Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 SportSillum L-ASMK tiġbor €810 għal Fondazzjoni Arka waqt tiġrija f 'Għawdex Nhar is-Sibt 3 ta' Ottubru l-assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun qed torganizza attività bil-Karozzi autocross. Din se ssir fil-Kumpless Sportiv tal- assoċjazzjoni f 'Ta' Qali u kollox jibda fit-8pm fejn bil-karozzi autocross u għal darb'oħra taħt id- dawl artifiċjali se ssir it- tigrija "Endurance race". Din it-tiġrija tkun twila siegħa sħiħa u dawra. Jirbaħ din it-tiġrija min jirnexxielu jagħmel l-aktar laps matul dan il-ħin. Fl-aħħar edizzjoni li saret, ġew irreġistrati 94 dawra u din id-darba l-Assoċjazzjoni ddeċidiet li tipprova tissupera r-rekord li ġie rreġistrat fil-Malta Records is-sena li għaddiet bħala l-itwal tiġrija bil- karozzi fil-korsa f 'Malta. Jidher li sal-lum m'hemm l-ebda attività ta' dan it- tip fil-Motorsport li hija rreġistrata. Għal din l-attività se jieħdu sehem madwar tmien karozzi li jista' jkollhom sa tliet sewwieqa fuq kull karozza. Se jkunu wkoll taħt regolamenti li kull kompetitur irid isegwi bir-reqqa, għall-fatt li fejn is-soltu jitnaqqsu l-punti fuq xi penali, f 'dan il-każ se jitnaqqsu numru ta' dawriet bħala penali. Intant, bejn is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta' Settembru, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat b'suċċess it-tieni attività bil-karozzi Autocross fis-Sannat, Għawdex. Bil-Kollaborazzjoni u l-għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex li offra s-sapport tiegħu għal żewġ attivitajiet li għamlet l-ASMK matul din is-sena, dik bil-muturi Enduro li saret f 'April li għadda u din tal-Karozzi li saret fl-20 ta' Settembru. Ix-xogħol fuq il-korsa tal- karozzi dam sejjer ġimgħa b'diversi xogħlijiet li saru mill-ħaddiema tal-Gvern u l-Uffiċjali tal-ASMK. Dan sar bi tħaddim tajjeb ta' riżorsi u makkinarju li għandha l-ASMK u makkinarju ieħor li matul din il-ġimgħa ġew minn diversi benefatturi kif ukoll bl-għajnuna tal-Ministeru f 'Għawdex. L-ASMK xtaqet tirringrazzja lill- familji Cassar u Curmi li ppermettew l-użu tal-art fis-Sannat biex tinbidel f 'korsa temporanja tal- karozzi għal ftit jiem kif ukoll diversi għajnuniet li kellha mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija u tas-Sannat, mill-Korp tal-Pulizja, mid- Dipartiment tax-Xogħlijiet f 'Għawdex, il-Gozo Sports Board u fl-aħħar u mhux l-inqas xtaqet tirringrazzja b'mod speċjali lill-familja Apap mir-Rabat li assistew lill-uffiċjali tal-ASMK f 'kull problema li huma ltaqgħu magħha matul din il-ġimgħa. Din l-attività saret biex jinġabru fondi b'risq il-Fondazzjoni Arka u grazzi għall-ġenerożità tal-ispettaturi li ġew jaraw u jikkontribwixxu d-donazzjoni tagħhom, inġabret is-somma ta' €810. Waqt il-preżentatzzjoni lir-rebbieħa, il-President tal-ASMK, Frans Deguara, qal li għal din is-sena Dun Michael Galea mill- Fondazzjoni Arka ma setax ikun preżenti minħabba li kien barra l-pajjiż. Dun Michael xorta rringrazzja lill-ASMK għal din id- donazzjoni li nġabret fi ftit sigħat. Waqt il-preżentazzjoni tat-trofej lill-kompetituri rebbieħa kien hemm ukoll Dr Grezzju Mercieca li kien qed jirrapreżenta lill-Ministru għal Għawdex li wkoll għamel kelmtejn tal-okkażjoni u rringrazzja lil kulħadd speċjalment lill- uffiċjali kollha tal-ASMK, li rnexxielhom fi ftit jiem ibiddlu għalqa f 'kumpless sportiv tal-Motorsport. Frans Deguara, President tal-ASMK, irringrazzja lil kulħadd u qal li jekk l-għajnuna tkun provduta, l-ASMK terġa' torganizza avvenimenti bħal dawn, kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f 'Għawdex matul is-sena li ġejja. Intant nagħtu ħarsa lejn x'ġara matul il-ġurnata tal- Ħadd 27 ta' Settembru, fejn 30 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni, maqsuma f 'erba' klassijiet - dik Autocross bis-sewwieqa Maltin u klassi oħra bis-sewwieqa Għawdxin, Autocross Standard bis- sewwieqa Maltin u oħra bl-Għawdxin. Fl-Autocross bis- sewwieqa Maltin rajna lil Henry Borg fuq Alfa Sud u Christian Apap fuq Ford Fiesta jiddominaw il-ġurnata bir-rebħ tagħhom fil-heats kollha tal-ġurnata biex issiġillaw posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Jurgen Mallia fuq Honda Civic u Godwin Martin fuq Peugeot 206. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb ħafna minn Borg u Camilleri li mill-ewwel ħadu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet segwiti minn Apap u Mallia rispettivament. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Apap li beda jagħmel pressjoni fuq Camilleri fejn matul it-tieni dawra, Apap irnexxielu jissupera lil Camilleri bil-finali tispiċċa b'Borg rebbieħ, segwit minn Apap u Camilleri. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Mallia u Martin rispettivament. Fl-Autocross Finali klassi B rajna lil Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift jirbaħ din il-finali segwit minn JeanPaul Grech fuq Peugeot 106. Fit-tielet post spiċċa Noel Zammit fuq Hillman IMP. Matthew Galea fuq Ford Escort u Joseph Micallef fuq Opel Corsa li spiċċa l-ġurnata fir- raba' u l-ħames post rispettivament. Fl-Autocross bis- sewwieqa Għadwxin rajna lil Marvin Grima fuq Opel Corsa jirbaħ il-ġurnata segwit minn Cecil Cefai fuq Ford Escort. Fit-tielet post spiċċa Marvic Vassallo fuq Ford Escort filwaqt li fir-raba' post spiċċa Joseph Gauci fuq Alfa Sud. Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin kienet mirbuħa minn Deane Farrugia fuq Citroen AX segwit minn Traydon Bailey fuq Ford Ka. Fit- tielet post spiċċa Johann Vella fuq Opel Corsa, Ryan Vella fuq Peugeot 205 u John Agius fuq Peugeot 206 spiċċaw il-ġurnata fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Fl-Autocross Standard bis-sewwieqa Għawdxin rajna lill-aħwa Sultana jiddominaw bi Chris fuq Mazda jirbaħ il-ġurnata segwit minn Ivan fuq Peugeot 106. Fit-tielet post spiċċa Lawrence Galea fuq Honda Civic. Intant, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ħabbret tibdil żgħir fil- kalendarju tal-istagun 2015/2016. It-Trials se jibdew bl-ewwel attività nhar il-Ħadd 18 ta Ottubru, fil-Barriera tal- Ballut in-Naxxar, filwaqt li l-karozzi Autocross u l-Motocross se jibdew l-istaġun fil-25 ta' Ottubru. Il-bidu tal-istaġun Enduro mistenni jkun imħabbar fil-jiem li ġejjin. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettronku www. asmk.org.mt Christian Apap fuq Ford Fiesta Ritratt - Matthew Ben

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015