Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 5 !01ŏ(ġ,,(%'66&+*%&%!0ŏ#/ġćŏ! %66&+*%ŏ0(ġ.!)&1ŏ%!ŏ(ġ.0%&*0ŏ(0%ŏĂĀāĆ Ő (ġ.!)&1ŏ&%..%'+*+44%č ĐŐŐŐŐŐŐŐŐŐ.+ +00%ŏ.0%&*(%Ő **+200%2% ĐŐŐŐŐŐŐŐŐŐ *%6&00%2%ŏ.0%&*(% ĐŐŐŐŐŐŐŐŐŐ *%6&00%2%ŏ(%ŏø%! 1ŏ(ġ *'1//%2%0Hŏ1ŏ(ġ *0!#.66&+*%ŏ,!.)!66ŏ0(ġ.0%&*0 ĐŐŐŐŐŐŐŐŐŐ.0%&*%ŏ(%ŏ1 ĐŐŐŐŐŐŐŐŐŐ.0%&*%ŏ(%ŏ1.!3ŏ%),!**ŏýġ.0%&*0 Ő +* ŏ0Ěŏ.!)&%&%!0ŏ0ĚŏĺĆąČĀĀĀ ,,(%'66&+*%&%!0ŏ&%"01ŏ%0ġ*!&*ŏāĂŏ0ę001.1ŏ1ŏ&#(-1ŏ(ġ%)#ŏăĀŏ0Ě001.1ŏĂĀāĆŏĨ"Ě*+"/%*$.ĩ (ŏ'0.ŏ%*"+.)66&+*%čŐ333ċ)(0."0/ċ#+2ċ)0 Kont tad-dawl u l-ilma fantażma li ġie €624 Sid il-kera jippreżenta karta miktuba minnu stess bħala kont tad-dawl u l-ilma ALBERT GAUCI CUNNINGHAM KOPPJA barranija, residenti l-Qawra, li għamlu kuntatt mal- gazzetta ILLUM esprimew ir-rabja tagħhom hekk kif sid il-kera tal-appartament fejn kienu qed jgħixu għal madwar sitt xhur, minflok ippreżenta l-kont tad-dawl u l-ilma uffiċjali li joħroġ mill-ARMS, kiteb karta hu stess fejn talabhom iħallsu €624 f 'dawl u ilma. Għalkemm il-koppja staqsewh għall-kont uffiċjali, l-istess sid tal- proprjetà baqa' jinsisti li jħallsu l-ammont ta' €624, miktub minnu stess. L-ILLUM staqsa lill-koppja barranija għal kopja tal- kuntratt biex b'hekk ikun jista' jivverifika l-ilment tagħhom. Fil-kuntratt ippreżentat lilna hemm miktub ċar u tond li l-ħlas għad-dawl u l-ilma għandu jsir jew b'depożitu ta' €50 fix- xahar li jkun aġġustat meta jasal il-kont, jew inkella li jħallsu l-ammont sħiħ "meta l-kont ikun preżentat". "B'kont ippreżentat aħna nifhmu l-kont uffiċjali li joħroġ mill-kumpanija (ARMS) u mhux biċċa karta, li kapaċi jagħmilha kulħadd" spjegaw ma' din il-gazzetta l-koppja, li saħqu li dan huwa abbuż u li ma kinux lesti li jħallsu. Kelliema tal-Awtorità għall-Affarijiet tal- Konsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA) spjegat mal-ILLUM li kollox jorbot mal-kuntratt li l-koppja tkun iffirmat għalih, għalkemm għamlitha ċara li jekk il-kuntratt tal-kera jispeċifika li huma aċċettaw li jħallsu l-kont wara li dan jkun ippreżentat, mela allura dan, bl-aktar mod ċar qed jirreferi għall- kont tal-ARMS "mhux informazzjoni li xi ħadd jiddeċiedi li jikteb fuq karta." Fuq il-karta ppreżentata lill-koppja hemm id-dettalji tal-ħlas u l-informazzjoni dwar il-qari tal-meters fil-21 t'Awwissu u fit-8 ta' Frar ta' din is-sena. Taħthom, hemm imniżżel ukoll l-ammont ta' ħlas għad-dawl u l-ilma bejn dawn ix-xhur. Għad-dawl, il- kont tela' għal €326 u għall- ilma l-kont kien ta' €298. Il-koppja li tkellmet magħna qalet li tinsab iddiżapuntata li s-suq tal- kiri hawn Malta tant mhux regolat, li jitħallew jiġru dawn l-affarijiet. "Għandu jkun hemm post fejn dawn l-affarijiet ikunu rraportati. Dan x'jiġifieri ma jridx jurina l-kont? Mela qed ngħixu f 'ġungla? Jekk irid li