Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 35 SportSillum Malta u lill-partitarji tar-Roma" magħrufin għall-qalb tajba li għandhom. Innutajt li huma poplu ġeneruż li dejjem lesti jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-ħaddieħor. L-aħħar darba li ġejt hawn kien għall-ħabta tal-Milied fl-1984. Niftakar li jien flimkien ma' Giannini u Tovalieri konna mistednin minn propjetarju ta' pizzeria li kien jisimha 'The Bunch of Grapes'. Jekk miniex sejjer żball, din il-pizzeria qiegħda Tas-Sliema. Dan il-propjetarju li sfortunatament ma niftakarx ismu, kien partitarju ferventi Romanista. Kienu tawna merħba kbira, saħansitra s-serata kienet għalqet bl-innijiet Romanisti. Hawnhekk tinduna kemm il-Maltin huma poplu żgħir iżda b'qalb kbira. Nixtieq insemmi wkoll b'mod partikolari lill-kowċ Stephen Azzopardi, li konna għamilna l-kors tal-kowċing tal-liċenzja B flimkien ġewwa Coverciano, fl-Italja. Azzopardi huwa bniedem bravu ħafna u struwit. Fil-ftit żmien li qattajna flimkien konna sirna ħbieb. Rigward Malta in ġenerali, rajt bidla pożittiva immens. Fir-rigward tal-ikel, sar progress kbir u l-Maltin resqu viċin ħafna tal-kċina Taljana. Fil-kamp sportiv ukoll saru tibdiliet kbar u l-fatt li kważi f 'kull lokalità, hemm grawnd tal-futbol, hija xi ħaġa pożittiva ħafna. F'dawn il-jiem stajt trankwillament nammira xi siti u bqajt impressjonat ħafna bil-ġmiel tal-belt silenzjuża, l-Imdina. Anki s-sbuħija tal-baħar tagħkom hija inkredibbli. Ċertament, tegħleb lill-isbuħija tal-ibħra Taljani. X'taħseb li huma l-prospettivi tat-tim tar-Roma għal din is-sena? Naħseb li r-Roma din is-sena għandhom kollox biex jirbħu l-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja. Jekk ma jagħmlux hekk, ikunu veru klieb tagħhom infushom. Għandhom potenzjal enormi f 'kull dipartiment tal-grawnd. Għandi s-sensazzjoni li Daniele De Rossi se jkun protagonista assolut fiċ-ċentru tad-difiża, kif kien fl-epoka tiegħi, il-mibki u qatt minsi Agostino Di Bartolomei. Qed niftakar f 'Agostino Di Bartolomei peress li f 'dak iż-żmien kien bidel l-irwol tiegħu minn midfielder għal difensur, eżatt bħalma qed jagħmel bħalissa De Rossi. Rigward il-captain leġġendarju Francesco Totti, naħseb li jekk jirbaħ il-kampjonat, dan ikun l-aħħar kampjonat tiegħu bil-flokk ta' Roma. B'hekk ikun temm il- karriera prestiġjuza tiegħu fil-glorja. Il-koppja Salah-Dzeko hija b'saħħitha ferm. Inqis lil Dzeko bħala ċ-ċirasa fuq il-kejk. Għandi fiduċja kbira f 'Alessandro Florenzi, fl-irwol il-ġdid tiegħu ta' difensur. Insomma, inħoss li din is-sena għandha tkun is-sena tar-Roma. Għandhom japprofittaw mit-tibdil radikali li wettqu t-tim tal- Juventus, li fl-opinjoni tiegħi tilfu tliet pilastri fundamentali. Innutajtek li qed issemmi lil Agostino Di Bartolomei b'ċerta dieqa. X'rapport kellek miegħu? Għadni sal-lum il-ġurnata, ma nistax nemmen dak li ġara. Agostino kien raġel ġentlom fil-grawnd, kif ukoll barra l-grawnd. Kien bniedem riservat għall-aħħar, iżda meta jiftaħ fommu qatt ma jkun banali. Kelli rapport tajjeb miegħu, tant li kien jagħtini pariri extra kalċistiċi. Kien persuna ekwilibrata ħafna. Fil-grawnd kellu s-sens tal-pożizzjoni, xutt b'saħħtu u l-mod kif iqassam il-ballun kien wieħed fenomenali. Niftakar meta kien ikollna t-taħriġ, il-mibki Nils Liedholm kien iqabbad lili biex nittestja propju lilu. Jien peress li kont veloċi, kont naqta' d-difiżi avversarji. Nils Liedholm introduċa ż-'żona mista'. Di Bartolomei u Vierchowood kienu maestri tagħha. Il-veloċità tiegħi kienet tkun ta' test importanti għalihom. Kif għandu jkun tim rebbieħ? L-ewwel aspett fundamentali għandhom ikunu l-plejers. Imbagħad il-kowċ għandu jkollu l-kollettività fil-plejers u jimxi b'moħħu u mhux b'qalbu. U fl-aħħar iżda mhux l-anqas, is-soċjetà trid tkun serja, timxi b'ċerta professjonalità u tkun ekwilibrata kemm fir-rebħ, kif ukoll fit-telf. X'tgħidilna fuq il-merħba li tawk il-membri ta' Roma Club Malta tul il-jiem li fihom żort Malta? Bqajt impressjonat għall-aħħar. Il-fatt biss li għaddew tant snin u baqgħu jħobbuni, ħadt gost ħafna. Anki l-fatt li ġew jilqgħuni fl-ajruport, apprezzajt immens. Mort inżur il- klabb tagħhom ġewwa Pembroke u rajt il-partita Frosinone kontra Roma magħhom. Għandhom klabb sabiħ ħafna. Il-kapaċitajiet u l-professjonalità tal-president ta' dan il-klabb, Ray Sant, sħabu tal-Kumitat u l-membri hija xi ħaġa verament unika u maġika! Twieled f 'Ruma fit-2 ta' Frar, 1965. Rebaħ il-Kampjonat Taljan tas-Serie A ma' Roma fl-1983. Fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-futbol lagħab ma' Roma, Pisa, Empoli, Pescara, Avellino, Lecce u Perugia. Flimkien ma' Paolo Rossi għandu r-rekord skorja ħames gowls f 'ħames partiti konsekuttivi man-Nazzjonal Taljan ta' taħt il-21 sena. Man-Nazzjonal Taljan U21 lagħab 14-il partita u skorja disa' gowls. Paolo Baldieri "Naħseb li r-Roma din is-sena għandhom kollox biex jirbħu l-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja. Għandhom potenzjal enormi f 'kull dipartiment tal- grawnd" Ritratti: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015