Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
14 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 S ena ilu qrajt il-ktieb 'Ir-Regoli' tal-eks Imħallef Taljan Gherardo Colombo, li niftakruh imħallef fl-inkjesti fost oħrajn tal-Loggia P2, Mani Pulite, Tangentopoli, u oħrajn li hezzew ix-xenarju politiku fl-Italja. Irriżenja mill-Maġistratura sentejn ilu għax ħassu diżillus li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ma rnexxilux itejjibha minn ġewwa. Li laqatni f 'dan il-ktieb, fejn fih jitkellem dwar x'inhu d-Dritt, x'inhi l-Ġustizzja u d-differenza bejn soċjetajiet li jħarsu u li jkasbru d-dinjità umana, huwa l-importanza li ċ-ċittadin jkun jaf għala għandu jħares il-liġi. Fi kliemu: "La giustizia non puo funzionare se il rapporto tra i cittadini e le regole e' malato, sofferto, segnato dall'incomunicabilita. La giustiza non puo funzionare se i cittadini non comprendono il perche delle regole." Fl-aħħar sentejn, f 'Malta tagħna, jisogħb bija ninnota li l-infurzar tal- liġi ma baqax għama. U min suppost jinforza, inqatgħulu saqajh, fejn ma rabtulhomx xkiel magħhom biex ma jimxux. Niftakru lkoll li fl-ewwel sitt xhur ta' din l-amministrazzjoni ġdida, il-Kap tal-Gvern kien jirrepeti li matulhom għamel dak li ma sarx f '25 sena. Tassew. Għax fl-aħħar 25 sena ebda Ministru Nazzjonalista jew Laburista ma mar il-ħabs jipproklama amnestija lill- priġunieri biex jifirħu bih u ebda amnestija fl-aħħar 25 sena ma nkludiet it-traffikanti tad-droga u dawk li wettqu vjolenza fuq l-anzjani jew serquhom, u ebda Gvern ma ta amnestija li waqqfet il- programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga ta' dawk li kienu qed isegwuh b'sentenza. Fl- aħħar 25 sena ebda Ministru għall-Intern ma ppermetta lill-Pulizija jservu ta' waiters jew li jingħata promozzjoni fil-Korp min instab ħati mill- Qorti li offenda u ta fastidju lis-superjur tiegħu. Fl-aħħar 25 sena, ebda Kummissarju tal-Pulizija ma ordna uffiċjal tiegħu biex jagħlaq għajnejh u jippermetti post tad-divertiment jitħalla miftuħ anke jekk kien bla l-permessi, meta l-uffiċjal konċernat ried jieħu passi skont il-liġi. Fl-aħħar 25 sena ebda Ministru għall-Intern u ċ-Chief of Staff tiegħu ma kienu preżenti għall-interviews tas-Servizzi tas-Sigurtà biex ikunu jafu min huma. Fl-aħħar 25 sena ebda Gvern Nazzjonalista ma ordna b'vendikazzjoni pura mijiet kbar ta' transfers fil-Pulizija biex iddgħajfu l-għases u bata ċ-ċittadin, farrak l-SAG biex reġa' waqqafha wara ftit b'isem differenti iżda mingħajr ebda taħrig, waqqaf l-'extra' tal- Pulizija bħal fl-isptar, b'telf ta' kwazi €900 fix-xahar, jew kien hemm min ġie boarded out mill-Korp fuq taparsi mardm, f 'erbat ijiem minn ibigħ is-saħħa u fl-istess jum jingħata kuntratt ta' għexieren ta' eluf ta' ewro fis-sena mill-Enemalta. Fl-aħħar 25 sena ebda Gvern ma ndaħal lill-Kummissarju tal-Pulizija biex titwaqqaf l-ordni li jitressaq 'il-Qorti xi ħadd, anke jekk l-istess Avukat Ġenerali kien favur id-deċiżjoni li jitressaq. Qatt ma konna f 'sitwazzjoni, bħal-lum, fejn