Illum previous editions

ILLUM_04 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 €652,000 L-aktar MP Nazzjonalisti sinjuri Skont dak li ddikjaraw, bejniethom għandhom aktar minn €3.8 miljun fi fl us u depożiti €139,000 €130,000 €120,000 TA' kull sena, kull Membru Parlamentari huwa obbligat li jippreżenta fil-Parlament id-dikjarazzjonijiet tal-assi tiegħu jew tagħha. B'mod regolari, taħt il-lenti jkun hemm id-dikjarazzjonijiet tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari izda ftit li xejn tingħata attenzjoni lejn dak li jiddikjaraw il-membri parlamentari l-oħra. Il- gazzetta ILLUM għamlet dan l-eżerċizzju u ħarset lejn il-kontijiet bankarji, ishma u dettalji oħra skont kif iddikjarat mill- membri parlamentari tal- Oppożizzjoni Nazzjonalista. Skont dak li ddikjaraw huma stess, bejniethom il-membri parlamentari Nazzjonalisti għandhom iktar minn €3.8 miljun bejn flus depożitati f 'kontijiet bankarji, shares u bonds. Fost dawk li ddikjaraw l-ikbar ammonti ta' flus fil-kontijiet bankarji tagħhom, hemm il-Vici Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami b'€652,000, it-tabib Stephen Spiteri b'€139,000, l-eks Ministru Chris Said li ddikjara €130,000, l-eks Segretarju Parlamentari Clyde Puli €120,000, Robert Arrigo b'€110,000, Charlò Bonnici €105,000 u Claudette Buttigieg €101,000. Dawn l-istess membri parlamentari Nazzjonalisti għandhom ukoll diversi bonds u ishma. Beppe Fenech Adami għandu €295,000 f 'bonds, Robert Arrigo €442,000 f 'insurances, Charlo Bonnici €65,000 f 'bonds u investment plan, Clyde Puli €17,500 fi stocks tal-Gvern u Chris Said għandu €15,500 f 'bonds, stocks tal-gvern u insurances. Minn naħa tiegħu l-eks Ministru Joe Cassar għandu €47,000 fil-kontijiet bankarji tiegħu u €80,000 f 'shares, stocks u insurances. Il- membru parlamentari t-tabib Michael Gonzi għandu l-bank €56,000 u mat-€335,000 f 'shares u investimenti oħra. Claudio Grech fil-bank għandu €14,000, €114,000 f 'shares u investimenti u għandu jdaħħal €81,500 bħala shareholder ta' kumpanija. Fuq in-naħa l-oħra, hemm membri parlamentari Nazzjonalisti li ddikjaraw li fil-kontijiet bankarji tagħhom għandhom depożiti ħafna inqas. Il- Viċi Kap Nazzjonalista Mario De Marco ddikjara li fil-bank għandu €24,000. Il-Professur Albert Fenech iddikjara li għandu €13,000 u l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech iddikjara li għandu €24,500 fil-bank. L-eks Ministri Carm Mifsud Bonnici u George Pullicino ddikjaraw li għandhom €1,900 u €3,700 rispettivament fil-kontijiet bankarji. Francis Zammit Dimech iddikjara li l-bank għandu biss €259 waqt li imbghad ghandu €30,000 f 'bonds u saving plan. Kemm iddikjaraw li għandhom flus il-Bank

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_04 ta' Settembru 2015