Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 19 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt It-turiżmu: dan hu ż-żmien li niddeċiedu M a nkunu qed niżvelaw xejn jekk ngħidu li t-turiżmu sejjer minn saħħa għal iktar saħħa. L-aħħar ċifri ppublikati mill-NSO huma xhieda ta' dan u juru kif f 'Awwissu ta' din is-sena biss, żaru pajjiżna kważi kwart ta' miljun persuna, b'żidiet notevoli mill-istess xahar is-sena l-oħra. Il- prospetti huma pożittivi ħafna u huwa mistenni li din is-sena jerġa' jinqabeż ir-rekord tas-sena l-oħra fin-numru ta' turisti li jiġu Malta, fin-numru ta' ljieli kif ukoll fl-ammont ta' flus li jħallu pajjiżna. Aħbarijiet bħal dawn ma jistgħux ma jkunux ferm pożittivi hekk kif dan it- tkabbir sostanzjali qed iseħħ minn sena għal sena f 'settur li jħaddem eluf kbar ta' nies direttament u li jfisser aktar flus fil-but għal eluf oħrajn li jiddependu minnu b'mod indirett. Huwa għalhekk li din il-gazzetta temmen li dan huwa ż-żmien perfett, mhux biex inkunu passivi iżda biex nagħmlu l-bidliet li huma meħtieġa anke jekk dawn il-bidliet jistgħu ma jkunux popolari ma' kulħadd. Nibdew bl-impjegati f 'dan is-settur. Kif kellna l-opportunità nisħqu diġà minn dan l-editorjal, ikun ta' xejn għal min jaħdem f 'din l-industrija jekk dan it-tkabbir ma jħossux f 'butu wkoll. Ikun ta' xejn jekk dawn l-eluf kbar ta' ħaddiema ma jħossux li dan it-tkabbir u s-sentiment mill-aktar pożittiv mhux qed igawdu minnu huma wkoll. Għalhekk il-Gvern għandu minnufih jinżel b'id tal- ħadid fuq dawk li f 'dan is- settur, minkejja l-prospetti ta' aktar profittabbiltà, qed iħaddmu bil-prekarjat jew inkella li qed joħolqu sitwazzjoni inġusta għax qed iħallsu lill-barranin biċ- ċiċri. Naqblu mal-proposta tal-UĦM għall-baġit u nħossu li kull impjegat, anke f 'dan is-settur, għandu jkollu kuntratt bil-kundizzjonijiet kollha bażiċi tax-xogħol miktubin bl-aktar mod ċar u implimentati mingħajr skużi. Il-Gvern għandu jagħti l-benefiċċju taż-żmien lil dawk li forsi mhux sejrin tajjeb, imma malli jagħlaq dak iż-żmien, għandu jaċċerta li kull wieħed mill- ħaddiema f 'dan is-settur, barrani jew Malti, ikun qed jaħdem skont ir-rekwiżiti bażiċi fil-liġi tax-xogħol. It-tieni huwa s-servizz. Ma jistax ikun li f 'dan il-pajjiż jibqa' jkollok sitwazzjonijiet jew postijiet fejn is- servizz huwa substandard. Għalhekk inħossu li wasal iż-żmien li jkunu infurzati r-regoli, jekk hemm, u li jaraw li kull min qed joffri servizz f 'dan il-qasam joffrih skont dak mistenni minnu. Jeħtieġ ikun hemm linji gwida ċari dwar x'mistenni joffri xi ħadd li qed jagħti servizz, hu min hu, hu żgħir kemm huwa żgħir. Jekk lukanda hija ta' tliet stilel mela għandha toffri servizz li huwa bażiku għal stabbiliment ta' tliet stilel. Jekk ristorant għandu jkollu ċerti regoli u livelli ma xiex jaderixxi, mela hekk għandu jagħmel mingħajr skużi, jekk waiter jew waitress irid ikollha tal-inqas, għarfien bażiku ta' Ingliż jew Malti, mela għandu jkun hemm infurzar ta' dawn il-livelli. U iva, għandu jkun hemm regolizzazzjoni tas-swieq ġodda t'akkomodazzjoni, bħal Airbnb, biex anke hawn nassiguraw li kull min irid jagħmel negozju mill- proprjetà tiegħu, jagħmlu bil-libertà' kollha, basta jkun qed jopera taħt qafas leġiżlattiv u mhux f 'ġungla ta' free-for-all. U fl-aħħar nett, l-infrastruttura. Ma jistax ikun li jibqa' jkollna żoni turistiċi bħal Buġibba, b'potenzjal enormi, li fihom jibqa' ma jsirx intervent dirett mill-Gvern biex ikun hemm toroq, bankini, promenades u spazji miftuħin tal-aqwa kwalità. Li nibqgħu niżbgħu fuq is-sadid ta' 20 sena, hija medjokri, daqs kemm hi patetika. Jekk irridu turisti ta' kwalità, jeħtieġ ikollna infrastruttura ta' kwalità, jeħtieġ nagħtu dehra ta' eċċellenza mhux ta' tgeġwiġija. It-turiżmu sejjer tajjeb ħafna, għalhekk issa huwa ż-żmien li l-Gvern jiddeċiedi. Meta jerġa' jaqbad it-triq tan-niżla, kif għandu ħabta jiġri f 'din l-industrija volatili, jkun ta' xejn li nfakkru li meta konna komdi stajna għamilna aħjar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015