Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 17 K if semmejna ftit ġimgħat ilu, l-intervent Russu fis- Sirja jirriskja li ser ikompli jħawwad is-sitwazzjoni ferm kumplikata li diġà teżisti. Ir-Russja f 'dawn l-aħħar ġimgħat kompliet iżżid il-preżenza militari tagħha fis-Sirja. Issa jidher li anke qiegħda tibgħat suldati, li uffiċjalment huma voluntiera, sabiex 'jgħallmu' s-suldati tal-armata uffiċjali Sirjana jużaw l-armamenti ġodda li r-Russja qiegħda tibgħat fis-Sirja. Jidher biċ-ċar li r-Russja qiegħda tikkoinvolġi ruħha dejjem aktar fis-Sirja b'attakki kontinwi mill-ajru u anke permezz ta' attakki ta' 'cruise missiles' sparati minn vapuri fil- Baħar Kaspju. Ir-Russja qiegħda tgħid li hi qiegħda tintervjeni sabiex tiġġieled l-Istat Iżlamiku. Bosta fost l-Ortodossi u Nsara oħra li baqa' fis-Sirja kif ukoll mill-minoranza Alawita, li hi setta Xiijita li hija s-sinsla tal-appoġġ għar-reġim ta' Assad, laqa' bil-ferħ l-għajnuna tar-Russi. Mill-banda l-oħra, grupp ta' Imam Sawditi, li jħaddnu interpretazzjoni estrema tal-Iżlam li tipprevali fl-Għarabja Sawdita, dik Waħħabi, ħarġu fatwa kontra l-kruċjata Ortodossa Russa li qegħdin jarawha bħala alleanza tar-Russi Ortodossi max-Xiiti Iranjani kontra l-maġġoranza Sunna tas-Sirja. Dawn l-Imam sejħu sabiex tingħata l-għajnuna possibli kollha lill-Istat Iżlamiku. Għalkemm tali sejħa m'għandhiex l-approvazzjoni tal- Gvern Sawdi, m'hemmx dubju li l-Istat Iżlamiku jgawdi minn appoġġ popolari konsiderevoli fost il-popolazzjoni tal-Għarabja Sawdita u l-pajjiżi l-oħra tal-Golf. Minn dawn il-pajjiżi joriġinaw ħafna mir-rekruti tal-Istat Iżlamiku, speċjalment żgħażagħ imdejqin u frustrati bl-ambjent sesswalment magħluq ta' pajjiżhom. Għal darb'oħra qed naraw li, bħalma ġara fl-Ukrajna, ir-Russja mhi onesta xejn: tgħid ħaġa u tagħmel mod ieħor. Fil-fatt, il-maġġorparti tal-attakki tagħha mhumiex diretti lejn il-qagħdiet tal-Istat Iżlamiku imma lejn qagħdiet ta' ribelli oħrajn, ribelli li ħafna drabi għandhom l-appoġġ tal-Amerika, tal- Għarabja Sawdita, tal-pajjiżi tal-Golf u tat-Turkija. Jidher li Putin qed jipprova jilħaq diversi għanijiet bl-intervent tiegħu fir-Russja: fl-ewwel lok, wara li r-relazzjonijiet tar-Russja mal-punent ħżienu ferm wara l-intervent tar-Russja fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimeja, Putin qed jipprova jtejjeb ir- relazzjonijiet mal-punent billi jidentifika għadu komuni. Fid-diskors tiegħu x-xahar l-ieħor fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ewwel wieħed wara għaxar snin, Putin sejjaħ għall- alleanza globali kontra t-terroriżmu bħalma kienet l-alleanza kontra n-Nazzismu, anke jekk din tinvolvi appoġġ lill-Gvern imdemmi ta' Assad. Is-sejħa ta' Putin ma tantx intlaqgħet tajjeb mill-Amerika u l-alleati tagħha li ma jrid ikollhom xejn x'jaqsmu mar- reġim ta' Assad li huwa responsabbli għal ħafna aktar atroċitajiet fis-Sirja milli l-istess Stat Iżlamiku. Madankollu, għalkemm Putin ċertament ma rnexxielux inessi d-dnubiet tiegħu fl-Ukrajna bl- intervent tiegħu fis-Sirja, xi ftit suċċess diplomatiku kellu, għaliex ir-Russja reġgħet ipproġettat ruħha bħala potenza, speċjalment fil-Lvant Nofsani fejn tilfet ħafna mill-alleati tagħha. Huwa ċar li qiegħda tissaħħaħ l-alleanza bejn ir-Russja u l-Iran u b'mod mill- aktar stramb, anke mal-Iraq. Minkejja li l-Iraq irċeviet biljuni ta' dollari f 'għajnuna militari mill-Istati Uniti, ir-relazzjoni tal-gvern