Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
16 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 J ekk William Shakespeare ibrilla fit-traġedja, jiena dejjem emmint li Molière, huwa l-imperatur tal- ġeneru letterarju tal-kummiedja. Żewġ kittieba kbar li fix-xogħlijiet tagħhom qabdu l-valuri, il-vizzji u n-nuqqasijiet universali tal-bniedem. Ix-xogħlijiet tagħhom ma jixjieħu qatt u taqrahom meta taqrahom jibqgħu dejjem friski għaliex dak li qabdet il-pinna tagħhom, għadu japplika preċiżament sal-lum. Fix-xogħlijiet tat-tnejn, niltaqgħu mal-ipokrita, iżda f 'wieħed mix- xogħlijiet ta' Molière, Tartuffe, kif jisimha din il-kummiedja li kummiedja sal-aħħar mhijiex, huwa l-karattru li l-aktar jissimbolizza l-ipokrezija. Kjeriku li jismu Tartuffe, forsi msemmi wara dik l-ispeċi ta' asla midfuna taħt l-art, li jidħol f 'dar ta' waħda sinjura iżda 'naïve' li saħansitra 'bil-qdusjia' kollha mhux biss jipprova joħdilha lit- tifla iżda saħansitra il-ġid kollu tagħha. L-ipokrezija kienet fi żmien Molière. Kienet qablu u għadha magħna, bilkemm ma ngħidx li llum aktar minn qabel. Ħafna drabi, l-ipokrezija hija marbuta ma' sistema dominanti li tiddetta b'min u biex għandna nitkażaw. Sistema li titkaża skont kif jaqbel lilha. Biex forsi ninftiehem, ser nagħti eżempji li huma attwali ħafna. Il- politika globali fuq is-Sirja, ir-riforma fil-ġustizzja f 'pajjiżna. Il-politika globali fis-Sirja Jekk wara l-ħajt ta' Berlin konna naħsbu li ntemmet il-Gwerra Bierda bejn l-Unjoni Sovjetika u l-punent, illum qegħdin nintebħu li dan mhux biss mhux minnu, iżda li s-sitwazzjoni hija aktar gravi minn kif kienet qabel l-1989. Ir-Russja, is-suċċessur ċar tal- eks Unjoni Sovjetika, tinsab f 'kamra ta' friża politika mal-punent. Il-punent kien mgħaġġel wisq biex jaħtaf l-eks Repubbliki Sovjetiċi mingħajr ma ta kas l-interessi politiċi u ekonomiċi tar- Russja. Jiena ma tantx għandi simpatiji ma' Vladimir Putin, iżda l-affarjiet qegħdin jeskalaw mhux tort tar-Russja. Filwaqt li fis-Sirja kienu qegħdin jiddeġeneraw bl-ISIS dejjem jikber, jinfirex u jkisser f 'dan il-pajjiż. Il-punent kien wisq aktar moħħu kif se jneħħi lil Assad, li wkoll mhux mill-ħelwin, milli kif se jsolvi il- problema tal-ISIS. Filwaqt li kulħadd baqa' jħares, ir-Russja ddeċidiet li taġixxi u rridu nammettu li aġixxiet bil-kbir. Ir-Russja dejjem kellha l-interessi tagħha fis- Sirja, bħalma dejjem kellha Franza wara l-1918. Ħaġa hi certa, li s-Sirja hija ġara tar-Russja meta Franza mhix. Bdew l-attakki bl-ajruplani u ma' dawn l-attakki, bdew il-kontrversji. In-Nato tixli lir-Russja li qed jintlaqtu iċ-ċivili u m'għandiex xi ngħidu, bir-Russja tiċħad. Id-dinja tal-punent bdiet titkaża u ġġib lil min jitkaża. Għaliex Franza tista' tidħol fil-Libja. L-Amerika tista' tidħol fejn trid. L-Ingilterra tista' tuża forza miltari, izda r-Russja le! Agħar minn hekk, jintlaqtu ċ-ċivili! Qisu l-bumbardamenti tal-punent fuq diversi pajjiżi fosthom anke fis-Serbja, qatt ma qatlu ċivili, li qatt mhuwa sewwa jew ġustifikabbli. Fil-gwerra tal-Balkani, anke l-ambaxxata Ċiniża ntlaqtet. Waqt li kienet għaddejja din il- kontroversja, insiru nafu x'ġara fl-Afganistan. Fil-belt