Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 Bi tbissima fuq wiċċu qalli li huwa ta' sodisfazzjon kbir għalih li jaf juża jdejh, kif ukoll saqajh. Dan għall- fatt li jaf jilgħab il-futbol, kif ukoll jagħmel il-ġelat. "Meta kont nilgħab il-futbol, dejjem lgħabt biex nirbaħ. Fil-grawnd kont nitqatel għal kull partita, l-oħrajn ma nafx kemm kienu jagħmlu bħali. L-aħjar tiegħi tajtu meta kont mar-Roma. Ma kinitx faċli nirnexxi, meta tqis li f 'dawk iż-żminijiet kien hemm attakkanti kbar bħal mhuma Pruzzo, Graziani, Boniek, Voeller u Rizzitelli. Sodisfatt li rnexxieli nsib dak l-ispazju magħhom u kont għażla awtomatika fin-Nazzjonal ta' taħt il- 21 sena ta' Azeglio Vicini. Id-dispjaċir tiegħi jibqa' li meta kont mar-Roma dejjem konna viċin li niksbu titli importanti, imma sfortunatament konna nfallu punti importanti ma' timijiet hekk imsejħa żgħar. Ruma hija pjazza esiġenti ħafna u naħseb li għad trid tinbidel f 'dik li hija mentalità." Kif iddeċidejt li għandek tinvesti f 'Malta? F'Malta kelli l-fortuna li niġi tliet darbiet, darbtejn mat-tim Nazzjonali Taljan tal-Under 21 u darba mat- tim tal-militari. Hija gżira bi ġmiel naturali, li ssaħħar lil kull barrani li ġieli kellu dik l-opportunità sabiħa li jżurha. Naf li jiġu ħafna turisti u nixtieq niftaħ ġelaterija hawnhekk ukoll. Dan l-aħħar fuq is-sit tal-FIGC qrajt li kont waqqaft rekord personali. Tispjegali x'kien eżatt? Iva, fil-fatt, għandi l-unur ngħidlek li jien flimkien ma' Paolo Rossi għandna r-rekord sabiħ f 'idejna li skurjajna ħames gowls f 'ħames partiti konsekuttivi mat-tim Nazzjonali Taljan ta' taħt il-21 sena. Man- Nazzjonal Taljan tal-Under 21 lgħabt 14-il partita u skurjajt disa' gowls. Għad għandek xi kuntatti ma' eks plejers? Meta jkolli daqsxejn ħin liberu nipprova nqattgħu mal-familja tiegħi. Inħobb immur nistad magħhom, dejjem meta nsib ċans. Iżda għad għandi ħbiberija ma' diversi eks plejers Romanisti. Insemmi fost oħrajn lil Tovalieri, Giannini, Moriero, Desideri, Di Mauro, Nela u Di Carlo. Fil-fatt ġieli mmur niekol fir-restaurant ta' sieħbi, Antonio Di Carlo, li għadu kif fetaħ proprju f 'Ruma. Mal-oħrajn imsemmija, għad għandi kuntatt telefoniku magħhom. Ġieli tħajjart tikkowċja wara li temmejt il-karriera ta' plejer? Emminni m'għandix dik il-ħajra li nikkowċja. Iżda ninsab kuntent ħafna għall-ħabib tiegħi Stefano Colantuono, li fil-preżent, ma' Udinese qed jagħmel affarijiet tajbin ħafna. Fil-passat għamilt żmien nikollabora mal-FIGC bħala tekniku territorjali u kont viċi-kowċ tan- Nazzjonal Taljan tal-Under 16 u tal-Under 17 ukoll. Waqaft minn dan l-inkarigu f 'Ġunju tas-sena 2006. Għadni diżappuntat ħafna sal-ġurnata tal-lum, li l-FIGC temmewli l-kuntratt ħesrem mingħajr ma tawni l-ebda raġuni. Forsi fil-futur nitħajjar niftaħ skola tal-futbol għat-tfal tal-Under 16. Iżda bħalissa żgur li le. Illum il-ġurnata jien is-sid ta' 'Baldieri Dolce e Salato'. Nagħmel il-ġelat artiġjanali mill-bidu. Inqatta' ħafna ħin fil-laboratorju nesperimenta t-togħmiet u nħallat l-ingredjenti ma' xulxin. Insomma, naħdem qatigħ, biex inkompli nimxi fuq il-passi tan-nanniet tiegħi. Kif kont kreattiv fil-grawnd, bqajt l-istess bħalissa bħala chef. Liema kien l-isbaħ gowl tiegħek li bqajt tiftakru b'mod partikolari aktar minn oħrajn? Fil-karriera tiegħi skorjajt ħafna gowls sbieħ, iżda dak il-gowl tal-ġenn f 'Pisa kontra Inter, żgur li ma nista' ninsieh qatt. Kien l-istaġun 1985-86. Jien kont nilgħab ma' Pisa u dakinhar wettaqna sorpriża kbira. Irnexxielna nirbħu lill-Inter bl-iskor minimu ta' 1-0, minkejja li konna b'raġel inqas ukoll. Kont skorjajt gowl inkredibbli. Qabbiżt il-ballun minn fuq ras id- difensur Ferri u sparajt xutt fejn ma tajt l-ebda ċans lil Walter Zenga li jista' jilqgħu. Ironikament, ngħidlek li Zenga għadu sal-lum il-ġurnata jfittex dak il-ballun. Segwejtu l-konfront bejn l-Italja u Malta? Iva, segwejtha b'interess partikolari. Apprezzajt immens il-kapaċitajiet ta' Alfred Effiong. Dan il-plejer, prattikament ġab fix-xejn lil Bonucci u Chiellini. Il-ħeffa li għandu f 'saqajh hija xi ħaġa inkredibbli. Il-President ta' Roma Club Malta u ħabib personali tiegħi, Ray Sant qalli wkoll biex nosserva mill-viċin liż-żewġ partitarji ta' Roma, Andrè Schembri u Roderick Briffa. Nista' ngħidlek li fl-opinjoni tiegħi, it-tnejn li huma kellhom prestazzjoni tajba ħafna. Xtaqt ukoll infaħħar lil kowċ Ghedin. Illum il-ġurnata bis-saħħa tiegħu, it-tim nazzjonali Malti sar aktar kumbattiv u jagħti logħba diffiċli lil kulħadd. Anki l-fatt, li wara l-partita kien irrabjat ferm li t-tim tiegħu ma rnexxielux jikseb punti, juri biċ-ċar li qed jipprova idaħħal mentalità differenti f 'moħħ il-plejers Maltin. X'impressjoni ħadt tan-nies Maltin fil-jiem li fihom kont f 'Malta? Il-Maltin huma tradizzjonalment SportSillum "Nibqa' nżomm f 'qalbi lil Malta Cristian Antony Muscat Paolo Baldieri rebaħ il-Kampjonat Taljan tas-Serie A ma' Roma fl-1983. Huwa l-eks attakkant ta' Roma, Pisa, Empoli, Pescara, Avellino, Lecce u Perugia ftit tal- ġimgħat ilu żar Malta biex jinvesti f'ġelaterija ġewwa gżiritna. "Fil-karriera tiegħi skorjajt ħafna gowls sbieħ, iżda dak il-gowl tal-ġenn f 'Pisa kontra Inter, żgur li ma nista' ninsieh qatt"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015