Iraqqin li huwa ddominat mix-Xiijiti pro-Iranjani mal- Istati Uniti qed jeħżienu ferm, mentri dawk mar-Russja qed jitjiebu. Meta din il-ġimgħa r-Russi sparaw il-missili cruise mill-vapuri fil-baħar Kaspju, huma wrew lid-dinja li r-Russja wkoll kapaċi tipproġetta s-saħħa militari tagħha permezz tal-missili cruise. Il-missili għaddew mill-ajru tat- tramuntana tal-Iran u tal-Iraq u wieħed jassumi li r-Russi ġabu l-permess minn qabel tal-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi, u dan anke biex tiġi evitata xi straġi fl-ajru. Skont analisti militari, dan l-attakk ma kellu l-ebda valur strateġiku għax l-istess objettivi setgħu faċilment jintlaħqu permezz ta' attakki mill-ajru mill-ajruplani fil-bażijiet Russi fis-Sirja. U wera għal darb'oħra d-defiċjenzi teknoloġiċi Russi b'rapporti tal-Pentagon li erba' missili spiċċaw fil- kampanja Iranjana. Jidher li objettiv primarju Russu hu li jsaħħu l-pożizzjoni ferm imdgħajfa tal-gvern ta' Assad. Fil-fatt, ħafna mill-attakki mill-ajru Russi qegħdin jimmiraw pożizzjonijiet ta' ribelli li l-aktar qed ipoġġu pressjoni fuq il- gvern ta' Assad, anke jekk mhumiex l-Istat Iżlamiku. U qed ikollhom ir-riżultat, forsi mhux intenzjonat, li jippermetti l-Istat Iżlamiku li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu. Fil-fatt, l-Istat Iżlamiku din il-ġimgħa ħa f 'idejh ħamest irħula madwar l-akbar belt Sirjana ta' Aleppo li kienu f 'idejn ribelli oħrajn. Barra l-intervent f 'saħħtu Russu fil-kunflitt Sirjan, jidher ċar li l-Iran u l-alleat tagħha, il-grupp militari Xijiita Libaniż, Ħeżbollah huma koinvolti sew fil-kunflitt Sirjan. Din il-ġimgħa kmandant tal-Gwardi Rivoluzzjonarji, l-elite militari Iranjan, inqatel ħdejn Aleppo u xi xhur ilu attakk missilistiku minn Iżrael qatel, possibilment mingħajr ma kienet hekk l-intenzjoni, ġeneral tal-istess Gwardji Rivoluzzjonarji fl-irdum tal-Golan ħdejn il-fruntiera ma' Iżrael. Huwa ċar li l-Iran qiegħed iservi ta' forċina għar- reġim Sirjan. U Ħeżbollaħ qatt ma ħbiet l-intervent tagħha fis-Sirja, speċjalment fir-reġjuni qrib il-Libanu. Jista' jkun ukoll, anzi probabbli li hekk hu, li Putin qed juża dan l-intervent militari għal skopijiet domestiċi wkoll. L-ekonomija Russa ħżienet ferm minħabba l-effetti tas-sanzjonijiet tal- punent wara l-kriżi fl-Ukrajna kif ukoll minħabba l-kollass tal-prezz taż-żejt li huwa wieħed mill-għejun prinċipali ta' dħul tar-Russja. Id-deputat Prim Ministru Olga Golodets ammettiet li mill-bidu ta' din is-sena, in-numru ta' foqra fir-Russja żdied minn 3.1 m għal 22.9 m li jfisser wieħed minn kull ħames Russi adulti. Huwa mistenni li d-deterjorament fil-qagħda ekonomika Russa ser tkompli żżid in-numru ta' nies fqar fix-xhur li ġejjin. Avventura militari fis-Sirja hija distrazzjoni oħra għall- opinjoni pubblika Russa. Fl-istess ħin, il-magna ta' propaganda Russa qiegħda tnessi lill-opinjoni pubblika l-intervent Russu fl-Ukrajna waqt li jidher li l-Kremlin qiegħed dejjem inaqqas l-appoġġ tiegħu għar-ribelli tal-Ukrajna tal-lvant. Il-kampanja militari Russa għandha vantaġġ kbir fuq dik tal-Amerikani u l-alleati tagħha. Ir-Russi mhumiex jiddependu biss fuq l-attakki mill-ajru imma għandhom l-appoġġ tal- armata Sirjana li minkejja li hija ferm imdgħajfa għadha forza formidabbli mgħejuna minn suldati Russi, Iranjani u l-ġellieda ta' Ħeżbollaħ. Min-naħa l-oħra, l-Amerikani u l-alleati tagħhom m'għandhomx suldati fuq l-art u qed jillimitaw