Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 31 SportSillum Danica Bonello Spiteri fil-quċċata fost l-atleti tat-triathlon f 'Malta...u anki fi Spanja Danica Bonello Spiteri terġa' tinsab fil-quċċata fost l-atleti tat-triathlon f 'Malta, kif ukoll fi Spanja. Dan wara r-riżultati ferm pożittivi li kisbet f 'dawn l-aħħar tliet ġimgħat. Il-kampjonati nazzjonali Maltin tal-'cross triathlon' seħħew fix-Xgħajra fejn Bonello Spiteri wriet kemm hija fi klassi għaliha fejn rebħet mhux biss fil- kategorija femminili, iżda kienet l-ewwel overall mal- irġiel ukoll. Hi ħarġet mill- għawma ta' 750m fl-ewwel post u fis-sezzjoni ta' 20km bir-rota, li kienet 'off road' u jużaw il-mountain bikes, kellha battalja mal-ewwel raġel, il-ġuvnott Shaun Galea, iżda fl-aħħar fażi tar-rota, irnexxielha tibqa' fil-vantaġġ. Fil-ġirja ta' 5 kilometri, li kienet fuq 'off road' ukoll, Bonello Spiteri kompliet iżżid il-vantaġġ tagħha biex tirbaħ dan il- kampjonat. Ġimgħa wara, l-impenn ta' Bonello Spiteri, kien f 'Aguilas fi Spanja fejn ħadet sehem fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Klabbs tat- Triathlon fi Spanja, fejn hi tifforma parti mit-tim ta' Club Triathlon Onderrata Alcorcon (CTOA). Il-livell hemmhekk kien għoli ħafna, peress li Bonello Spiteri ħadet sehem fl-Ewwel Diviżjoni, fil- Kategorija msejħa 'Elite'. "L-atleti Spanjoli huma b'saħħithom ħafna, u telqu b'ritmu mgħaġġel ħafna fl-għawma, iżda rnexxieli nżomm mal-ewwel grupp. Kif ħriġna fuq ir-rota, kelli naqdef mhux ħażin biex nibqa' fil-grupp, izda ma tantx dehru li riedu jaħdmu ħafna l-atleti l-oħra, allura l-pass naqas. Kif lestejna mir-rota, kont ġo grupp ta' xi 10 atleti u kulħadd ħareġ sparat. Qgħadt attenta ħafna fil-ġirja għax kont naf li kulħadd jiġri ferm tajjeb. Spiċċajt niġri spalla ma' spalla ma' 3 atleti oħra u bil- mod il-mod, bdejna nżidu l-pass u spiċċajt bi sprint finish fl-aħħar 100 metru, u dħalt fl-10 post overall. Dan kien eżattament żewġ minuti wara l-ewwel atleta overall, u kont kuntenta ħafna, għax l-għan ta' din it-tellieqa kien li nkun mal-ewwel 10 nisa. Irrid inżid li kien hemm atleti mill-Italja (l-ewwel post) u mill-Irlanda (it-tielet post), li ħadu sehem f 'din it-tellieqa wkoll, bħala mistednin barranin għall- klabb, bħalma kont jien. Ir-riżultat li ksibt, kif ukoll dak li kisbu sħabi tal-CTOA għen biex il-klabb spiċċa fit-tielet pożizzjoni overall fi Spanja, u b'dan ir-riżultat, il-president tal-klabb kien ferm kuntent," sostniet Danica Bonello Spiteri. Wara din it-tellieqa, l-atleta ewlenija f 'pajjiżna fid-dixxiplina tat-triathlon, reġgħet lura Malta, biex tkompli fejn ħalliet u reġgħet ħadet sehem fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Aquathlon, li tikkonsisti f '2.5km girja, 1km għawma u 2.5km ġirja. It-tellieqa kienet taħraq, u kienet fl- għawma li Bonello Spiteri rnexxielha tieħu l-vantaġġ fl-ewwel pożizzjoni tan- nisa. Fit-tieni ġirja kompliet tkabbar dan il-vantaġġ u reġgħet rebħet il-Kampjonat b'ħin li kien żewġ minuti aħjar minn