek li m'għandekx bżonn bajda fertilizzata minħabba li llum tista tiffriża bajd mhux fertilizzat u għalhekk lanqas għandek għalfejn tgħaddi lill-mara mill-proċess kollu ta' hypersimulation. Fejn qabel kien hemm id-dilemma jekk għandux jintuża l-embrijun iffriżat, illum ir- riżultati xjentifiċi qed juru li hemm għażla oħra". Imma Deborah Schembri x'qed tgħid eżatt? Qed tgħid li l-iffriżar tal-embrijuni huwa qtil ta' ħajja? Hija twieġeb il-mistoqsija tal- ILLUM b'mistoqsija oħra. "Bil- proċess tal-iffiriżar tal-embrijun int qed tiffriża l-ħajja fl-ewwel stadji tagħha. Kieku dik l-istess tarbija ingħatat id-dritt li tikber u ssir persuna ta' ħamsa, 10 jew 20 sena, kemm kien ikun etiku li meta jkollha din l-età, niffriżawha? Kemm qed nagħtu dinjità lill-ħajja umana jekk niffriżawha? "Allura int ma taqbilx mas- sentiment tal-Prim Ministru?" tistaqsi din il-gazzetta. "Iva, ma naqbilx. Ma naqbilx mal-iffriżar tal-embrijuni, għax dan huwa l-iffriżar tal-ħajja umana u jien nemmen li l-ħajja umana tibda mill-fertilizzazzjoni, meta l-isperma u l-bajda jiltaqgħu. Ma naqbilx, għax jinkwetani ħafna l-prospett li jew il-ħajja umana titfagħha lura fl-omm jew inkella tiffriżaha, anke jekk hemm l-adozzjoni tal- embrijun." Imma min ma jaqbilx miegħek, jgħid li mingħajr dan il-proċess jista' jkun li nċaħħdu ħafna koppji milli jkollhom it-tfal, tirrimarka din il-gazzetta. "Le, ma naqbilx" terġa' ssostni d-Deputata Laburista, "illum il-ġurnata jidher li l-iffriżar tal-bajd li tiffertilizzah biss meta jkollok bżonn timpjantah fil-mara, huwa effettiv daqs l-iffriżar tal- embrijun. Jien ngħid li llum, bix- xjenza kif inhi, l-iffriżar tal-bajd lanqas biss għandna bżonnu." Iżda Schembri tmur lil hinn minn hekk u ssostni li anke jekk l-iffriżar tal-embrijun ikun l-unika alternattiva "xorta ma naqbilx". B'konvinzjoni, Schembri kompliet tasserixxi ruħha kontra l-prattika tal-iffriżar, "mal-ħajja tal-bniedem m'hemmx logħob". Hi qalet li temmen kif id-dritt fundamentali tal-ħajja għandu jibqa' bla mittiefes għax "mingħajr il-ħajja, ebda dritt ieħor ma jista' jkun eżerċitat". Se nagħżlu bejn ħajja u oħra Schembri tesprimi l-biża' tagħha fuq żewġ punti partikolari fil- proċess tal-iffriżar tal-embrijuni. L-ewwel huwa l-mod kif ħafna embrijuni jibqgħu ma jkunux utilizzati u jispiċċaw "ifflaxxjati". Tfakkar kif dan kien il-każ fl- Awstralja fejn għadhom kif "irmew" eluf ta' embrijuni, u anke fl-Istati Uniti fejn qed jikkunsidraw li jagħmlu l-istess b'madwar miljun embrijun. "Jekk temmen li l-ħajja tibda mill-konċepiment, mela temmen ukoll li dawk l-embrijuni li se jispiċċaw jintremew huma ħajjiet li se jintremew. Jien kontra dan bil- qawwi". Tispjega kif ibeżżagħha l-prospett li bl-iffriżar tal-embrijuni tibda ssir selezzjoni ta' embrijuni, "tibda ssir għażla bejn ħajja u oħra, jiġifieri ħajjiet li jkunu xi ftit difettużi jintefgħu fil-friża. Qed tagħmel għażla bejn ħajja u oħra. Din mhux etika u jien ma naqbel magħha assolutament xejn." Il-liġi kif inhi mhux skuża biex niffriżaw l-embrijuni Deborah Schembri tiddefendi l-liġi kif inhi fil-preżent u tirribatti