Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 SportSillum Mancheser city irritornaw għar-rebħ bil- kbir meta ġewwa darhom fl-etihad stadium għelbu lil newcastle United bl-iskor kbir ta' 6-1. Il- gowls għall-Blues waslu minn ħames gowls ta' sergio aguero u gowl uniku tal-eks plejer ta' Wolfsburg fil-Ġermanja, Kevin De Bruyne. Min- naħa l-oħra l-gowl waħdieni għall-Magpies fil-logħba wasal minn aleksandar Mitrovic fit- 18-il minuta, biex kien momentarjament fetaħ l-iskor għat-tim tiegħu. Intant, kompla l-istaġun mill-aktar diżastruż għal Chelsea, meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge sfaw megħluba minn Southampton bl-iskor ta' 3-1. Kien Willian li fetaħ l-iskor għal Chelsea iżda mbagħad is-Saints għamlu rimonta mill- aqwa u skorjaw tliet gowls permezz ta' Steven Davis, Sadio Mane u t-Taljan Graziano Pellè. Leicester City barra minn darhom kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Jamie Vardy u gowl ta' Jeffrey Schlupp, waqt li l-gowl waħdieni għal Norwich City wasal minn Dieumerci Mbokani fid-69 minuta. Stoke City barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl- iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku tagħhom fil- logħba jasal minn Marko Arnautovic fil-55 minuta. F'din il-ġurnata stajna ninnutaw żewġ riżultati ta' draw. Dan hekk kif AFC Bournemouth u Watford temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, waqt li Sunderland u West Ham United spiċċaw fi draw ta' 2-2. Intant, Crystal Palace, ġewwa darhom ikkonvinċew u għelbu lil WBA bl-iskor ta' 2-0, biż- żewġ gowls għalihom fil- logħba jaslu minn Yanick Bolasie u minn penalty ta' Yohan Cabaye. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 03 ta' Ottubru Crystal Palace vs WBA 2-0 AFC Bournemouth vs Watford 1-1 Aston Villa vs Stoke City 0-1 Manchester City vs Newcastle United 6-1 Norwich City vs Leicester City 1-2 Sunderland vs West Ham United 2-2 Chelsea vs Southampton 1-3 FIXTURES Il-Ħadd 04 ta' Settembru 14:30 Everton vs Liverpool 17:00 Arsenal vs Manchester United 17:00 Swansea City vs Tottenham H. It-Tnejn 28 ta' Settembru 21:00 WBA vs Everton Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 03 ta' Settembru Carpi vs Torino 2-1 Chievo Verons vs HellasVerona Fixtures Il-Ħadd 04 ta' Settembru 12:30 Empoli vs Sassuolo 15:00 Palermo vs Roma 15:00 Sampdoria vs Inter 15:00 Udinese vs Genoa 18:00 Juventus vs Bologna 18:00 Lazio vs Frosinone 20:45 AC Milan vs Napoli 20:45 Fiorentina vs Atalanta KlassifiKa Kampjonat Barclays premier tim l pti Manchester City 8 18 Manchester United 7 16 Crystal Palace 8 15 Leicester City 8 15 West Ham United 8 14 Arsenal 7 13 Everton 7 12 Tottenham Hotspur 7 12 Southampton 8 12 Liverpool 7 11 Watford 8 10 Swansea City 7 9 Norwich City 8 9 Stoke City 8 9 AFC Bournemouth 8 8 Chelsea 8 8 West Bromwich Albion 8 8 Aston Villa 8 4 Sunderland 8 3 Newcastle United 8 3 L-Inter Club Malta jiċċelebra s-37 sena mit-twaqqif tiegħu Għal sena oħra ġie ċċelebrat jum importanti ħafna għal Inter club Malta, wieħed mill-akbar Inter clubs fid-dinja. Dan il-klabb mhux biss kiber bħala post iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed ikompli jiġġedded biex dan jibqa' d-dar naturali tal-Interisti Maltin. Din is-sena, l-Inter Club Malta għalaq is-37 sena mit-twaqqif tiegħu. Bħalma jiġri kull sena, il-Kumitat immexxi mill-Avukat Chris Bonett organizza festin tal-okkażjoni fejn għalih kien hemm mistiedna numru ta' persuni li jgħinu lill-klabb matul is-sena, kif ukoll rappreżentanti ta' supporters clubs ta' timijiet oħra. Matul l-istess okkażjoni, il-kumitat ippremja lis-sur Neville Carabott bħala l-membru tas-sena F'kelmtejn tal-okkażjoni l-Avukat Bonett irringrazzja lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu mill-ħin u l-enerġija tagħhom għall-klabb. Irrefera għas-suċċess taż-żjara ta' Nicola Berti u ħabbar li hemm xogħol għaddej biex aktar plejers tal-Inter iżuru pajjiżna fil-futur. Dan kollu huwa possibli grazzi għar-relazzjoni eċċezzjonali li l-Inter Club Malta għandu maċ-Centro Coordinamento Inter Club tal-istess FC Internazionale. Huwa ħabbar li minn din is-sena, il-kumitat iddeċieda li qabel kull logħba importanti ta' Inter, jiġi organizzat rally għas- supporters Interisti. Diġà sar l-ewwel wieħed qabel il-logħba kontra AC Milan, u se jsir ieħor fis-16 ta' Ottubru qabel il-logħba kontra Juventus. Waqt dan l-istess rally se ssir kompetizzjoni interessanti ħafna fuq l-istorja tar- rivalità bejn Inter u Juventus, bl-ewwel premju jkun dak ta' vjaġġ għal Milan u biljett tal-Istadio San Siro għal-logħba tal- Inter, kif ukoll tour tas-sede ċentrali tal-Inter ġewwa Corso Vittorio Emanuele, bi żjara fis-sala tat-trofej tal- Inter. It-tour tas-sede jsir minn eks plejer, leġġenda tal-Inter li rebaħ it-tripletta fl-istaġun 2009/10. L-Inter Club Malta jixtieq ifakkar li minn din is-sena, id-dħul għal-logħob kollu tal-Inter huwa bla ħlas għall-membri, filwaqt li dawk kollha li jixtiequ jixtru l-biljetti għal logħob home tal-Inter jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu email fuq info@interclubmalta.com jew permezz ta' twitter @ interclubmalta jew inkella fuq il-paġna ta' Facebook Interclubmalta. il-president ta' inter club malta chris Bonett flimkien mal-eks president john Zammit u membri oħra tal-Kumitat Manchester City jirritornaw għar-rebħ bil-kbir u jkompli l-istaġun diżastruż ta' Chelsea sergio aguero jiskorja ħames gowls għat-tim ta' manchester city fil-partita kontra newcastle

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015