dak tas-sena l-oħra. L-impenn li jmiss għal Bonello Spiteri huma l-Kampjonati Mondjali tal-'cross triathlon' (fejn ir-rota u l-ġirja jkunu fuq terran offroad), li se jseħħu f 'Sardenia, fl-Italja. Is- sena li għaddiet Bonello Spiteri kienet rebħet il-kategorija tagħha tal- 'age group' f 'din it-tellieqa, u ħadet it-titlu ta' 'world champion' tal-'age group'. Din is-sena telgħet fil- quċċata tal-kompetizzjoni u ddeċidiet li tieħu sehem fil- kategorija 'Elite' mal-atleti professjonali tad-dinja, fejn hi determinata li tagħmel l-aħjar li tista' biex iġġib unur lil Malta. Danica Bonello Spiteri xtaqet tirringrazzja lil dawk li tawha appoġġ matul din is-sena fosthom www. buffmalta.com, BBB cycling, Quest Vitamins, Ecco shoes kif ukoll lil Malta Triathlon Federation. Danica Bonello Spiteri fl-azzjoni waqt it-tellieqa tal-Aquathlon. Ritratt - Trixie van der Koori Keith Galea jirbaħ il-Birkirkara St Joseph Triathlon Series għat-tmien darba iċ-chaMpion ta' Malta tat-triathlon Keith Galea kompla jikseb iktar suċċessi hekk kif rebaħ il-Birkirkara St Joseph Triathlon Series għat- tmien darba fil-karriera tiegħu. nhar il-Ħadd li għadda saret l-aħħar sprint distance triathlon ta' din is-serje fejn it- tellieqa reġgħet ġiet iddominata għal darb'ohra mill-atleta ta' Birkirkara St Joseph. Galea beda b'pass tajjeb ħafna fl-għawma ta' 750m fejn mill-ewwel mar fuq quddiem. Fil-fatt Galea ħareġ l-ewwel mill-ilma f 'ħin ta' 10.49. Wara transizzjoni tajba ħafna, Galea beda l-20 kilometru rota b'sieħbu Graham Borg warajh. Madankollu huwa baqa' jokkupa l-ewwel post u daħal l-ewwel fit-tieni transizzjoni fejn għamel ir- rota f 'ħin ta' 32.16. Kien fil-ġirja ta' 5km fejn huwa għamel id-differenza għax il-pass li kellu kien wieħed formidabbli fejn ħadd ma seta' għalih. Grazzi għall-aqwa ħin tal-ġurnata fil- 5km ta' 18.15, huwa rebaħ il-21 tellieqa tal- istaġun f 'ħin ta' 1.02.21, b'minuta u 40 sekonda vantaġġ fuq Graham Borg biex b'hekk il-klabb Karkariż reġa' għamel doppjetta għal darb'oħra Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt b'din ir- rebħa u li għamel rekord ieħor, dak li rebaħ is-serje għat-tmien darba. Huwa saħaq li avolja ma kienx mistrieħ bizzejjed għal din it-telllieqa, minħabba t-taħriġ intensiv li kellu, huwa xorta waħda ħassu b'saħħtu u dan jawgura tajjeb għall-Kampjonati Nazzjonali tat- Triathlon li se jsiru matul il-ġimgħa d-dieħla. Keith Galea li qiegħed taħt l-iskema tal-Flexi Training Scheme tal-KMS, xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu, Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-isponsors tiegħu, Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Challenge Malta Marathon, Mochika Outdoor Life, Lucida Laundry u DGtri. com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill- Malta Triathlon Federation, lill- Kumitat Olimpiku Malti u lill-Kunsill Malti għall-Isport tas-sapport kontinwu li huma jagħtuh. Keith Galea jifraħ wara li rnexxielu jirbaħ it-Triathlon Series għat-tmien darba fil-karriera tiegħu