Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
16 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 I r-rebħa ta' Jeremy Corbyn fil- Partit Laburista Ingliż ġabet reazzjonijiet differenti. Minn dawk li jqisu lilhom infushom bħala Laburisti prammatiċi u dixxipli ta' Tony Blair, Corbyn huwa garanzija ċerta tat-telfa elettorali li jmiss. Jgħidu d-dixxipli ta' Blair, li dan Corbyn jista' jkun li hu popolari fi ħdan il-Partit tiegħu, iżda ghal skopijiet elettorali huwa ankra li se tniżżel lill-Partit Laburista fil-qiegħ tal-abbissi elettorali. Huwa deskritt bhala utopiku, ħalliem (dreamer) u li jrid jitfa' lill-Partit tiegħu għaż- żminijiet tal-epoka industrijali f 'pajjiż fejn illum għandek 30% biss tal-ħaddiema f 'unions. Fil-fatt kemm Gordon Brown u kif ukoll Tony Blair widdbu lill-membri tal-Partit Laburista li l-għażla ta' Corbyn kienet iċ-ċertifkat tal-mewt politiku tal-Partit Laburista. Iżda l-avviz ta' Tony Blair mhux biss waqa' fuq widnejn torox, iżda bħal donnu rvella aktar lil dawk li riedu lil Corbyn. Fl-istil ta' dawk li rriġġettaw lil Oliver Cromwell, lil Blair qalulu tindaħalx, żmienek għamiltu u "keep out of it." Il-membri tal-Partit Laburista lil Tony Blair qalulu, "Issa inti mur kompli għamel il-flus kif qed tagħmel u lilna ħallina bi kwietna. Nagħżlu li nieħdu s-sogru li niżbaljaw billi ma nieħdux il-parir tiegħek milli nisimgħu minnek bir-riskju li xorta nkunu qegħdin niżbaljaw." Fir-realtà, b'Corbyn u mingħajru, bl-Iskoċċiżi jitbiegħdu mill-Partit Laburista Ingliż (mill- Iskozja biss, il-Partit Laburista Ingliż kellu ħamsin siġġu), dan il-Partit issa kważi dejjem se jkun għat-telgħa. Bħal donnhom li l-membri tal-Partit Laburista rraġunaw li aħjar nitilfu bi bniedem bi prinċipji milli b'wieħed jew waħda mingħajr prinċipji. Nitilfu bil-wieqfa u mhux għarkopptejna. Mela għalfejn għazlu lilu bħala mexxej tal-Partit Laburista Ingliż? Ma kinux ftit mijiet li għażluh, bħalma jiġri f 'pajjiżna fejn l-għażla tal-Mexxej hija riżervata għal ftit mijiet ta' kunsilliera fil- Partit Nazzjonalista jew ftit mijiet ta' delegati fil-Partit Laburista, għalkemm fil-każ tal-aħħar, fl- elezzjoni li jmiss għall-ħatra ta' mexxej ġdid, anke l-membri se jkollhom iċ-ċans jgħidu tagħhom għalkemm huwa proċess altru milli imminenti. Fil-Partit Laburista Ingliż, ivvotaw kważi nofs miljun ruħ, li għalkemm mhux indikattiv tal-burdata elettorali Ingliża, xorta huwa sinnifikanti. 'Il fuq minn sittin fil-mija ta' dawk li vvotaw univokament riedu lilu. X'inhi r-raġuni li għażlu persuna, li kif qalu t-tabloids Ingliżi, se jitfa' lill-Partit Laburista mitt sena lura bil-proposti li qed jagħmel? Proposti bħalma hija n-nazzjonalizazzjoni tal-ferrovija, it-tnaqqis fin-nefqa militari, prijorità assoluta lill- ambjent u proposti oħrajn li jfakkruk fil-Labour 'antik', biex insejħulu hekk. Jiena naħseb li n-nies għejjew mis- saltna twila ta' politika neoliberali, li mhix wisq marbuta ma' valuri ta' veru, iżda mad-daqqa tal-mument kif tkun. Mhux in-nies kollha huma kwalunkwisti. Bil-politika marbuta ma' kredu ekonomiku li tassew li bis-saħħa tiegħu kien hawn min sar sinjur jew tejjeb il-kwalità tal- ħajja tiegħu kellna wkoll diżastri kbar li sal-lum għadna ma nistgħux noħorġu minnhom. B'dan il-kredu ekonomiku, min mar ħażin mar tassew ħażin. Tilfu djarhom jew dak kollu li kienu ġemmgħu f 'ħajjithom jew sal-lum huma jew uliedhom għadhom mingħajr xogħol jew li bil-pensjoni biss, qegħdin jgħixu fi stat ta' faqar assolut f 'termini Ewropej. Dawn ix-xorta ta' nies li huma vittmi ta' sistema neoliberali li ġabet miljuni ta' nies għarkopptejhom mhumiex biss fil-Greċja, Spanja jew l-Italja iżda anke fl-Ingilterra u f 'dawk il-pajjiżi Ewropej li naħsbu li huma magħmulin minn nies sinjuri biss. Minn dawn, kien hemm ħafna li vvutaw għal Corbyn, li fih x'aktarx qegħdin jaraw l-aħħar tama biex forsi jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Dawk li vvutaw għal Corbyn jiftakru żminijiet aħjar. Iżda dawk li vvutaw għalih mhux neċessarjament jirriflettu l-elettorat. Minħabba l-attitudni ta' Corbyn, li hi relattivament radikali għall-politika Ingliża, mhux biss il-Partit Laburista se jknun effettwat b'mod dirett, iżda jiena konvint li l-politika kollha Ingliża se tkun effettwata. Bħalma Tony Blair bidel lill-Partit Laburista f 'wieħed semi konservattiv biex jikkompeti mal-konservattivi dixxipli ta' Thatcher għal skopijiet elettorali, bil-preżenza u pożizzjoni tremedement soċjali biex ma ngħidx radikali wkoll ta' Jeremy Corbyn, hemm ċans tajjeb li l-klima politika Ingliża tinbidel għall-aħjar għal dawk li qegħdin fil-qiegħ. Jista' jkun li b'Jeremy Corbyn fil-Partit Laburista jitlef, iżda żgur li l-konservattivi se jkollom jikkompetu miegħu fuq it- temi soċjali. Il-konservattivi, jridu jew ma jridux, se jkollhom jikkompetu ma' Corbyn dwar temi soċjali li għal snin sħaħ abbadunaw. L-effett Corbyn mhux wieħed limitat għal rebħa jew telfa elettorali iżda se jkun fattur li xi ftit jew wisq, ibiddel ir-regoli tal-logħba biex min huwa fil-qiegħ jitla' xi ftit 'il fuq anke jekk il-Labour ma jkunx elett. Fl-elezzjoni li jmiss, kollox jiddependi kif tkun sejra l-ekonomija u kemm hemm nies li qegħdin fil-qiegħ vittmi ta' politika neo-liberali. Ħaġa waħda hija ċerta, li f 'pajjiżi oħrajn, fejn għandek ix-xellug radikali, jidher li l-paġna qegħda tinbidel. Fil-Greċja in-nies minkejja kollox reġgħu għażlu lil Syriza. Fi Spanja il-moviment Podemos, aktar ma jmur aktar qiegħed jikber. Qisu hemm mewġa fejn in-nies iridu li jipprotestaw kontra sistema li issa ilha taħkem fl-Ewropa, u li għalkemm ħolqot il-ġid, ħolqot ukoll kategoriji ġodda ta' faqar u deprivazzjoni materjali. Illum, Podemos, tajjeb jew ħażin, huwa t-tieni l-akbar partit li hemm fi Spanja. Kull imkien fl-Ewropa, dejjem qiegħed jikber il-moviment ta' bnedmin li jixtiequ xi ħaġa ġdida u ġenwina. Hekk bħalma fis-snin sebgħin, is-sistemi soċjalisti kienu għamlu żmienhom u flokhom daħal in-neo-liberlismu ta' Kieth Joseph, ta' Ronald Reagan fuq tagħlim ta' Karl Hayek, jidher li llum il-pendlu tal- istorja ftit ftit qiegħed jerġa' jitbandal lejn ix-xellug. Mhux moviment li se jseħħ mil-lum għal għada iżda hemm qiegħed. Illum ekonomisti bħal Joseph Stiglitz u Paul Krugmann li jipprietkaw ekonomija b'qalb soċjali, għadha ma sabitx l-interlokutur politiku adattat biex iwassal il- messaġġ b'mod l-aktar pragmatiku, biex ngħidu hekk. Wara snin twal ta' kwalunkwiżmu politiku, politika mibnija fuq dak li hu relattiv u mhux assolut, jeħtieg li jinstab dan l-interlokutur. Mhux faċli, għaliex l-ultra konservattivi bnew fortizza tremenda permezz ta' xibka b'saħħitha ta' aġenziji finanzjarji, banek lokali kif ukoll supranazzjonali u 'key players' fil-qasam tal-finanza globali li b'daqqa ta' pinna jistgħu jobliteraw lil dak li jkun. Jew timxi magħhom jew ikissruk. Għalhekk, b'wieħed bħal Jeremy Corbyn, jista' jkun li għal ħafna għad hemm xaqq ta' dawl, tal- inqas fejn jidħlu valuri ta' veru u mhux tal-plastik. Il-kwistjoni kollha mhux wisq jekk jirnexxilux jirbaħ l-elezzjoni, li huwa ċans remot, però mhux impossibbli. Il-kwistjoni kollha jekk jirnexxilux isalva sal-elezzjoni li jmiss bħala Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż b'mod partikolari minħabba l-grupp Parlamentari Laburista, ħlief għal ħdax-il deputat, ma jridux jafu bih. Ma niehux qatgha li jkollna lil l-ewwel Salvador Allende fi hdan il-politika Ingliza. Ma ghandniex xi nghidu bi stil eleganti u tipikament Ingliz: "Murder him over a cup of tea." Toni AbelA "A cuppa" "In-nies għejjew mis-saltna twila ta' politika neoliberali, li mhiex wisq marbuta ma' valuri ta' veru, izda mad-daqqa tal- mument" "L-ultra konservattivi bnew fortizza tremenda permezz ta' xibka b'saħħitha ta' aġenziji finanzjarji"