Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 3 FI tmiem żjara uffiċjali li għamel il-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat fi Vjenna bħala l-mistieden tal-Ministru tal-Ambjent Awstrijak Andrä Rupprechter, Malta u l-Awstrija impenjaw rwieħhom li jaħdmu b'impenn sħiħ favur Memorandum of Understanding (MoU) dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli li jipprovdi koperazzjoni fil-qasam ambjentali, fl-afforestazzjoni u fl- immaniġġjar tal-iskart bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-kuntatti fuq livell governattiv mistennija jaħsbu għat-twaqqif ta' working group tekniku bejn iż-żewġ pajjiżi li jkun jista' jagħti l-frott mixtieq fl-oqsma li ġew identifikati matul din iż-żjara ta' jumejn. Flimkien mal-Ministru Awstrijak innifsu, il-Ministru Brincat iddiskuta wkoll l-ekonomija l-ħadra, l-ekonomija ċirkulari, li mistennija titla' aktar 'il fuq fl-aġenda tal- Unjoni Ewropea, kif ukoll l-opt-outs tal-GMOs. Id-delegazzjoni Maltija żaret ukoll impjant li jiġġenera l-enerġija mill- iskart fuq sistemi ta' co- generation u ddiskutiet ukoll l-istrateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart taż- żewġ naħat. Fl-aħħar nett, Brincat tkellem ukoll dwar l-istadju avvanzat li jinsabu fih it-tħejjijiet għat-twaqqif tal-Awtorità Maltija għall- Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Jiena, Marisa Scicluna, Għawdxija ta' sitta u ħamsin sena, ilni qiegħda għal numru ta' snin minħabba raġunijiet tal- familja. Bil-parteċipazzjoni tiegħi fl- iskema tat-taħriġ tal-LEAP, jiena għint lill-għaqda mux governattiva nazzjonali, 'Nanniet Malta' tifrex il-ħidma tagħha f'Għawdex, bit-twaqqif tal-istrutturi tagħha u l- organizzazzjoni ta' attivitajiet varji. F'diversi okkażjonijiet irrappreżentajt lill-organizzazzjoni f'laqgħat u fuq il-mezzi tax-xandir. Dan iffaċilita l-integrazzjoni tiegħi fil-komunità u għen bis-sħiħ lill-personalità tiegħi. FSE 3.234 PROĠETT LEAP Jien Ibrahim Mohamed Muuse u ingħatajt taħriġ bħala cultural mediator fil-Proġett Leap. Grazzi għall-Leap, illum naħdem fiċ- Ċentru tas-Saħħa fil-Floriana u sirt parti minn network soċjali fil-komunità Maltija. Hi l-ġenwinità li toħloq u tiżviluppa relazzjoni u klima ta' fiduċja li twassal għal differenza fil- ħajja ta' persuna! - Christine Garzia - Mentor Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek mfss.gov.mt/leap Jien Chantal Catania u bis-saħħa ta' dan it-taħriġ mhux biss ksibt ħiliet ġodda iżda rabbejt il-kunfidenza sabiex nerġa' nibda nistudja. Il-LEAP tassew għeni nagħmel dik il-qabża l-quddiem f'ħajti. Bis-sistema preżenti, ir-rata ta' twelid hija ta' 8% biss Tkompli minn paġna 1 ILBIŻA' li numru ta' embrijuni jkunu mormijin jew "ifflaxxjati" tqajmet diġà minn bosta persuni li qed jopponu t-tibdiliet li qed jipproponi l-Gvern preżenti, fosthom id- Deputata Laburista Deborah Schembri li l-ġimgħa li għaddiet, mal-ILLUM, fakkret kif fl-Awstralja u l-Istati Uniti hemm il-periklu li mal-miljun embrijun ikun mormi. Fearne iġġustifika l-bidliet li qed jipproponi l-Gvern billi fakkar kif it- tobba esperti fl-IVF "qed jgħidulna li hawn numru ta' nisa li bis-sistema li għandna llum huwa diffiċli ħafna li jkollhom tarbija. Fil-fatt, l-ewwel figuri li għandna f 'Malta juru li l-live birth rate wara l-IVF hija ta' biss 8%." Huwa sostna li b'dak li qed jipproponi l-Gvern, l-iktar teknoloġija avvanzata se tkun qed tintuża biex tgħin lil dawk l-ommijiet li ma jistgħux ikollhom tfal. Fil-fatt kelliem tal-Gvern sostna li kuntrarjament għal dak li qed jgħidu xi wħud, il-proposta tal-Gvern Malti ma tippermettix li l-embrijun jintrema' , iżda li dan jaqa' f 'idejn awtorità kompetenti, ladarba l-omm ma tkunx trid jew ma tkunx tista' jkollha aktar tfal. Fost l-alternattivi għall-embrijun li ma jkunx impjantat fil-ġuf hemm ukoll il-possibilità li dan ikun adottat minn koppji oħrajn. Fearne temm jgħid mal- ILLUM li l-Gvern huwa favur il-possibilità ta' ħajja ġdida "fejn illum din il- possibilità ma teżistix." Il-kummenti ta' Fearne jiġu fid-dawl ta' oppożizzjoni li qiegħda tikber għall-bidliet li qed jipproponi l-Gvern preżenti fil-proċess tal-IVF. Il- ġimgħa l-oħra, mal-ILLUM, il-Membru Parlamentari Labrista Deborah Schembri esprimiet in-nuqqas ta' qbil tagħha mal-iffriżar tal- embrijun hekk kif saħqet li bl-avvanzi xjentifiċi li saru, dan lanqas hemm bżonnu. Hija fakkret kif illum huwa xjentifikament possibbli li tiffriża l-bajda. Qalet ukoll li jekk il-Partit Laburista jieħu deċiżjoni favur l-iffriżar tal-embrijun hija jkollha dilemma għax ma tistax tivvota favur xi ħaġa li tmur kontra l-kuxjenza tagħha. Intant iktar kmieni din il-ġimgħa twaqqfet il- Fondazzjoni Life Network Malta li apparti li qed jopponu dawn it-tibdiliet, qegħdin ukoll jgħidu li f 'każ li meta ssir liġi din tgħaddi mill-Parlament, huma jkunu lesti li jsejħu referendum abrogattiv. Fost dawk preżenti għall-ewwel attività ta' din il-Fondazzjoni kien hemm it-tieni Deputata Laburista li esprimiet ruħha kontra, Marlene Farrugia, kif ukoll l-eks Prim Ministru Nazzjonalista Lawrence Gonzi. Qbil dwar l-ambjent bejn Malta u l-Awstrija Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat iżur impjant li jiġġenera l-enerġija mill-iskart

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015