Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
4 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Il-PM iħabbar pjan qabel jibdew żviluppi kbar fil-bajja ta' San Ġorġ Se titwaqqaf korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Bajja ta' San Ġorġ f 'San Ġiljan. Dan ġie mħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat, f 'konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ f 'Kastilja, qabel id- diskors tal-Baġit ta' għada. Din l-istess korporazzjoni għandha l-għan li tgħin fit-tqassim u l-koordinazzjoni tax-xogħlijiet f 'din iż-żona ta' San Ġiljan, minħabba li t-tliet proġetti ppjanati għal madwar din il-bajja huma proġetti kbar, u kif sostna l-Prim Ministru, kapaċi joħolqu kaos jekk ma jkunux koordinati kif suppost. Dawn it-tliet proġetti kbar fiż-żona huma l-iżvilupp ta' Villa Rosa, eżatt faċċata tal-bajja u l-bidla tal-lukandi Corinthia u Radisson f 'lukanda ta' sitt stilel, waqt li l-Prim Ministru ma semmiex liema hu t-tielet proġett jew ta xi dettalji dwar dan. "Din iż-żona hi waħda popolari ħafna speċjalment mat- turisti, u għalhekk ma jistax ikun li nħalluha ssir sit ta' kostruzzjoni għal sitt snin sħaħ," sostna l-Prim Ministru. "Bi tliet proġetti privati bix-xogħol għaddej fihom fl-istess waqt, kapaċi jkun hemm kaos, u għalhekk din il- korporazzjoni għandha tassigura li jkun hemm il-kooperazzjoni u x-xogħol jimxi aħjar fiż-żona, b'sistemi ta' mmaniġjar ta' traffiku u dranaġġ." Waqt il-konferenza stampa, il-Prim Ministru tkellem partikolarment fuq iż-żoni tal-Bajja ta' San Ġorġ, Paceville u Buġibba bħala żoni li għandhom bżonn ta' titjib infrastrutturali. Muscat kompla jsemmi kif bl-ammont medju ta' turisti, li jqarreb iż- żewġ miljun fis-sena, li mistennija jżuru Malta fil-futur, hemm bżonn li l-prodott turistiku jkun imtejjeb biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-istandards Ewropej. Il-Prim Ministru kompla jgħid, "din ir-responsabbiltà ma tistax titfarfar fuq il-Kunsilli Lokali, u fil-fatt, l-ewwel passi ta' dan se jkunu qed jidhru fil-baġit li ġej." Fl-istess konferenza stampa, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li fejn jidħol id-defiċit, il- pajjiż jinsab miexi fit- triq it-tajba meta dan mistenni jkun ta' 1.6% tal-GDP sal-aħħar tas- sena. Dan ikun ifisser li sal-aħħar tas-sena, l-ispiża tal-Gvern tkun naqset b'€69 miljun meta mqabbel mad- defiċit li kien irreġistrat sa tmiem l-2014. Dwar dan, il-Prim Ministru Muscat qal kif dan il-Gvern irnexxielu jnaqqas id-defiċit bi 2% fi tliet snin, u dan mingħajr ma ġew introdotti l-ebda miżuri ta' awsterità. Iż–żona tal-bajja ta' San Ġorġ li mistennija tara tliet proġetti maġġuri 'Il-ġid għandu jitqassam b'mod ġust' Mill-BaĠit ta' nhar it-tnejn, l-Oppożizzjoni tistenna li l-Gvern iqassam il-ġid b'mod ġust u mhux iħalli lil ftit jiffangaw. Taħt Gvern Laburista, it-tkabbir ekonomiku ma ssarrafx fi tqassim ġust tal-ġid. Minflok għandna l-ogħla rata ta' persuni f 'riskju ta' faqar, li llum telgħu mal-100,000 persuna, fosthom żieda ta' 2,500 anzjan f 'sena waħda biss li llum jgħixu fi stat ta' faqar. Għanda l-ogħla rati ta' prezzijiet tal-petrol u diesel minkejja li l-prezz taż-żejt jinsab fl-anqas livell għal bosta snin. U fl-istess ħin għandna klikka ta' nies jiffangaw fuq flus il-poplu għas-sempliċi raġuni li kienu jew għadhom qrib ħafna ta' Muscat u l-ħbieb tiegħu. Għaldaqstant l-Oppożizzjoni tqis il-baġit ta' nhar it-Tnejn huwa test għall-Gvern Laburista: test dwar jekk hux tassew lest jagħti każ lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, fosthom il-familji bi dħul baxx, il- ħaddiema fuq il-minimum wage u l-anzjani li ma jistgħux jgħixu bil-pensjoni li qed jirċievu. L-Oppożizzjoni tingħaqad ukoll mal-korpi kostitwiti li qed jistennew roħs ferm akbar fil-kontijiet tad- dawl la darba pajjiżna issa jista' jixtri elettriku bi prezz ferm orħos mill- powerstation tal-BWSC u mill-interconnector. L-Oppożizzjoni tistenna wkoll li l-prezz tal- petrol u d-diesel jitraħħas drastikament u immedjatament, u ma jibqax fost l-ogħla fost il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea. Dar Ċentrali PN