Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 13 tal-bniedem m'hemmx logħob' għandna bżonn għax hekk jaqbillu. Jekk m'għandniex bżonn l-iffriżar tal-embrijun għax hemm proċessi li jħallu riżultati tajbin, mela allura naħseb hemm xi ħaġa iktar, kif jgħidu bl-Ingliż 'more than meets the eye'. Ma nistax nara l-bżonn tal- iffriżar." Minn liberali għal konservattiva? Ħafna nies bnew din l-impressjoni li Schembri hija persuna liberali, iżda waqt l-intervista hija tagħmilha ċara li ma tħobbx it-tikketti. "F'dik il-kwistjoni jiena nemmen fid-drittijiet tal-bniedem, għalhekk iġġilidt għad-divorzju. Din il- kwistjoni hija iktar importanti mid-divorzju għax qed tiġġieled għall-ħajja. Il-ħajja umana fil- ġuf m'għandhiex leħen u vot, u xi kultant ninsew li ma' dak li jrid l-adult, hemm ukoll l-ineteress tat- tarbija." Iffriżar: bħall-abort, l-embrijun m'għandux destin Din il-gazzetta staqsiet jekk Schembri taqbilx ma' xi żgħażagħ li waqt il-Parlament Nazzjonali taż- Żgħażagħ iddeskrivew l-iffriżar tal- embrijuni bħala "parti mill-kultura tal-mewt." Hija mill-ewwel tfakkar kif l-embrijuni li jkunu żejda, jispiċċaw mormijin. "U meta jkunu mormijin, iva tkun qed toqtol il-ħajja umana, dak li aħna nsejħulu abort". Minkejja dan, Schembri tagħmilha ċara li l-iffriżar mhux abort imma "pass wieħed 'il bogħod minnu. Għax ir-realtà hija li wħud imutu għax ma jwasslux, u oħrajn ikunu maqtulin." Imma allura x'qed tgħid eżatt? Li dan huwa abort b'isem ieħor? "Le, għax mhux l-intenzjoni li toqtol meta tiffriża, imma minkejja dan, l-embrijun iffriżat se jgħaddi mill- istess destin. L-embrijun, kemm fil-każ ta' abort u anke f 'ħafna każi ta' iffriżar, qatt mhu se jsir ħajja". Hija tgħid ukoll li hemm id- dilemma wkoll tal-ġenituri li jkunu jafu li għandhom tfal friżati. "X'se jagħmlu? Se jwelldu l-ħames, tmienja jew 15-il embrijun l-ieħor? Li tħalli ħajja umana ffriżata bil- periklu li litteralment tkun mormija tippreżenta dilemma għal min għamel l-IVF ukoll. Il-kumitat se jqis l-argumenti etiċi Schembri tispjega li r-rapport li lestiet il-kummissjoni li qabbad is-Segretarju Parlamentari għas- Saħħa Chris Fearne se jkun qed imur quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-Bio-etika li tiegħu, l-istess Deborah Schembri hija ċ-Chairperson. "Il-ġimgħa d-dieħla nibdew niddiskutuh u lkoll kemm aħna, inkluża jien, miftuħin li nisimgħu ż-żewġ naħat. Naturalment l-opinjoni tiegħi hi dik li hi, imma jien xorta lesta biex nisma'." Hija spjegat kif xogħol il- kumitat mhux se jkun dak li jevalwa l-aspett mediku tal-kwistjoni, imma aktar minn hekk l-aspett etiku. L-ILLUM staqsa jekk tħossx li bil-pożizzjoni tagħha, li issa qed tagħmilha pubblika, hux qed titfa' wisq piż fuq il-kumitat li qed tmexxi, imma hi ma taqbilx. "Le, hi x'inhi l-pożizzjoni tiegħi jien vot wieħed għandi fil-kumitat." Dilemma kbira jekk il-PL jkun favur Intant l-intervista ma' Schembri bdiet tersaq lejn it-tmiem hekk kif din il-gazzetta staqsietha xi tkun il-pożizzjoni tagħha li kieku l-Partit Laburista, li hi tagħmel parti minnu, kellu jieħu pożizzjoni uffiċjali favur l-iffriżar tal-embrijuni bħala parti mill-kunċetti u tibdiliet proposti fil- liġi tal-IVF. "Jekk il-PL jieħu pożizzjoni favur, ikolli dilemma u problema kbira. Inħoss li jien ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi." Deborah Schembri tkompli tgħid li għaliha, din hija kwistjoni importanti ħafna, filwaqt li tfakkar li s'issa, huwa l-kunċett li qed ikun diskuss u mhux xi proposta leġiżlattiva. Minkejja dan, terġa' tisħaq li "jekk ikun hemm proposta li tinkludi l-iffriżar tal-embrijuni, jien insibha diffiċli ħafna li nivvota favur". Filwaqt li għamlitha ċara li hi mhux qed talludi li dak li temmen fih huwa neċessarjament l-aħjar, saħqet li se tkun qed tagħmel l-almu tagħha biex tikkonvinċi li mill-angolu etiku, dak li qed tgħid jagħmel ħafna sens. Finalment id-Deputata Laburista tgħid li, "ladarba ma kinitx fil- manifest elettorali ta' ebda partit, il-PL, u anke l-PN, għandhom iħallu lill-Membri Parlamentari liberi dwar kif jivvotaw fuq il-kwistjoni" "Ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi" Ritratt: Ray Attard "Naħseb li hemm min għandu xi interessi oħra biex isiru dawn it-tibdiliet"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015