Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 17 L-inugwaljanza u l-miżuri fiskali "Jiena l-ewwel wieħed li dejjem ngħid li jekk temmen fis- sostennibbiltà tal-baġit, ma tistax isserraħ fuq dawn l-affarijiet. Fil- fatt", ikompli jgħid Scicluna, "30% biss tal-flus se jmorru għall-baġit, u l-bqija tal-flus mill-IIP se jmorru fin-National Development and Social Fund. Nemmen li l-ekonomija, minnha nnifisha, jeħtieġ li żżomm fuq saqajha u iva, għalkemm dawk flus, jekk inti bil-għaqal iġġemmagħhom, imbagħad tkun tista' tinvestihom. Imma le m'aħniex qed ngħalqu d-defiċit bil-flus tal-IIP". Hemm min jgħid li l-Gvern preżenti permezz ta' dan il-programm ta' bejgħ tal-passaport qed jagħmel bħalma kienu jagħmlu Gvernijiet Nazzjonalisti meta kienu jbigħu entitajiet pubbliċi. Minkejja li ma jaqbilx mat-tixbieha, jgħid ukoll li l-programm qed jgħin biex il-pajjiż ikollu flus, li minflok jintefqu għal xejn "jew biex nixxalaw", ikunu vvutati għal skopijiet oħrajn. Aħna oażi f 'żona mqallba Bdiet riesqa lejn tmiemha l-intervista u staqsejtu dwar it- theddida li jistgħu joffru kumpaniji bħall-ST jekk kemm-il darba jmorru ħażin. Filwaqt li jgħid li l-aħħar aħbarijiet huma pożittivi dwar din il-kumpanija, jfakkar li m'hemm garanzija ta' xejn f 'kwalunkwe ekonomija dwar ebda kumpanija. "Għalhekk huwa importanti li qed noħolqu setturi ġodda ekonomiċi bħal dak tas-saħħa u l-edukazzjoni. Bħalissa dak li qed nagħmlu fil- qasam tal-edukazzjoni huwa bħal estensjoni bil-kbir, tal-iskejjel tal- Ingliż. Qed nattiraw lejn pajjiżna setturi ekonomiċi fl-edukazzjoni terzjarja permezz tal-Università. Dan l-investiment se joffri massimu ta' 4,000 student li se jiġu hawn, se jonfqu l-flus għall-akkomodazzjoni, se jmorru fil-ħwienet, se jmorru jieklu u se jgħinu biex l-ekonomija Maltija tkompli tikber." Imma l-kritika li qed issir huwa li fejn jidħlu proġetti kapitali, dawn qed jeħlu xi ftit jew qed idumu żmien twil, bil-Ministru Scicluna jfakkar li x-xogħol għaddej. Ifakkar b'ċerta insistenza iżda li xogħol il- Gvern huwa li joħloq l-ambjent san biex jinħoloq l-investiment, mhux li joħloq l-investiment jew li jagħmel il-proġetti hu. "No way" isostni għal mistoqsija tal-gazzetta dwar jekk iħossx li għandu jkun il-Gvern li jagħmel proġett minflok il-privat. Imma dawn il-proġetti li qed iħabbar il-Gvern, mhux kollha fuq il-karta għadom? "Le," jsostni Scicluna, il-ftehim ma' Barts se jiġi attwat, l-offerta saret u qed ikunu negozjati l-aħħar punti. Dan mhux bħal Smart City. Bnejniha, imbagħad qagħdna nistennew biex naraw min se jinvesti. Dawn ġew. Kif ġew tal-Università Amerikana, kif ġew Huawei, kif ġew Microsoft. Dawn ma qalux forsi ninvestu, dawn qed jinvestu". Huwa temm l-intervista billi jiddeskrivi, xi naqra poetikament, lil Malta bħala "oażi f 'żona mqallba." Jgħid li hija din ir-raġuni għalfejn Malta qed tkun attraenti għall- investitur, "għax aħna stabbli u għax bnejna ċertu kompetenza u qafas sħiħ ta' sostenn tal-ogħla livell għal kull min jixtieq jinvesti fil-pajjiż." Ritratt: Chris Mangion "Vera li qed nibqgħu nagħtu l-benefiċċju, imma qed toħroġ il- persuna fid-dinja tax-xogħol, qed tagħtiha ċertu kburija, qed tinduna li aħjar tkun qed taħdem milli toqgħod id-dar"