lill- Prim Ministru meta dan waqt is- sessjoni Parlamentari tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ sostna li l-liġi kif inhi fil-preżent diġà tippermetti l-iffriżar tal-embrijuni "f 'ċirkostanzi straordinarji". "Għalkemm fil-liġi tagħna teżisti l-possibilità tal-iffriżar, din il- possibilità teżisti biss f 'każijiet li jistgħu jkunu ta' theddida għall-ħajja. Jiġifieri, kieku l-omm jinqalgħalha xi ħaġa, bħal per eżempju, toħroġilha marda, bil-liġi kif inhi int tista tiffriża l-embrijun b'mod temporanju, sakemm ikun il-mument opportun. Sakemm il- mara tkun preparata biex timpjanta l-istess embrijuni f 'ġufha. Din differenti kompletament mill- iffriżar tal-embrijuni, għax hija frott ta' sitwazzjoni mhux intenzjonata u għaliex kif inhi l-liġi, qed tiffriża l-ħajja biex tipproteġiha sakemm il-mara tkun lesta." Hija tagħmilha ċara li tifhem sew li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru hija waħda b'intenzjonijiet tajbin u waħda intenzjonata biex l-ewwel u qabel kollox titnaqqas it-tbatija, imma minkejja dan, issostni li l-iffriżar li qed ikun permess bil-liġi bħalissa, m'għandux jintuża bħala l-argument biex l-iffriżar tal- embrijun ikun aċċettat f 'kwalunkwe sitwazzjoni oħra. Imma din il-kwistjoni minn fejn inqalgħet? L-ILLUM jirrimarka kif din il-kwistjoni la kienet wegħda elettorali, la kien hemm xi għajta għaliha u lanqas kien hemm xi diskussjoni dwarha tul dawn l-aħħar snin. Mela allura minn fejn inqalgħet? Min tellagħha fuq l-aġenda din il-kwistjoni? "Xi ħadd għad irid jgħidli għalfejn inħass il-bżonn għal dawn il- bidliet. Xi ħadd għad irid jgħidli għalfejn qamet din il-kwistjoni kollha" sostniet Schembri. "Min ħareġ biha probabbilment se jgħid li n-nies li jagħmlu l-IVF, jixtiequ aktar ċansijiet mingħajr il-hypersimulation, li nagħmulha ċara, huwa proċess delikat li jista' jkun fatali. Imma bl-iffriżar tal-bajd dan il-proċess issa jista' jiġi maqbuż. Bajda mhux ħajja umana, m'għandix diffikultà li nagħżel l-aħjar bajda, għax din mhux ħajja umana. M'għandix problema li l-bajd narmuh, l-embrijuni le. L-embrijun huwa ħajja." Schembri żiedet tgħid ukoll li statistiċi juru li f 'Malta, ir-rata tal-iffriżar tal-bajda qed jagħtu riżultati tajbin. "Xi kultant naħseb li hemm min għandu xi interessi oħra biex isiru dawn it-tibdiliet" qalet Schembri. L-ILLUM staqsiet x'qed tgħid eżatt? Qed tallega li hemm interessi lil hinn minn dawk li kienu pubbliċi s'issa? Hija tiċħad li qed tagħmel allegazzjoni. Imma tħoss li hemm interessi oltre, minn dawk li smajna dwarhom s'issa? Schembri hija skjetta, "Iva." Tkompli tfakkar kif l-IVF hija industrija kbira "u wisq nibża li min jista' jkollu interessi, jkun qed jimbotta għal iktar milli 'Mal-ħajja tal-bniedem Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "Qabel kien hemm id-dilemma jekk għandux jintuża l-embrijun iffriżat, illum ir-riżultati xjentifiċi qed juru li hemm għażla oħra" "Jekk temmen li l-ħajja tibda mill- konċepiment, mela temmen ukoll li dawk l-embrijuni li se jispiċċaw jintremew huma ħajjiet li se jintremew. Jien kontra dan bil- qawwi"