il-Pulizija li jġorru arma tan-nar minħabba d-doveri tagħhom jagħmlu tmienja, disgħa u għaxar xhur ma jisparawha fit-taħriġ. Qatt ma kellna erba' Kummissarji f 'sentejn. Qatt ma kellna sitwazzjoni fejn ikun hemm inqas Pulizija għassa f 'Paceville fil-weekend milli għassa mal- Prim Ministru (li altru li għandu jkollu s-sigurtà meħtieġa, però daqstant ieħor min jattendi l-postijiet tad-divertiment). Qatt ma kellna sitwazzjoni fejn l-uffiċjali tal-Korp jagħmlu protest fil-Qorti f 'Novembru li għadda kontra l-Gvern għax ħadilhom l-awtonomija u ġabhom jiddependu fuq kemm jobdu lill-politiku. Il-Ministru f 'Jannar li għadda jgħid li f 'ġimagħtejn, ħa jsolviha, iżda għaddew għaxar xhur u dawn baqgħu b'xiber imnieħer. Għaddew sentejn u nofs mill-wegħda solenni miktuba tal-Partit Laburista li jħallas il-miljuni ta' ewro li l-Pulizija riedu, u l-Pulizija għadhom mingħajr ċentezmu mħallas jew imqar imsemmi fil-Baġits li saru mill-2013. Ix-xogħol fil-Qorti jlaqqgħek ma' ħafna Pulizija kuljum. Kemm inweġġa' nisma' kważi ta' kull ġimgħa stejjer ta' indħil politiku sfaċċat bir-riżultat ikun moral baxx immens tal-Pulizija. Kemm hu baxx il-moral fil-Korp fl-aħħar xhur. Kemm ittini ġewwa nisma' Pulizija jgħidli li sar jistħi jilbes l-uniformi wara l-iskandli kollha li seħħew fil-Korp dan l-aħħar xhur. Il-kunċett li tkun ippremjat fil-Korp għax tagħmel xogħlok, u li tkun dixxiplinat jekk tonqos tassew, intrema'. Għax apparti li huwa ħazin li dan isir, huwa perikoluż ukoll fuq is-soċjetà meta min hu nkarigat biex jinforza l-liġi jew ma josservahiex jew jibża' jinfurzaha minħabba raġuni jew oħra. Nista' nimmaġina l-kriminalità organizzata togħroq idejja, u aħna għandna għalfejn ninkwetaw, tara din is- sitwazzjoni u l-istejjer tal-eżodu ta' membri tal-Korp li qed jitilqu 'l barra għax ma jifilħux iktar. Kemm għexieren ta' snin ta' esperjenza qed jintilfu. U min qed ibati? Is-soċjetà tagħna. Il- familji tagħna. Pajjiżna. Prova ta' dan naraw il-kriminalità tiżdied u r-residenti ta' ċertu żoni mbeżżgħin f 'darhom. Ara xi ħadd jaħseb li hawn xi ħadd f 'Malta tal-affari tiegħu u li jħobb is-serjetà u l-onestà, inkluż l-Oppożizzjoni, li jieħu xi sodisfazzjoni jara l-kriminalità tiżdied, il-Korp għarkubbtejh b'membri b'qalb maqtugħa bit-tmexxija politika mhux kompetenti, bl-indħil politiku, bl-għamad politiku u bir-riżutati li dawn iġibu. Naf li l-Kummissarju preżenti qed jagħmel l-almu tiegħu. Iżda kemm qed iħalluh, hija kwistjoni oħra. Mhux li kien li l-Korp jerġa' jqum fuq saqajh u l-Pulizija jerġa' jkun kburi mill- uniformi li jilbes. Mhux li kien li l-Korp jimxi bla biża' jew favur. Jason Azzopardi huwa Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall- Ġustizzja, Drittijiet taċ-Ċittadin u Demokrazija jason.azzopardi@gov.mt Il-Punt "Qatt ma kellna sitwazzjoni fejn ikun hemm inqas Pulizija għassa f 'Paceville fil- weekend milli għassa mal-Prim Ministru" Jason azzopardi Il-Korp u aħna, ħaqqna aħjar Il-Kummissarju Michael Cassar L-eks-Kummissarju Peter Paul Zammit L-eks-Kummissarju Ray Zammit