Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Meta kien qed jippreżenta l-premji lill-istudenti rebbieħa fil-kampanja ta' Batterina mħaddma mill- kumpanija Wasteserv, fl-iskola St Francis fir-Rabat Għawdex, il-Ministru Leo Brincat ħabbar li l-miżura fil-Baġit 2016, li tipprovdi għal skema biex il-batteriji jibdew jinġabru mill-privat, hija sfida ġdida u obbligu li ilu fuq l-ixkaffa u jingħata l-ġenb. Filwaqt li radd ħajr lil kull min kien involut fit-tħaddim tal-kampanja Batterina, li issa ilha mwaqqfa ħames snin u li għenet bil-kbir biex tqajjem kuxjenza ambjentali mal- pajjiż kollu, speċjalment fost it-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji dwar kif għandhom jiddisponu mill-batteriji użati u li aktar tard kienu qed jinġabru mill-Wasteserv minn diversi postijiet bħal kunsilli lokali, skejjel u postijiet oħrajn, innota li xorta għad baqa' xi jsir biex nilħqu l-livell meħtieġ fil-ġbir tal-batteriji, liema livell sal-lum huwa biss dak ta' 20% tal-batteriji kkunsmati mill-Maltin u l-Għawdxin. Skont Direttiva tal-Unjoni Ewropea (UE), minkejja x-xogħol siewi tal-Wasteserv, dan ix-xogħol ma jistax jibqa' jsir minn kumpanija tal-Gvern iżda għandu jkun imħaddem mill-privat skont dak li jissejjaħ il-prinċipju tal-extended producer responsibility. Teknikament, minkejja li pajjiżna jinsab riesaq lejn il-livell minimu xieraq f 'dan il-ġbir, Malta u Għawdex għandhom rata ta' ġbir ineżistenti għax ma kinitx konformi mal-liġijiet Ewropej. Taħt iż-żewġ gvernijiet dejjem kien hemm qbil li l-Wasteserv għandha tidħol biss fejn ma jistax jasal il- privat. Fil-fatt, hemm qbil bejn iż-żewġ naħat li l-Wasteserv għandha tkun dak li jissejjaħ operator of last resort. Il-pjan nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart jipprovdi għal dan kollu wkoll. "Il-ħsieb tal-Gvern huwa li kull tibdil isir b'konsultazzjoni wiesgħa u bi trasparenza sħiħa mal-istakeholders kollha ħalli nkunu f 'qagħda ferm aħjar li nilħqu l-miri ta' pajjiżna fl- immaniġġjar tal-iskart," temm jgħid il-Ministru Brincat. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo faħħar lill- iskejjel tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-kampanja Batterina. Hu faħħar ukoll lil Wasteserv u lill-parteċipanti kollha għall-istorja ta' suċċess li għamlu bil-kampanja, li qajmet kuxjenza akbar dwar il-ġbir responsabbli tal- batteriji. Il-Ministru Refalo tenna l-importanza li minn età żgħira tinħoloq aktar kuxjenza favur l-ambjent. Il-Ministru tenna li l-mira tal- Ministeru għal Għawdex hija li sas-sena 2020 Għawdex isir gżira ekoloġika, bl-għajnuna ta' komunità ħerqana u deċiża li tilħaq il-miri ta' soċjetà sostenibbli. Il-viżjoni ta' gżira ekoloġika tħares 'il quddiem lejn futur sostenibbli, gżira aktar sabiħa, ispiranti, akkoljenti, b'saħħitha, inklużiva u ta' suċċess; fi ftit kliem post tajjeb biex tgħix fih, f 'bilanċ mal- ambjent. Il-Ministru Refalo tenna l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex li qed jaħdem biex ir-residenti jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar, filwaqt li jgħin ukoll biex Għawdex ikun ta' attrazzjoni għall-barrani biex dan iżur, jgħix u jinvesti fil-gżira. Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 11 Ħames roundabouts fi triq waħda Veronica Lynn Mizzi IL-Fatt li triq ikollha ħames roundabouts, hija xi ħaġa li ftit tismagħha, però dan huwa l-każ fi triq il-Kosta, li partijiet minnha għadu qed isir ix-xogħlijiet fuqha. triq il-Kosta, li se tkun qed tiswa mal-€53 miljun, hija waħda mill- ikbar proġetti li qatt saru f 'pajjiżna fejn għandhom x'jaqsmu t-toroq. Dawn il-ħames roundabouts huma mqassma tul it-triq kollha u kienu ħafna li kkummentaw dwar id-daqs tagħhom, speċjalment dwar dik li hemm fis-salini illi bħala daqs titqabbel sew ma' dik ta' Ħal Qormi, magħrufa illi twaħħal ħafna karozzi fit- traffiku. Huwa fatt magħruf li meta persuna tkun qed tavviċina roundabout, ir-regoli tat-traffiku jobbligaw lis- sewwieqa sabiex inaqqsu mill-veloċità ħalli jkunu jistgħu jduru mal-istess roundabout waqt li ma jkunux ta' periklu għas- sewwieqa l-oħra fit-triq. Għaldaqstant, wieħed mingħajr ma jrid, jistaqsi x'effett se jkollu dan fuq it- traffiku fi Triq il-Kosta, mhux b'roundabout waħda iżda b'ħamsa, meta din ma kellha l-ebda roundabout qabel ma bveda ix-xogħol fuq il-proġett Meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar l-effett li dan in-numru ta' roundabouts se jħallu fuq it-traffiku f 'din it-triq, l-Project Leader responsabbli minn din it-triq ma tax tweġiba ċara dwar dan imma elenka r-roundabouts preżenti u l-użu tagħhom f 'din it-triq. Jekk tkun qiegħed issuq fi Triq il-Kosta minn San Pawl il-Baħar direzzjoni lejn Pembroke, ir-roundabouts jibdew b'waħda kbira ħafna qrib is-Salina fil-junction biex tmur lejn it-telgħa T'Alla u Ommu. Fil-fatt, din kienet ir-raġuni li l-project leader ta' Transport Malta ta għal din ir-roundabout: li din isservi lis-sewwieqa biex jagħżlu t-triq tagħhom, jew ikomplu fi Triq il-Kosta jew inkella jaqbdu t-triq lejn it-telgħa T'Alla u Ommu. It-tieni roundabout li ssib hi dik li tinsab ftit 'il fuq mil- lukanda fl-istess triq, bil-għan li din, "tipprovdi aċċessibbiltà aħjar lil dawk li jkunu sejrin lejn il-lukanda u anke lil dawk li jkunu ħerġin miż- żona tas-Salini." Biswit il-Magħtab, wieħed isib it-tielet roundabout li sakemm jibdew numru ta' proġetti m'għandha l-ebda funzjoni jew użu. Fil-fatt il-project leader stess qal li, "r-roundabout qrib il-junction tal-Magħtab tgħaqqad id-daħla ppjanata għall-Magħtab li mistennija tiġi mibnija mill-Wasteserv, mat-triq, u fl-istess ħin tgħaqqad il-parkeġġ li għandu jkun hemm qrib il- baħar." F'Baħar iċ-Ċagħaq, ftit qabel il-waterpark hemm ir- roundabout li "tgħaqqad Triq il-Kosta ma' Triq ir-Ridott u ż-żona residenzjali." Finalment, l-aħħar roundabout tinsab fil-parti tat-telgħa tat-triq biswit il-kumpless ta' White Rocks, biex dan, skont il-project leader, "jagħti aċċessibbiltà aħjar lit-traffiku li jkun ġej min-naħa ta' Baħar iċ- Ċagħaq u sejjer lejn iż-żona residenzjali tal-vilel." Minbarra dan, il-project leader aċċenna li x-xogħlijiet li saru u qed isiru fi Triq il-Kosta, "jinvolvu it- twessigħ tat-triq billi qed issir triq b'karreġġjata doppja u jiġu introdotti 'crash barriers' sabiex jiġu separate l-karreġġjati, bil-għan li jitnaqqas l-'overtaking' f 'din it-triq, flimkien ma' karreġġjata għar-roti, flimkien ma' numru ta' miżuri oħra ta' sigurtà." Ritratti: Chris Mangion Ir-roundabout biswit il-kumpless ta' White Rocks Ir-roundabout f 'Baħar iċ-Ċagħaq Skema biex il-batteriji jibdew jinġabru mill-privat