Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
24 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Nissustanza dak li għidt u dak li rrid ngħid LINO ELLUL SAN GWANN SA fejn naf jien, (skont l-istanding orders tal- Parlament) sakemm membru Parlamentari jkun is-sekondat minn membru ieħor fil-Parlament, (jekk mhux ukoll b'xi petizzjoni minn barra l-Parlament) dan għandu jkollu kull dritt li jressaq kull xorta ta' mozzjoni fil-Parlament; iżda altru li dan m'għandux jippretendi li l-mozzjoni tiegħu għandu jkollha xi garanzija li tgħaddi mill- Parlament. Iktar u iktar jekk din il-mozzjoni b'vot liberali ma tgħaddix, ma jfissirx li se jaqa' l-Gvern! Fil-fatt, bla ħafna logħob bil-kliem, jiena nemmen li mill-kulur aħmar, kif ukoll mill-kulur blu li hemm fil- Parlament, hemm bżonn li jissarraf f 'riżultat pożittiv, il-kulur vjola! U meta allura f 'pajjiżna qed niddiskutu mhux biss l-importanza tal-Baġit, iżda wkoll dwar l-iffriżar tal-embrijuni umani, bir- rispett kollu li jixraq lil kulħadd, nixtieq li nkompli nissustanza, kemm dak li jiena għidt fl-ittra tiegħi fil-gazzetta ILLUM tal-11 ta' Ottubru, kif ukoll dak li rrid inkompli nistaqsi llum. Għax filkas, dawk l-ulied li se jitwieldu permezz tal- embrijuni ffriżati, dawn se jkollhom żewġ ommijiet: jiġifieri l-omm li pproduċiet il-bajda u l-omm il-mikrija li se tmantniehom fil- ġuf ? Filkas, dawn l-ulied se jkollhom sitt nanniet; jiġifieri nanna u nannu min- naħa tal-missier li pproduca l-isperma, nanna u nannu min-naħa tal-omm li pproduċiet il-bajda, u nanna u nannu min-naħa tal-mara l-mikrija li se tmantniehom fil-ġuf ? Kollox fuq kollox, meta x-xjenza medika skopriet id-DNA, u meta allura l-professjoni medika titkellem tant pożittiv dwar l-importanza tad-DNA, tgħid allura f 'każijiet ta' mard eċċ, ix-xjenza medika, kif ukoll il-Qrati, fuq liema DNA se jibdew jibbażaw l-argumenti tagħhom? Fuq id-DNA tad-donaturi li jipproduċu l-isperma u l-bajda, (li allura f 'xi każi, jista' jkun li dawn ma jkun jistgħu jinstabu qatt), jew fuq id-DNA tal-mara mikrija li tkun ipproduciet id-demm u l-laħam f 'ġufha, ta' dawn l-ulied? Possibbli li kumplikazzjonijiet serji bħal dawn, il-Poplu tagħna jista' ma jagħtix kashom, sempliċiment għaliex ħafna pajjiżi oħrajn qed jitfixklu f 'deċiżjonijiet żbaljati u diżordinati bħal dawn kontra ulied l-umanità? Bla ma donnu li ħafna mill- Poplu tagħna mhux qed jinduna, li l-maġġoranza taċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi, la jemmu f 'Alla l-ħallieq, u lanqas ma jemmnu fil-liġi naturali, meta appuntu din qiegħda hemm biex tirrigwarda lill-umanità, anke minn kull xorta ta' abbuż kontra ulied l-umanità? Għax meta allura l-liġi tal-IVF ġa teżisti f 'pajjiżna, forsi allura mhux dawn il-kumplikazzjonijiet kontradittorji aħna rridu niddiskutu fostna bl- aktar mod urġenti, bla ma nħallu l-ebda toqba fil-liġi f 'pajjiżna f`dan ir-rigward tant delikat, qabel ma jkun tard u tard wisq, b'kawża tal-iffrizar tal-embrijuni? MINISTERU GĦALL ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI B'REFERENZA għall- artiklu ppubblikat nhar il-Ħadd 11 t'Ottubru 2015 mill-artikolista John Busuttil. Il-qofol tal-artiklu jgħid kważi