Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 'Il-Malti jħallas it-taxxa u l-barrani jdaħħal il-prodotti mingħajr kontroll' Il-President tal-GRTU jallega li qed jidħlu Malta trakkijiet mimlija merkanzija mingħajr ma jkunu ċċekjati DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt "ILMIJIET ta' negozji Maltin li ta' kuljum iridu jlaħħqu mal-ispejjeż u l-kompetituri tagħhom, qed iħabbtu wiċċhom ukoll ma' kompetizzjoni inġusta hekk kif numru ta' importaturi qed idaħħlu u jbigħu l-konsenja tagħhom lill- konsumatur Malti mingħajr ma jħallsu taxxi". Dan sostnih il-President tal-General Retailers and Traders Union (GRTU) Paul Abela, li f 'kummenti mal-ILLUM spjega kif dawk l-importaturi li jdaħħlu l-konsenja tagħhom minn Sqallija qed jagħmlu dan mingħajr ebda kontroll. "Ir-realtà hija li permezz tal-baħar qed jidħol kollox. Dawk il-persuni li jġibu xi prodotti f 'Malta minn Sqallija, saħansitra anke xorb, jagħmlu dan bil- libertà kollha, mingħajr ma jħallsu dazju u mingħajr ebda kontroll. Hija ħaġa magħrufa li t-trakkijiet qed jiġu minn Sqallija mgħobbija sa ruħ ommhom, jidħlu Malta mingħajr ma jiġu ċċekjati u mbagħad ibigħu ħwejjiġhom," qal Abela waqt li kien qed jispjega uħud mill-proposti tal-GRTU għall-Baġit. Mal-ILLUM, Abela tenna li dan mhux fenomenu ġdid u li kuntrarjament, ilu għaddej għal bosta snin. Fil-fatt, it-tħassib ta' Abela ġie mtenni wkoll minn bosta negozjanti li f 'kummenti ma' din il-gazzetta qalu li minkejja l-wegħdiet tal- Gvern, l-infurzar ma żdiedx, u li l-abbuż flagranti għadu għaddej mingħajr ebda xkiel. "Waħda mill-miżuri tal-baġit tas-sena l-oħra kien it-twaqqif ta' taqsima speċjalizzata u simili għal dik tal-Guardia di Finanza fl-Italja. Taqsima bħal din trid tassigura li kwalunkwe persuna li ddaħħal xi prodotti fil-pajjiż tħallas it- taxxi u d-dazji kollha dovuti, iżda sena wara, din il-miżura għadha ma daħlitx fis-seħħ," qal Abela. Huwa spjega kif minkejja li l-awtoritajiet ifittxu ċertu karozzi għal xi irregolaritajiet, il- maġġoranza tal-vetturi kummerċjali jitħallew jidħlu mingħajr ebda mistoqsijiet jew xkiel. Aktar minn hekk, il-President tal-GRTU spjega kif il-konsegwenzi ta' dan kollu mhux qed iħosshom biss in-negozjant Malti li jimporta l-konsenja tiegħu b'mod leġitimmu, iżda l-Gvern Malti wkoll li qed jitlef il-miljuni f 'taxxi mhux dovuti. ARA aktar dwar il-proposti tal-GRTU f 'paġna 4 "Qed jiġu minn Sqallija mgħobbija sa ruħ ommhom, jidħlu Malta mingħajr ma jiġu ċċekjati u imbagħad ibigħu ħwejjiġhom" Il-President tal-GRTU Paul Abela Il-battalja tal-avukati mal-periti Ritratt: Chris Mangion