Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
18 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 K elliem għal dawk li sofrew abbużi mill- qassisin fl- Amerika qal lill- BBC li meta l-Papa Bergoglio ji tkellem dwar l-ambjent, il- faqar u l-gwerra, dan hu biss diskors għax hu m'għandux poter politiku. Din mhix osservazzjoni preċiża għal kollox għax ir-rapprochment bejn l-Istati Uniti u Kuba sar permezz tal-Vatikan. Imma meta jitkellem dwar l-abbuż mill-kleru, il-Papa bħala l-Kap ta' organizzazzjoni li mhix demokratika, jista' jaġixxi fil-konkret b'mod iżjed skjett, osserva l-kelliem. Intant fil-konkret, il-Kurja Rumana m'għamlitx biżżejjed, skont dan il-kelliem, biex jittieħdu deċiżjonijiet biex l-Isqfijiet jaġixxu mill-ewwel mal-awtoritajiet ċivili biex il-kleru abbużiv jitressaq għall-ġustizzja. Mons. Arċisqof u l-Ambjent Għandi drawwa li meta nkun għaddej minn quddiem il-Parroċċa tal-Karmnu fi Triq de Vilhena fil-Gżira, u nisma ġej il-ħoss tal-armonju mal-kor, nidħol nisma' għal ftit minuti. Fuq wara tal-Knisja jkun hemm mejda b'letteratura ta' xeħta spiritwali-mistika. Dan l-aħħar, laqtitni kartolina dwar l-ambjent, bil-firma tal-Arċisqof Scicluna. Ħabtet tajjeb mad-diskors imqanqal tal-Papa Arġentin lin-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Mons. Scicluna, fil-forma ta' riflessjonijiet skjetti dwar l-ambjent, staqsa jekk aħniex qaddejja ta' żewġ sidien: Alla u l-flus. Ikkwota minn San Mattew (6:14) u San Ġwann (8:31-32). Fuq livell kontemporanju, l-Arċisqof indizja lil min fejn jidħol l-ambjent, qed iqis l-interessi tiegħu biss: tisqija bl-ilma mid-drenaġġ, it-tħarbit fl-iżvilupp tal-art kontra l-ġid komuni eċċ. U staqsa Mons. Scicluna, 'X'qed jiġi l-ewwel f 'Malta: il-ġid komuni jew l-interessi ta' min għandu l-flus? Qed jitkellmu bla tlaqliq dwar l-ambjent dawk li suppost qed iħarsu l-ambjent? Kemm huma onesti l-proposti għall- 'iżvilupp'? Il-mistoqsijiet ta' Mons. Scicluna ħafna jafu jweġbuhom, imma ftit lesti jċedu l-interessi tagħhom għall-ġid komuni. L-UE ttella' l-ħitan Diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għalqu l-fruntieri taghhom lil eluf ta' refugjati jaharbu mill-mizerja tal- gwerra. Fi kliem ieħor, il- wegħdi ta' aktar riżorsi b'risq ir-refuġjati għad irid jiġu konkretizzati. L-emigranti qed jaslu minn kullimkien: mill-Afrika, mill-Maghreb u mill-Balkani, inklużi ommijiet tqal u trabi. U ma jidhirx li hemm mexxejja Ewropej li jafu kif jevitaw il-fjask traġiku tal-profugi. Il-fjask tal- 'Progett Ewropew'. Mexxejja tal-Unjoni Ewropea qed iwiegħdu aktar riżorsi ta' salvataġġ għar-refuġjati. Imma dan għadu diskors fl-arja u aktar ċittadini fil- pajjiżi tal-Unjoni qed isiru dejjem iżjed desensitizzati dwar il-kriżi tal-imigranti li qed thedded li l-UE tinqasam. Fil-fatt, ftit ilu nħarġet statistika għall- 2014 li tgħid li mietu 3,280 refuġjat, l-aktar mgħerrqin. Dan apparti l-eluf kbar li ħarbu mil-Libja ta' wara Gaddafi. L-ISIS fit-Tuneżija It-theddida tal-ISIS m'għadhiex ikkonċentrata biss fil-Lvant Nofsani, imma qed tersaq dejjem aktar lejn l-Ewropa. Dan stqarru l-awtur u attivist Ġermaniz għall-paċi Jurgen Todenhofer, f 'intervista li kellu ma' Stephen Suckur fuq l-istazzjon BBC World. Skont Todenhofer, li hu wkoll pubblikatur, din tal-ISIS hi l-akbar theddida li qed tiffaċċja l-Ewropa mill-aħħar Gwerra 'l hawn. Aktar tal-biża' hi l-aħbar li t-terrorist wara l-massakru fuq bajja ta' Sousse, ma kienx qed jopera waħdu, iżda ma' ċelluli diversi tal-ISIS: "L-ISIS bdiet billi taħkem il-Lvant Nofsani, imma issa estendiet l-attenzjoni tagħha lejn il- kontinent Ewropew." L-attivist Ġermaniż għamel enfasi fuq il- bżonn li tintrebaħ il-ġlieda propagandistika kontra l-Istat islamiku: "Ninsabu quddiem battalja intensiva ta' propaganda u ħasil il- moħħ," qal Todenhofer lill- BBC. "L-ISIS qed ikollhom influwenza qawwija fuq żgħażagħ Ewropej li min- naħa tagħhom, huma delużi bil-politika u l-korruzzjoni tal-mexxejja tagħhom." Sadanittant, l-ISIS baqgħet tipprova tippressa biex tistabbilixxi preżenza dejjem aktar radikali u vjolenti fi nħawi bħas- Sirja u l-Iraq. Mal-wasla tal-bumbardamenti Russi, l-ISIS intensifikat l-attakki feroċi tagħha kontra siti tal-wirt kulturali dinji, bħal dawk f 'Palmyra. Mistoqsi minn Suckur dwar id- destin tal-Lvant Nofsani, Jurgen Todenhofer wieġeb li x-xenarju mhu sabiħ xejn anzi, għandu jbeżża'. Ta' min jittama li l-politiċi Maltin qed isegwu mill- qrib x'qed jiġri fil-Maghreb. L-ewfemiżmi jaħdmu biss biex jilluppjaw lill-poplu. Paqpaqli Għal Traġedja Tippretendi li t-TVM, l-istazzjon nazzjonali, ikollu riżorsi biex ikopri traġedja bħal dik li seħħet f 'Ħal Farruġ (Paqpaqli għall- Istrina). Hemm mistoqsijiet serji xi jsiru. Kien hemm permess mis-Civil Protection biex isir l-avveniment? Kemm hi attrezzata Malta għall-hypercars ta' veloċità qawwija bħal dawk li din is- sena kien hemm f 'Paqpaqli għall-Istrina? Kemm swew il-korriment (anki gravi) li seħħew f 'Ħal Farruġ, apparti t-trawmi psikoloġiċi? U inċidentalment, kulħadd sar jikkwalifika għall-fondi tal-Community Chest Fund? Smajt li anki kumpanija tat- teatru applikat għall-fondi. Bergoglio u l-Abbuż tal-Kleru "Kemm hi attrezzata Malta għall-hypercars ta' velocità qawwija bħal dawk li din is-sena kien hemm f 'Paqpaqli għall-Istrina?" Il-Papa Bergoglio ffaċċjat mill-abbuż tal-Kleru MEDIASPOT Minn Mario azzopardi