Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 25 Flixkun tal-Coca-Cola inbidel f 'cover tal-mowbajl Qatt immaġinajt li flixkun tal-plastik tal- Coca-Cola jista' jinbidel f 'cover tal-mobile, ċurkett, mudell ta' dgħajsa jew brazzuletta b'għafsa ta' buttuna mill-kumdità ta' darek? L-istilla tal-Black Eyeda Peas, Will.i.am, flimkien ma' The Coca-Cola Company, ħolqu EKOCYCLE biex jimmotivaw ditti ta' fama jagħmlu l-affarijiet minn materjal riċiklat u jagħmlu l-ħajja iktar sostenibbli u ta' tendenza. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra bil-parteċipazzjoni fl-attività Xjenza fil-Belt, li matulha kienet spjegata x-xjenza fil-manifattura ta' flixkun tal-luminata, il-Coca-Cola, permezz tal-produtturi lokali GSD Marketing Ltd, din is-sena intruduċew l-innovazzjoni tal-EKOCYCLE Cube 3D printer. "Bħala r-rappreżentanti lokali tal-kumpanija Coca-Cola konna eċitati u entużjasti biex nesebixxu pubblikament l-ECOCYCLE Cube," qal Stephen Bonnici, Maniġer tal-Komunikazzjoni u l-Affarijet Pubbliċi tal- GSD Marketing Ltd. "Din it-teknoloġija ippermettiet lil kulħadd, minn studenti sa artisti u inventuri, jesperjenzaw b'mod attiv l-aspett tar-riċiklaġġ. Mhux biss biex toħloq oġġett li jogħġbok id-dar, iżda li jinbidel il-mod kif inħarsu lejn ir-riċiklaġġ". F'termini mill-aktar sempliċi, l-EKOCYCLE Cube jieħu l-istampar 3D fuq livell differenti għall-fatt li jistampa b'cartridge magħmul parti minn fliexken tal- plastik tal-Coca-Cola riċiklati wara li jintużaw mill-konsumatur. Kull cartridge tal-EKOCYCLE huwa l-ekwivalenti ta' tliet ifliexken żgħar tal-Coca- Cola li jinbidlu f 'kull ħaġa, minn aċċessorji tal-moda għal dekorazzjonijiet għal fuq l-iskrivanija. Il-magna tiġi b'varjetà ta' 25 disinn differenti li jistgħu jintużaw biex jinħolqu oġġetti varji li jintużaw kuljum, ta' kulur aħmar, iswed jew kulur naturali. "L-iskart hu biss skart jekk narmuh," jgħid l-artist mużikali ta' fama mondjali Will.i.am. "Bil-marka tal-EKOCYCLE, ninsabu fuq missjoni li nedukaw u naspiraw lill-konsumaturi madwar id-dinja jfittxu aktar għażliet għal ħajja sostenibbli li twassal finalment għal dinja li ma tarmi xejn. "Meta tagħmel prodotti b'materjal riċiklat aktar attraenti kemm għan- nies tan-negozju kif ukoll għall-konsumaturi, kulħadd ikun jista' jagħmel il-parti tiegħu biex jitkompla għaddej dan iċ-ċiklu biex l-iskart li narmu jinbidel f 'oġġetti ġodda u pjaċevoli. Il-kumpanija Coca-Cola qed taqsam u xxerred din il- viżjoni u flimkien, b'ħidma mal-komunità lokali madwar id-dinja, nagħtu valur akbar lir-riċiklaġġ, kif ukoll nagħżlu prodotti li jkollhom materjal riċiklat." Stephen Bonnici, Maniġer tal-GSD Marketing juri kif jaħdem l-EKOCYCLE Cube 3D printer waqt Xjenza fil-Belt Farsons jirreġistra iktar tkabbir u jħabbar aktar investimenti Il-Grupp Farsons irrapporta tkabbir stabbli u prestazzjoni bi qligħ għall- ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja li ntemmu fil-31 ta' lulju 2015, meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Filwaqt li d-dħul qabeż l-€44 miljun, li jfisser żieda ta' 8% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra, il-qligħ mill-operat wara t-taxxa, ammonta għal €4.6 miljuni, żieda sinifikanti ta' 14% fuq iċ-ċifra rekord tas- sena l-oħra. Dwar il-ħidma tan-negozju tal-Grupp, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Farsons is-sur Norman Aquilina qal: "Is-suq baqa' kompetittiv ħafna, bi pressjonijiet kostanti fuq il- volumi u l-marġini. Minkejja dan, in-negozju tax-xorb u b'mod partikolari l-operat tal-franchises komplew irendu prestazzjoni tajba." Qal ukoll li "filwaqt li komplejna ntejbu l-effiċjenza permezz ta' investimenti, teknoloġija, innovazzjoni u kontroll tal-ispejjeż, it-tkabbir fl- esportazzjoni ser ikompli jkun il-punt li nkomplu niffukaw fuqu skont il-viżjoni strateġika tal-grupp." Il-prestazzjoni b'saħħitha tal-ekonomija lokali, iż- żieda fin-numru tal-wasliet ta' turisti u l-infiq tagħhom, flimkien mas-suċċess tal- marketing tal-firxa tal- prodotti tal-birra ta' Farsons u t-tkabbir fil-volum tax- xorb impurtat kienu kollha fatturi li kkontribwew għal dawn ir-riżultati pożittivi li nkisbu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja tal- kumpannija. Mil-lat tal-investiment, filwaqt li x-xogħlijiet marbuta mal-bini tal-faċilità l-ġdida u mill-aktar moderna għall-ippakkjar tal-birra qed ikomplu kif skedati u skont il-baġit, il-kumpanija ħabbret ukoll pjani biex testendi l-operat tal-loġistika u l-volum ta' warehousing, flimkien ma' żvilupp ta' spazju ġdid għall-impjegati fl-amministrazzjoni. Dan l-investiment, flimkien man-nefqa kapitali relatata mal-proġett, mistennija jammontaw għal €10 miljuni. Ix-xogħol fuq il-proġett mistenni jibda f 'Jannar tal-2016 u jitlesta fi żmien sentejn. Iċ-Ċermen tal-Grupp, is-sur Louis A. Farrugia, irrefera għal dak li kienet ħabbret il-kumpanija fid-29 ta' Mejju 2015, fejn intqal li l-applikazzjonijiet tal- ippjanar tal-iżvilupp tal- Farsons Business Park kienu sottomessi lill-MEPA. "Minn dakinhar saru iktar disinji, analiżi u speċifikazzjonijiet dettaljati marbuta mal-proġett li għandhom jitressqu għall- approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali li jmiss. Il-bord qed jikkunsidra wkoll diversi għażliet rigward minn fejn jikseb il-fondi u qed jippjana kif b'mod effettiv iwettaq ir-ristrutturar tal-grupp. Bħalissa qed nesperjenzaw fażi oħra interessanti fl-istorja tagħna fejn nemmnu li din ser twassal għal iżjed tkabbir tan-negozju tal-Grupp Farsons." Il-bord tad-diretturi rrakkomanda dividend ta' nofs is-sena li jammonta għal €1 miljun. Dan hu simili għal dak tas-sena l-oħra, u ekwivalenti għall-€0.0333 għal kull sehem. Id-dividend jitħallas minn qligħ eżenti mit-taxxa, u jingħata fl-20 ta' Ottubru għal dawk reġistrati bħala azzjonisti ordinarji fis-6 ta' Ottubru 2014. Il-Brewhouse ta' Farsons

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015