Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Risposta mill-MPT għall-artiklu fl-ILLUM RodeRick Bajada, kap taR-RiżoRsi Umani, malta pUBlic tRanspoRt Nirreferi għall-artiklu li deher fuq il-gazzetta iLLUM nhar il-Ħadd 27 ta' Settembru, bit-titlu 'Xufiera barranin jibdew bis-€6 u aħna bil-€4.68'. Malta Public Transport b'dispjaċir tinnota li l-informazzjoni li nkitbet hi qarrieqa u ma tirriflettix il-verità dwar il- ħlasijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera li jaħdmu mal-kumpanija, kemm jekk huma Maltin jew ta' nazzjonalità barranija. Kif diġà spjegat l-MPT, f 'korrispondenza li l-kumpanija bagħtet lill- iLLUM, nhar l-erbgħa, 29 ta' Lulju 2015, fil-process għar-reklutaġġ ta' sewwieqa ġodda tal-karozzi tal-linja, jingħad ċar li l-ħlas hu sa €6 fis-siegħa, iżda dan jiddependi fuq l-ammont ta' esperjenza li għandu s-sewwieq b'liċenzja biex isuq karozza tal-linja. Il-kumpanija dejjem tagħmel il-pożizzjoni tagħha ċara dwar dan l-imsemmi fatt, mal-applikanti kollha anke fl-istadju meta jkunu qed isiru l-interviews u saħanistra meta l-impjegat ikun se jiffirma l-kuntratt ma' MPT, fejn is-salarju jkun indikat b'mod ċar. Għaldaqstant l-applikanti li għandhom il-liċenzja D tas-sewqan jibdew b'salarju li jiddependi minn kemm ikunu ilhom li ġabu din il-liċenzja u skont il-ftehim kollettiv li hemm fis-seħħ. Aktar minn hekk, il- kumpanija tagħmilha ċara li xufier Malti u xufier barrani jitħallsu l-istess mingħajr ebda distinzjoni u mhux kif ġie rrapurtat fl-imsemmi artiklu. L-artiklu jallega wkoll li xufiera barranin bl-istess liċenzja u esperjenza bħal xufiera Maltin qed jitħallsu aktar 'għax m'għandhomx post fejn joqogħdu Malta.' Dan mhuwiex minnu u l-kumpanija terġa' tagħmilha ċara li kull xufier li qed jaħdem ma' MPT, irrelevanti jekk huwiex Malti jew barrani, qed jitħallas l-istess u skont il-ftehim. Madankollu MPT tixtieq tippreċiża li f 'każijiet ta' xufiera barranin li qed jiġu Malta biex jaħdmu magħha, il-kumpanija qed tipprovdi assistenza sabiex dawn ikunu jistgħu jibbukjaw it-titjiriet u l-akkomodazzjoni fl- ewwel tliet xhur tagħhom f 'Malta iżda MPT tagħmilha ċara li dan kollu qed jiġi mħallas mill-impjegat innifsu billi jitnaqqas mis- salarju tiegħu jew tagħha. Għaldaqstant MPT mhi qed tħallas għall-ebda titjiriet jew akkomodazzjoni ta' xufiera barranin li qed jiġu jaħdmu f 'Malta. Dan hu sempliċiment servizz li qed toffri l-kumpanija sabiex tgħin lill-impjegati tagħha biex isibu arranġament komdu għalihom u jidraw f 'Malta bħal kull impjegat ieħor, fl-inqas żmien possibli. L-istess artiklu jikkwota lil xufiera jgħidu li tneħħilhom l-overtime u l-isplit shift, meta mqabbel ma' dak li kien isir fit-tmexxija ta' qabel. Il-kumpanija tiċħad ukoll kategorikament din l-informazzjoni u tagħmilha ċara li ma bidlet ebda kundizzjonijiet ta' impjeg wara li l-kumpanija Spanjola ħadet it-tmexxija ta' MPT. Dak li ma ntqalx fl-artiklu hu, li l-kumpanija qed tipproponi kundizzjonijiet aħjar fl-interess tal- ħaddiema li jaħdmu ma' MPT. Sentenzi tal-mewt 'bil-moħbi' f 'pajjiżna patRi FRanco Fenech, kappillan tal- FaĊilità koRRet tiva ta' koRdin MiN isir jaf li l-Papa franġisku tkellem u kkundanna l-piena tal- mewt, żgur li ma jieħux xi sorpriża kbira. il-Knisja ilha snin titkellem u tikkundanna l-piena tal- mewt, tant li llum huma ħafna inqas il-pajjiżi li għadhom japplikaw din il-piena. Propju fiż-żjara li l-Papa franġisku għadu kif għamel ġewwa l-istati Uniti, huwa reġa' għamel appelli qawwija sabiex tiġi abolita l-piena tal- mewt, mhux biss fl-istati Uniti stess imma fuq livell globali. Huwa saħaq li: "every life is sacred, every human person is endowed with inalienable dignity." il-Papa għamel appell qawwi propju l-Ħamis 24 ta' Settembru ta' din is-sena fejn qal li huwa jrid jara: "global abolition of the death penalty." Iżda jekk dan l-appell qawwi u mqanqal tal- Papa Franġisku, ma jissorprendiniex, żgur li jissorprendina l-fatt li l-Papa joħroġ jitkellem b'qawwa kbira kontra l-piena tal-għomor il- ħabs. Din hija xi ħaġa li poġġietu fuq nett fir- rapportaġġg tal-media kollha! Dan l-appell tal-Papa ma kienx l-ewwel wieħed li għamel f 'dan ir-rigward, imma diġà kien tkellem fit-22 ta' Ottubru tas-sena l-oħra meta huwa