ta' Konduz li ttieħdet mit-Talibani (jiena kont ħsibt li dawn kienu spiċċaw!), waqt il- bumbardamenti tal-Amerikani, inlaqat f ''direct hit' sptar fejn kienu jaħdmu t-tobba internazzjonali 'Medecins Sans Frontieres.' L-aħbar ħarġet u bilkemm ma kienx hemm tentattiv biex ikun ġustifikat dan il-bumbardament. Ipokrezija akbar minn din, x'jista' jkun hemm! Ir-riforma fil-ġustizzja Ilni 33 sena avukat. Rajt minn kollox u għaddejt anke minn ġewwa n-nar tal-Awli u kuriduri tal-Qrati. Is-sistema ġudizjarja tagħna bdiet tiddeġenera bil-mod minn meta l-moderni bdew ibagħbsu magħha. Iż-żminijiet tassew jinbidlu u s-sistemi jridu jinbidlu wkoll. Iżda kif inbidlu sa issa, fil-fehma tiegħi, morna għall-agħar. Jista' jkun li l-ammont ta' kawżi naqsu iżda l-kwalità ta' ġustizzja naqset ukoll. Dwar aspett wieħed biss irid nitkellem: il-ġudikatura. Sal-lum għadni ma fhimtx għaliex jekk hemm bżonn aktar imħallfin, anke jekk naqsu l-kawżi, dawn ma naqbdux u nagħmluhom. Iżda din il-proposta ġġib magħha kontroversja li bħalissa qiegħda fuq ilsien kulħadd: il-mod kif jintagħżlu l-imħallfin. Ma kienx hemm ftuħ ta' sena forensika waħda, tal-inqas f 'dawn l-aħħar tliet snin li l-President tal-Kamra tal-Avukati ma jinsistix li m'għandhiex tinbidel is-sistema ta' kif jintagħżlu l-imħallfin. F'sena ġenerali qiegħed ikun propost li l-għażla m'għandhiex tibqa' aktar f 'idejn il-politiċi. Eureka! Biex issir din l-insistenza, kellu jinbidel il-Gvern. Minkejja li fl-imgħoddi saret proposta bħal din f 'dokument inititolat, 'Il-Bidla Tkompli' biex xorta qatt ma sar xejn, oħroġ il-għaġeb, għal 25 sena taħt amministrazzjoni li kien hemm qabel, din il-kontroversja qatt ma qabdet art. Taħt amministrazzjoni oħra, din il- ħtieġa qatt ma nħasset. Taħt amministrazzjoni oħra, kellna l-akbar u l-agħar mumenti tal- Ġudikatura. Dawn ma seħħewx taħt din l-amministrazzjoni iżda taħt l-oħra. B'dan kollu, id-diskussjoni persistenti li qed issir illum, ta' kif qed jintagħżlu l-imħallfin qed issir b'qawwa kbira taħt dan il-Gvern, meta messha rrivampat taħt l-amministrazzjoni li kien hemm qabel! Mur ifhem. Anzi jiena nifhem u naf għaliex issa u mhux qabel. Huwa minnu wkoll li l-proposta għal metodu ġdid ta' kif jinħatru l-imħallfin saret fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Innotajt li qatt ma saret ebda kritika, li ma saret ebda proposta simili fil-manifest elettorali tal-PN. Iżda din il-problema messa kienet fuq l-aġenda politika snin ilu. Ħadd ma qanqal il-kwistjoni meta kien jidher ċar li indipendentement mill-proposta li saret mill-Partit Laburista. Jiena nemmen li xi ħin jew ieħor, is-sitema ta' kif jinħatru l-imħallfin trid tinbidel. Iżda hija sitwazzjoni ipokrita tal-mod kif sar u qiegħed isir id- dibattitu fuq kwistjoni tant importanti għall-pajjiż. Fl-imgħoddi, min laħaq għaffeġ u għamel li ried, illum qiegħed jinħeles minn kull responsabbiltà politika. Anzi wieħed mill-aktar voċiferi biex is-sistema tinbidel! Toni AbelA Ipokrezija "Ħafna drabi, l-ipokrezija hija marbuta ma' sistema dominanti li tiddetta b'min u biex għandna nitkażaw" Filwaqt li kulħadd baqa' jħares, ir-Russja ddeċidiet li taġixxi u rridu nammettu li aġixxiet bil-kbir