Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/580858
Il-Ħadd 04 ta' Ottubru 2015 | illum 7 Il-ġenituri kontra skola iktar kmieni VERONICALYNN MIZZI vmizzi@mediatoday.com.mt WARA li studju tal- Università ta' Malta sab li s-sewwieqa jdumu medja ta' 52 siegħa mwaħħla fit-traffiku, f 'Awwissu li għadda, il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda White Paper f 'attentat li jistabu xi soluzzjonijiet biex tittaffa din il-problema tat-traffiku. Dan minħabba l-idea li l-ħinijiet tal-iskejjel jikkontribwixxu f 'din il- problema. Għaldaqstant, f 'din l-istess White Paper kien hemm diversi proposti li kellhom l-għan li l-problema tat- traffiku tittaffa. Fost dawn il-proposti kien hemm diversi marbutin mal-ħinijiet tal- iskola fosthom li l-iskejjel jiftħu siegħa qabel, u jkun hemm attivitajiet f 'dawk il- ħinijiet għat-tfal, u dan sabiex ma jkunx hemm konġestjoni ta' traffiku fil-ħinijiet ta' filgħodu. Il-White Paper tipproponi wkoll biex dawk l-iskejjel li jispiċċaw kmieni, jestendu l-ħinijiet tagħhom ħalli l-ġenituri ma jitilqux kmieni mix-xogħol sabiex jiġbru lil uliedhom. Il-gazzetta ILLUM marret fi skola tal-Gvern u oħra private beix tara x'jaħsbu l-ġenituri li kieku t-tfal jibdew l-iskola siegħa qabel biex jittaffa t-traffiku. Il-maġġoranza assoluta tal-ġenituri kienu kontra din il-proposta fejn ħafna minnhom qalu li m'għandhomx ibatu t-tfal għall-problemi tat-traffiku kkawżati minn sistema ħażina ta' trasport, filwaqt li oħrajn sostnew li billi ċċaqlaq il- ħiniijet tal-iskola għal siegħa qabel ma tkunx se ssolvi l-problema tat-traffiku, imma biss iċċaqlaqha b'siegħa. Segwi l-vox pop kollu għada fuq Reporter fuq TVM fl- 22.05 u nhar it-Tlieta fuq is-sit illum.com.mt Charles Schiavione James Muscat Azzopardi Yvette Leo Marita Cutajar Jagals Davinia Dingli Janet Gerada Jonathan Sorrell Ruth Camilleri Proposta biex l-iskejjel jiftħu siegħa qabel AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Le, ma naqbilx assolutament, għax tkun iebsa ħafna t-tfal, u naħseb li l-problema tat-traffiku xorta mhux se tissolva. Hawn min jibda xogħol minn kmieni xorta. Ma naħsibx li s-soluzzjoni." "Mhux se ntellef lit-tfal siegħa rqad biex isolvu l-problema tat- traffiku. Mela t-tfal għandhom iħallsu għat-traffiku? Assolutament ma naqbilx. Jidħlu siegħa tard forsi, għax jorqdu iktar u jkollhom iktar ċans jilagħbu." "Ma nahsibx li tagħmel differenza, għax hawn skejjel li jibdew iktar kmieni diġà. Kieku jkun wisq diffiċli għat-tfal biex iqumu u biex ikollhom siegħa rqad inqas." "Naħseb li għandu jsir għat- traffiku huwa li l-Gvern jissussidja t-trasport tal-iskola u jgħin lill- ġenituri ħalli jibagħtu t-tfal bit- trasport u hekk innaqqsu mit- traffiku. Imma siegħa qabel le, kmieni wisq." "Ma naħsibx li idea tajba, għax diġà jqumu kmieni, allaħares jidħlu iktar kmieni jaħasra. Kif qegħdin fit-tmienja huwa tajjeb, jekk jidħlu fis-sebgħa jkun kmieni ħafna għalihom it-tfal." "Imbagħad ikun kmieni wisq għat-tfal. Traffiku xorta jkun hemm imbagħad jekk tkun se tressaq kollox b'siegħa, jekk l-iskejjel jibdew kollha fl-istess ħinijiet imbagħad." "Iva naqbel li jkunu mqassma l-ħinijiet, però forsi kwarta biss qabel. Allura jekk jibdew fit- tmienja neqsin kwart minflok fit-tmienja, jkunu jistgħu jevitaw it-traffiku tat-tmienja ta' filgħodu." "Iva naqbel għax xorta qed isuqu bil-ġenn biex jaslu, kemm il-ġenituri u t-transport. Naħseb li tagħmel differenza fit-traffiku u tat-trasport mhux se jkollhom skola waħda, jiġifieri min jaf x'ġenn ikollhom biex iwassluhom." Ritratti: Ray Attard