kien qiegħed jindirizza lill-Assoċjazzjoni tal- Liġi Penali. Huwa ħeġġeġ lill-"persuni kollha ta' rieda tajba" biex jiġġieldu bis-sħiħ il-piena tal-mewt u t-titjib fil-kundizzjoni tal-ħabsijiet. Fl-ittra, il-Papa Frangisku jgħid, "Għalhekk, dawk li huma Kristjani, flimkien ma' kull persuna ta' rieda tajba, huma msejħa llum biex jiġġieldu, mhux biss għall-projbizzjoni tal-piena tal-mewt, sew jekk legali u sew jekk le, u f 'kull forma tagħha, imma wkoll biex jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet b'mod li jirriflettu u jirrispettaw id- dinjità tal-persuni li huma mċaħħda mil-libertà. Ma' dawn, jiena ngħaqqad ukoll is-sentenza tal- għomor il-ħabs. Fl-istat tal-Vatikan, minn ftit żmien ilu, ma teżistix iżjed is-sentenza għall- għomor fil-Kodiċi Penali. Is-sentenza għall-għomor hija sentenza tal-mewt moħbija." Issa wkoll fiż- żjara li l-Papa għamel ġewwa l-Istati Uniti, ma tilifx l-opportunità biex jitkellem dwar il-piena tal-għomor il-ħabs. Huwa jgħid, "This involves committing convicted prisoners essentially to remain behind bars for the rest of their natural life." Il-Papa qal li huwa kontra l-piena tal- għomor il-ħabs għaliex, "it removed all hope from the prisoner. A just and necessary punishment must never exclude the dimension of hope and the goal of rehabilitation." Inżommu f 'moħħna li l-Istati Uniti hija l-uniku pajjiż li għadhom jagħtu s-sentenza tal-għomor anki lil żgħażagħ taħt it-18-il sena u bħalissa, hemm madwar 2,500 persuna li qed jiskontaw sentenzi ta' reati li wettquhom meta kienu għadhom tfal taht l-età. Jeremy Bamber li fl-1985 ġie akkuzat u kkundannat għal għomru l-ħabs fuq il-qtil ta' membri tal- familja tiegħu stess, juri qbil ma' dak li qal il- Papa Franġisku. Huwa jpoġġi dak li qal il-Papa Franġisku fi kliem ieħor, "Jekk fl-istat jixtiequ li jkollhom il-piena tal- mewt, allura aħjar ikunu onesti u jintroduċu mill- ġdid it-tgħalliq." B'dan il-kliem, bħal donnu ried jgħid li l-għomor il-ħabs huwa mod kif toqtol il- persuna bil-pulit. Huwa ġustament jikkummenta li l-għomor il-ħabs huwa f 'kontradizzjoni mal-idea li l-ħabs huwa post ta' riforma, għax sentenza ta' għomor il-ħabs tiċħad lill- persuna kull possibilità ta' redenzjoni. Ġewwa pajjiżna, l-aħħar eżekuzzjoni tal-mewt saret fil-5 ta' Mejju 1943 u l-aħħar kundanna tal-mewt kienet fl-1 ta' Ottubru 1963. Minn dak iż-żmien, il-ħabs ta' Kordin beda wkoll jissejjaħ Facilità Korrettiva. Dawk li kienu Gwardjani, issa bdew jissejħu Uffiċjali Korrettivi. Ix-xogħol tal-uffiċjal korrettiv, mhuwiex iżjed is-sigurtà u d-dixxiplina biss, iżda wkoll li jipprovdi taħriġ bażiku lir-residenti bħala parti mir-riforma tagħhom. Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, fid-diskors tiegħu waqt il-pass out ta' 64 Uffiċjal ġdid għall-Faċilità Korrettiva, nhar it-13 ta' Frar li għadda qal, "Ilna nużaw il-kelma Faċilità Korrettiva għal numru ta' snin, iżda rridu wkoll l-uffiċjali jkunu wkoll Uffiċjali Korrettivi. Allura rridu nenfasizzaw aktar fuq il-ħtieġa li mhux sempliċiment inżommu persuni li jiżbaljaw ġewwa l-Facilità, imma rridu ntuhom it-taħrig u skills biex finalment iħallsu tal-iżball tagħhom imma joħorġu persuni aħjar." Iżda rridu niftakru li f 'pajjiżna wkoll għad għandna persuni li 'bil- moħbi' jingħataw sentenza għall-mewt għaliex jingħataw is-sentenza tal- għomor. Fil-fatt, ġewwa pajjiżna bħalissa għandna 15-il persuna b'din is- sentenza. L-għomor il-ħabs, għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu xi wħud, ifisser sentenza twila sal- mewt tal-priġunier. Jiena ningħaqad mal- Papa Franġisku u nagħmel appell biex l-awtoritajiet ta' pajjiżna, jikkunsidraw sentenzi alternattivi li jkunu konformi mal- isem li bih qed jissejjaħ il-habs, coè dak ta' Facilità Korrettiva. Sentenzi li, kif qal il- Papa nnifsu, ma joqtlux it-tama fil-persuni u għalhekk jinċentivawhom biex jaħdmu għar- riabilitazzjoni tagħhom infushom u l-ġid tas- socjetà. Nagħlaq bil-kliem tal-Papa Franġisku stess, "society can only benefit from the rehabilitation of those convicted of crimes." F'pajjiżna wkoll għad għandna persuni li 'bil-moħbi' jingħataw sentenza għall-mewt għaliex jingħataw is-sentenza tal-għomor'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015