Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 29 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien R .................... 1 Valletta ...................... 3 Valletta kisbu rebħa tajba meta kkonvinċew bis- sħiħ u għelbu lil tarxien R. bl-iskor ta' 3-1.a Huma ma damux ma fetħu l-iskor hekk kif żewġ minuti biss wara Llywelyn Cremona għadda tajjeb lejn l-attakkant prolifiku Tuneżin Abdelkarim Nafti, li ra x-xutt tiegħu minn ġol- kaxxa jintemm ġewwa. It-tim immexxi minn Paul Zammit irdoppja l-iskor fit-13-il minuta meta Roderick Briffa għadda tajjeb lejn Njongo Priso li xeħet cross għan-nofs, iżda d-difensur ċentrali Brażiljan ta' Tarxien Rainbows Bruno Giglio De Oliveira, fit- tentattiv li jtajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, b'irkopptejh tefa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess, biex b'hekk irriżulta awto gowl sfortunat. Ir-Rainbows naqsu l-marġni tal-iskor biex reġgħu daħlu lura fil-logħba, meta minn corner mogħti b'mod perfett minn Joao Pedro Oliveira Santos, għola tajjeb Luke Montebello li permezz ta' daqqa ta' ras b'lura mill-viċin, tefa' ġewwa biex b'hekk kien qed jiskorja kontra t-tim li jinsab misluf mingħandhom. Man-nofs siegħa logħob, ir-Rainbows tilfu okkażjoni tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs meta Luke Montebello għadda tajjeb lejn Triston Caruana li minn quddiem Henry Bonello ra lill-goalkeeper Belti isalva bi bravura, bil-ballun jintemm għand Joao Pedro Oliveira Santos li minn taħt il-lasti ra lil Umeh Uchenna Calistus isalva minn fuq il-linja. Fit-78 minuta, Tarxien Rainbows qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 players fil-grawnd meta tkeċċa għalihom il- plejer Alex Da Paixao Alves wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, bit-tieni waħda jirċevieha wara fawl ikrah fuq il-captain Belti, Roderick Briffa, eżatt barra l-kaxxa. Valletta ssiġġilaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl eżatt mas-86 minuta meta s-sostitut Jean Pierre Mifsud Triganza b'xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa, għeleb għal kollox lil Andrea Cassar. Tarxien R. - Cassar, Baker, M. Caruana (Azzopardi 85'), Giglio De Oliveira, T. Caruana, Omerou, Hevia Menendez (Meira Santos 66'), Montebello, Zerafa (Muscat 71'), De Paixao Alves, Oliveira Santos Valletta - Bonello, Azzopardi, Camilleri, Gill Cruz, Briffa, Priso (Mifsud Triganza 75'), Falcone (Bruce 83'), Cremona, Pani, Uchenna Calistus, Nafti (Suda 89') Referi - Clayton Pisani LLYWELYN CREMONA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Huwa prodott tan-Nursery ta' Valletta. Huwa plejer ferm importanti tat- tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Rebħa tajba għal Valletta kontra Tarxien R. CRISTIAN ANTONY MUSCAT Floriana .................... 3 Sliema W .................. 0 Fl-aktaR konfront mistenni ta' tmiem din il-ġimgħa Floriana għelbu lir-rivali antiki tagħhom Sliema Wanderers bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża meta wara biss tliet minuti, xutt fil-baxx mid-distanza ta' antonio Monticelli, ħabat ma' sieq il-wieqfa, bil-ballun jgħaddi tul il-lasta kollha minn wara l-goalkeeper Slimiż, fejn inkredibbilment l-ebda plejer Furjaniż ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun. Il-Greens komplew jattakkaw u fit-13-il minuta, rega' kien it-Taljan Antonio Monticelli li ħoloq il-periklu permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra mil-lasti ta' Glenn Zammit. Attakk wara l-ieħor, it-tim immexxi mill- Belġjan Luis Oliveira finalment fetaħ l-iskor ħames minuti biss wara meta wara li d-difiża tal- Wanderers ikklerjat qasir, il-ballun intemm għand Matteo Piciollo, li mill- viċin spara ġewwa. Sliema Wanderers irrispondew għall-ewwel darba fil- logħba fis-26 minuta meta minn corner mogħti minn Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, għola tajjeb Stefano Bianciardi li mill- viċin ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jintemm għoli. Fis-57 minuta, Gary Muir, għal Sliema Wanderers ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq Matthew Calleja Cremona, bil-ballun deher destinat għal ġewwa, iżda Andrea Scozzese, tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali biex evita gowl ċert. Kellu jkun Matteo Piciollo li jirdoppja l-iskor għall- Greens fis-66 minuta meta huwa dar ma' żewġ difensuri Slimiżi qabel għeleb lil Glenn Zammit permezz ta' xutt fil-baxx. Kien għad fadal aktar gowls f 'din il-logħba hekk kif fit-88 minuta Floriana skorjaw it-tielet gowl biex issiġġilaw ir-rebħa meta Matteo Piciollo krossja tajjeb lejn is-sostitut Steve Pisani, li permezz ta' xutt mill-ewwel minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Floriana - Calleja Cremona, Monticelli, Pepe, Clyde Borg (Villa 79'), 10 - Conor Borg (Pisani 67'), Pisani, Scozzese, Piciollo, Briffa, Chiesa (Aboulezz 90'), Fontanella Sliema W. - Zammit, Muscat, Scerri (Xuereb 75'), Mifsud, Dos Santos Calcado, Rodrigues Ledesma, Gatt Baldacchino (Friggieri 70'), Bezzina (Potezica 40'), Muir, Bianciardi, Dimech Referi - Trustin Farrugia Cann MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja. Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja. Floriana jikkonvinċu u jirbħu l-'Old Firm Derby' kontra Sliema W. Republic Street, Valletta next to the Courts Ritratt - Jane Farrugia Ritratt - MFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015