nħallsu l-kont, irid jurina l-kont." Minkejja dan, ir- rappreżentanta tal-MCCAA qalet li f 'każijiet bħal dawn, persuni li jkunu qed jikru jkollhom kull dritt li jagħmlu ilment quddiem l-awtorità, li min-naħa tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex ikun protett il- konsumatur. Il-prosekuzzjoni titmexxa minn avukat mhux minn Spettur DIN il-ġimgħa fl-Awla tal-Maġistrat Francesco Depasquale beda proġett pilota li permezz tiegħu, il-prosekuzzjoni se tkun qed titmexxa minn avukat minflok minn Spettur tal-Pulizija. Dan il-proġett pilota huwa parti mir- riforma Bonello-Debono u huwa mmirat biex l-ispettur jiffoka aktar fuq ix-xogħol investigattiv u biex ikun hemm bilanċ aħjar fuq in-naħa tal- prosekuzzjoni. Dan il- bilanċ jista' jintlaħaq aħjar peress li l-prosekuzzjoni se tkun rappreżentata minn persuna li hija kwalifikata bħala avukat. Is-sistema kif inhi bħalissa tipermetti li prosekuzzjoni titmexxa minn avukat f 'każ ta' ġuri biss, fejn wara li ssir l-investigazzjoni mill- Pulizija, jkun biss avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jservi bħala prosekuzzjoni. Sorsi li tkellmu mal-ġurnal l-ILLUM sostnew li b'din il-parti tar-riforma fil- Ġustizzja li beda l-Gvern preżenti, fuq proposti tal-Imħallef Giovanni Bonello kif ukoll tal-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono, is-soċjetà se tibbenefika darbtejn. "Darba għax l-ispettur se jkun rilaxxat minn ċertu ammont ta' xogħol u ħin fil-Qorti u t-tieni għax l-istess spettur se jkun qiegħed jiffoka l-aktar fuq ix-xogħol investigattiv tiegħu." Fil-ħarġa tal-ILLUM tal- Ħadd 27 ta' Settembru, il- President tal-Police Officers Union (POU) Sandro Camilleri kien ikkritika l-fatt li f 'Malta l-pulizija trid "tinvestiga, toħroġ l-akkużi u tmexxi l-prosekuzzjoni. Meta ngħidu dan lill- barranin jidħqu bina. Xogħol il-Pulizija għandu jkun biss li jagħmel l-investigazzjoni, jgħaddiha lill-prosekutur avukat u mbagħad jitla' jixhed fil-Qorti." Il-parti tal-kuntratt tal-kera li tistipula kif għandu jsir il-ħlas tal-kontijiet Il-karta bil-ħlas mitlub minflok il-kont tal-ARMS Żieda fil-Pulizija ġewwa l-Qawra B'EFFETT mit-30 ta' Settembru li għadda, il- Pulizija fid-distrett li jkopri l-għassa tal-Qawra u San Pawl il-Baħar fost l-oħrajn, żdiedu bi tmienja, biex issa, it-total ta' pulizija li jservu f 'dan id-distrett tela' għal 104. Dan ħareġ minn mistoqsija Parlamentari li għamel Ċensu Galea lill-Ministru Carmelo Abela. Minbarra dan, l-għassa ta' San Pawl il-Baħar, ukoll qed tiftaħ 24 siegħa kuljum, kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel. Dan jiġi fid-dawl tal-fatt li ż-żona ta' Buġibba u l-Qawra hija żona b'rata ta' kriminalità li huma fost l-għola fil-pajjiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015