Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 15 Kif Naħsibha Qed nibnu Korp li jgawdi r-rispett I mpenjati lejn ħidma li għandha twassal biex ikollna Korp immodernizzat li jixraq liċ-ċittadini Maltin. Nemmnu li l-bidliet meħtieġa jridu jiġu xprunati minn bidla fil-mentalità, bidla fil-ħsieb u l-mod ta' kif isir ix-xogħol. Il-viżjoni tagħna għall-Korp tal-Pulizija hija waħda ċara. Irridu Pulizija tal-għola livell, Pulizija li tgawdi r-rispett u l-fiduċja tal-poplu. Nemmen li f 'dawn l-aħħar xhur, il-ġlieda kontra l-kriminalità kompliet tiġi msaħħa u dan jidher biċ- ċar b'mod partikolari fil- qabdiet tad-drogi u fl-arresti b'konnessjoni mas-sensiela ta' serqiet f 'Tas-Sliema fost l-oħrajn. Is-sigurtà f 'Paceville kienet tema oħra li dan l-aħħar waqgħet taħt il-lenti. Is- sitwazzjoni ta' Paceville ġiet analizzata u konsegwentement żdied in-numru ta' Pulizija fiż-żona. Dwar din it-tema, fl-aħħar jiem flimkien mal-Pulizija ltqajt ukoll ma' rappreżentati mill-Kunsilli Lokali taż-żona ta' Paceville u l-madwar, xi msieħba soċjali kif ukoll l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Ġie ssuġġerit li jitwaqqaf 'working group' biex iwettaq ir-rakkommandazzjonijiet li saru waqt din il-laqgħa li jindirizzaw fost l-oħrajn is-sigurtà tal-post u ż-żoni residenzjali tal-madwar. Minkejja li l-Korp tal- Pulizija huwa organu investigattiv, fi ħdanu għandu wkoll l-aspett amministrattiv. Sibna Korp li minn żmien id-disgħinijiet 'l hawn, ma sarx attentat serju biex tiġi implimintata strateġija ħolistika għall-Pulizija li twassal biex ikunu indirizzati r-realtajiet kriminali tal-lum u t'għada li aktar ma jmur, aktar qegħdin jinbidlu drastikament u b'rata mgħaġġla. Dan aktar u aktar minħabba l-iżvilupp fid- dinja diġitali u virtwali. Irridu nagħrfu li dak li jgħodd għal- lum ma jfissirx li se jgħodd għal għada wkoll. Għalhekk bdejna nsaħħu bosta taqsimiet ewlenija fosthom it-taqsima tat-Teknoloġija tal- Informatika. Qegħdin inħarsu lejn futur mibni fuq pedament strateġiku u fl-aħħar xhur ittieħdet id-deċiżjoni li jibda l-proċess li se jwassal biex tiġi mfassla strateġija bil- għan li tindirizza aspetti mmedjati u dawk futuri. Xtaqna li kull membru tal- Korp ikollu l-opportunità li jkun protagonist f 'dan il- proċess. Bdejt inżur l-għases u l-iskwadri speċjalizzati u ltqajt ma' ħafna entużjażmu. Sfortunatament hawn ħafna perċezzjonijiet ħżiena fuq il- Pulizija u dawn huma propju perċezzjonijiet mhux fattwali. Meta rajt b'għajnejja l-ħafna xogħol u dedikazzjoni ta' ħafna pulizija, u l-ħeġġa biex flimkien nibnu xi ħaġa aħjar, imtlejt bil-kuraġġ. Il-ħin huwa li hu, u xtaqt nagħti l-possibilità lil kull individwu biex jgħaddi l-ideat tiegħu u propju kien għalhekk li għall- ewwel darba sar kwestjonarju kunfidenzjali li tqassam lil kull membru tal-Korp kollu, minn kuntistabbli 'l fuq. B'mod imminenti dan il- Gvern bil-fatti ried jibda juri l-Pulizija li huwa lest jinvesti fihom billi jingħatawlhom drittijiet li kienu ilhom snin sħaħ imċaħħdin minnhom. Ingħataw id-dritt li jissieħbu fil-union tal-għażla tagħhom u dan għandu jwassal biex dawn ikollhom kundizzjonijiet aħjar. Hemm il-ħsieb ukoll li titwettaq wegħda oħra li għandha twassal biex kull membru f 'korp dixxiplinat ikollu polza ta' assigurazzjoni. Il-Gvern ħa bis-serjetà wkoll it-taħriġ, u wara li fl-aħħar sentejn tlesta l-bini tal-Akkademja tal-Pulizija, qed jitħejja x-xogħol li għandu jwassal għall-akkreditazzjoni, filwaqt li jkompli jingħata taħriġ kontinwu lill-membri kollha tal-korpi dixxiplinati. Dan filwaqt li baqa' jsir taħrig barra minn xtutna, kif propju ġara fl-aħħar sentejn fejn aktar minn 260 Pulizija tħarrġu f 'pajjiżi diversi f 'oqsma varji bħal forensika, reati kriminali, cyber u t-traffikar tal-persuni bi spiża li laħqet aktar minn €125,000. Sadanittant kompla t-taħriġ f 'oqsma mill-iktar bżonnjużi. Fost l-oħrajn insemmi t-taħriġ li ħadu r-rekluti ġodda f 'oqsma innovattivi inkluż taħriġ ma' Heritage Malta fejn ġew imrawmin fuq aspetti storiċi u kulturali. B'hekk ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lil dawk li jżuru pajjiżna. Insemmi wkoll it-taħriġ fuq vjolenza domestika fejn bis-sehem ta' professjonisti mill-Malta Health Services Psychology Department, fl-aħħar xhur, Pulizija minn diversi distretti qegħdin jitħarrġu kif jindirizzaw dawn it-tipi ta' każijiet bl-aktar mod effettiv u b'mod sensittiv l-aktar fil-konfront tal-vittmi. Il-ħidma tagħna hija mmirata biex ix-xogħol tal- Pulizija jkun meqjus bħala karriera u vokazzjoni. Spiċċa ż-żmien li wieħed jidħol f 'Korp għax iħoss li dan huwa xogħol faċli. Il-Pulizija huma l-ambaxxaturi tagħna fit-toroq Maltin. Għalhekk se nkun qed nisħaq li l-Pulizija jagħmlu xogħol ta' Pulizija. Tajjeb li wieħed jiftakar kif fil-passat, ix-xogħol fil-qasam tat-tiġdid tal-liċenzji kien isir mill-Pulizija. Illum nitbissmu meta niftakru f 'dan. Għalhekk forsi wasal iż-żmien li wieħed jagħti titwila lejn ċertu xogħol li għadu jaqa' taħt il-Pulizija, u kif ġara fil-kaz tal-liċenzji tal- karozzi, ikun kunsidrat li jibda jsir minn ħaddiema oħrajn. Carmelo Abela huwa l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali carmelo abela "Dan il-Gvern, bil-fatti ried jibda juri 'l-Pulizija li huwa lest jinvesti fihom billi jingħatawlhom drittijiet li kienu ilhom snin sħaħ imċaħħdin minnhom" "260 pulizija tħarrġu f 'pajjiżi diversi f 'oqsma varji bħall- forensika, reati kriminali, cyber u t-traffikar tal- persuni bi spiża li laħqet aktar minn €125,000"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015