Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
28 illum Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Balzan ........................ 1 Qormi.......................... 0 Kellu jkun l-attakkant Montenegrin Aleksandar Vujacic li rnexxielu jsib ix-xibka fil-ħin miżjud, propju fit-92 minuta biex ta tliet punti prezzjużi lil Balzan f 'rebħa li ħalliethom fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat BOV Premier. Dan hekk kif issa huma għandhom 17-il punt minn seba' logħbiet, jiġifieri tliet punti vantaġġ fuq iċ-champions Hibernians li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu impenjati llum kontra Mosta. Il-gowl wasal meta Godwin Mensha krossja ballun perfett mil-lemin, b'Vujacic jitfa' l-ballun ġewwa permezz ta' diving header mill-isbaħ. Balzan ikkontrollaw lill-avversarji tagħhom, Qormi, tul id- 90 minuta, iżda l-Qriema mmexxija mill-kowċ bravu Jesmond Zerafa lagħbu logħba ferm difensiva, speċjalment permezz tad- difensuri ċentrali Ousmane Sidibe, Billy Berntsson u Noah Olawole Ojula, waqt li l-goalkeeper żagħżugħ ta' 16-il sena Andreas Vella imblokka kważi kulma ġie lejh. Balzan wettqu tliet tibdiliet mill-formazzjoni li għelbet lill-Mosta bl-iskor ta' 3-1. Dan hekk kif Christian Cassar, Samir Arab u l-awtur tal-gowl tant importanti Aleksandar Vujacic ħadu post Valerio Senatore, Maxim Focsa u Lydon Micallef. Steve Bezzina, Ryan Fenech u Bojan Kaljevic għal darb'oħra kienu nieqsa mill-formazzjoni ta' Balzan, minħabba li għadhom qed jirkupraw minn injury. Min-naħa l-oħra l-kowċ ta' Qormi Jesmond Zerafa m'għamel l-ebda bidla mill- formazzjoni li tilfet kontra Birkirkara bl-iskor ta' 2-1 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Balzan - Cassar, Grima (Agius 82'), Bilbao Zarate, Arab (Micallef 59'), Mensha, Vujacic, Effiong (Darmanin 65'), Serrano Valero, Sciberras, Brincat, Grioli Qormi - Vella, Cassar, Sidibe, Olawole Ojula, Berntsson, Agius, Gauci, Magro (Virgil Oproisecu 40'), Monti (E. Vella 83'), Micallef (T. Vella 73'), Nilsson Referi - Marco Borg GODWIN MENSHA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Balzan, ma' liema tim ingħaqad matul is-sajf li għadda. Provda l-cross perfett li minnu Aleksandar Vujacic skorja l-gowl tant importanti permezz ta' diving header fit-92 minuta. Balzan jiksbu rebħa minima u drammatika kontra Qormi Azzjoni mill-konfront li rriżulta bħala wieħed ferm pjaċevoli bejn Qormi u Balzan Ritratt - Chris Mangion