l-offensiva tagħhom għall- attakki mill-ajru. Mentri huwa magħruf li offensiva mill-ajru tista' takkwista ħafna flimkien ma' offensiva mill-art, jekk l-offensiva tkun biss mill-ajru jkollha limitazzjonijiet kbar. L-armata Iraqqina wriet li mhux ta' min jorbot fuqha u tevapora fl-ajru hekk jif jitfaċċaw il-ġellieda tal-Istat Iżlamiku u biex tgħaxxaq il-lealtà tal-gvern Iraqqin għall-Istati Uniti hija ferm suspetta. Il-milizjani Xiijiti Iraqqini huma estensjoni tal-Iran u qajla huma inklinati li jkunu alleati mal-Istati Uniti u l-allejati Sunni tagħha tal-pajjiżi tal- Golf. L-uniċi alleati sodi li għandhom l-Amerikani li jiġġieldu fl-art huma l-Kurdi li kellhom ftit suċċess biex jieħdu lura territorju li l-Istat Iżlamiku kien okkupa kemm fis-Sirja kif ukoll fl- Iraq. L-għajnuna mill-ajru Amerikana kienet strumentali biex il-Kurdi ma tilfux il-belt ta' Kobani li tinsab fuq il-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija meta ġiet assedjata mill-Istat Iżlamiku bejn Settembru u Jannar li għadda. Madankollu, it-Turkija għandha biża' kbir li l-Kurdi ser iwaqfu l-istat tagħhom fiż-żona ta' mal-fruntiera Torka. Kien għalhekk li damu ħafna ma' ħallew lill-Kurdi Iraqqini jibagħtu għajnuna lil ħuthom Sirjani waqt l-assedju tal-Istat Iżlamiku. It-Turkija toħloq problemi mhux ftit għall-alleanza tal-punent kontra l-Istat Iżlamiku għax għalkemm hija pajjiż tan-Nato, l-aġenda tagħha hija ddominata mill-biża kbira li l-Kurdi jwaqfu l-istat tagħhom. Sa ftit ilu, it- Turkija ma kienetx tħalli lill-ajruplani Amerikani joperaw mill-bażijiet Amerikani fit-Turkija kontra l-Istat Iżlamiku. Issa bidlet il-posizzjoni tagħha u anke ħabbret li l-ajruplani tagħha ser jattakkaw lill-istess Stat Iżlamiku. Madankollu, din tidher li kienet mossa sabiex it-Turkija ma tiġix ikkritikata talli temmet il-waqfien il-ġlied li kien ilu fis-seħħ is-snin mal-ġellieda kurdi tal-PKK u bdiet tattakka l-bażijiet tagħhom fil-Kurdistan Iraqqin. Anke hawnhekk, jidher li konsiderazzjonijiet domestiċi qegħdin jikkundizzjonaw l-għażliet Torki fir-rigward tas-Sirja: il-president Erdogan sejjaħ elezzjonijiet ġodda fl-1 ta' Novembru wara li l-partit tiegħu, l-AKP ma rebaħx maġġoranza fl-elezzjonijiet tas-7 ta' Ġunju. Dan wara li l-partit progressista HDP, b'appoġġ qawwi Kurd rebaħ għall-ewwel darba siġġijiet parlamentari bi 13% tal-voti. Ir-Russi jista' jkollhom xi suċċess militari limitat imma x'aktarx li l-intenzjoni primarja tagħhom hi li r-reġim ta' Assad ma jikkrollax u Assad jibqa' jilgħab rwol fin-negozjati li inevitabbilment għad irid ikun hemm. Anke bosta pajjiżi tal-punent bdew jiftħu għall-possibilità li Assad iżomm xi forma ta' poter f 'perjodu ta' transizzjoni mentri qabel kienu jinsistu li jrid jitlaq immedjatament. Madankollu, Putin qed jirriskja bil- qawwa li l-intervent militari tiegħu jkompli jdgħajjef il-finanzi batuti Russi. U xejn ma jeskludi li r-Russja tispiċċa f 'konflitt bla tmiem li jiswa ħafna demm Russu u jkompli jirvinaha militarment u finanzjarjament. M'hemmx dubju li l-okkupazzjoni Russa tal-Afganistan kienet strumentali sabiex sa għaxar snin wara, l-Unjoni Sovjetika spiċċat wara li kkrolla l-prezz taż-żejt. L-istorja għanda ħabta tirrepeti ruħha u l-politiċi għandhom ħabta jinsewha. Segwi l-iżviluppi internazzjonali fuq Facebook u fuq @ellisjoseph Joe ellis L-istorja tirrepeti ruħha u l-politiċi jinsewha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015