b'ċertezza li żewġ proġetti kapitali li hemm ippjanati li jkunu lesti għal Valletta 2018, mhux se jkunu inawgurati fl-2018. Fil-każ tal-proġett tal-Kon Katidral ta' San Ġwann, huwa minnu li kien hemm xi fatturi li aħjar jiġu ċċarati issa, iżda dan għadu pproġettat li jitlesta fis-sena stipulate. Fil-każ tal-proġett MUŻA, ix-xogħol għaddej b'ritmu tajjeb, kfi se jiġi spjegat iktar 'il quddiem. Dan il-ġurnal qed jagħti l-impressjoni li hemm oġġezzjonijiet sostanzjali mill-UNESCO dwar dan il-proġett. L-artikolista ta x'jifhem li l-UNESCO permezz tal-ICOMOS jidhru li huma kontra dan il-proġett u li qegħdin jintalbu tibdiliet kbar. Dan wara li ntbagħat il-profil mill-Kumitat ta' San Ġwann flimkien mad- Delegat Permanenti tal- UNESCO sabiex jirraportaw u jaġġornaw lill-WHS fuq l-andament ta' dan il-proġett. Huwa vera li kien hemm xi riservi għad-diskussjoni mingħand il-UNESCO imma fl-ebda mument ma ngħatat l-impressjoni li dawn qed joġġezzjonaw għat-tkomplija ta' dan il-proġett. Fil-fatt, il-Professur Mouton inġieb Malta propju biex jiġu diskussi u evalwati punti minn dan il-proġett biex jiġi aċċertat li x-xogħlijiet kienu qed isiru bl- approvazzjonijiet ta' kull min hu involut. Hemm differenza netta bejn l-oġġezzjonijiet li qegħdin jitqajmu lokalment, u dawk tal-UNESCO. Wara li jingħalqu d-diskussjoniijiet mal-UNESCO ikunu jistgħu jiġu indikati l-punti tad- diskussjoni u s-soluzzjonijiet proposti. Rigward il-kritika li l-media lokali tħalliet barra, hija prassi normali li l-UNESCO titlob li f 'dan l-istadju ma jsirx kuntatt dirett b'informazzjoni speċifika. Qed ninkludi estratt mil-linji gwida operattivi tal-UNESCO rigward dan is-suġġett: "Site Missions 5. In selecting experts to carry out on-site evaluation missions, the policy of ICOMOS is wherever possible to choose someone from the region in which the nominated property is located. Such experts are required to be experienced in heritage management and conservation: they are not necessarily high academic experts in the type of property. They are expected to be able to talk to site managers on a basis of professional equality and to make informed assessments of management plans, conservation practices, visitor handling, etc. They are provided with detailed briefings which include copied of the relevant information from the dossiers. The dates and programme of their visits are agreed in consultation with States Parties, who are requested to ensure that ICOMOS evaluation missions are given a low profile so far as the media are concerned. ICOMOS experts submit their reports in confidence to the Executive Committee on practical aspects of the properties concerned, and premature publicity can cause embarrassment both to ICOMOS and to the World Heritage Committee." Extract from UNESCO's Operational Guidelines L-artiklu jindika wkoll li hemm xi diżgwid minħabba li d-deċiżjoni għall-permessi għal dan il-proġett ġew temporanjament sospiżi. Ma jirriżulta fl-ebda istant li qed issir pressjoni mill- MEPA u anke ħafna rabja minn diversi bnadi kontra l-UNESCO. Il-proġett qed jistenna sakemm ikun hemm kjarifiki ċari sabiex jiġi żgurat li dak kollu li hu neċessarju, jittieħdulu prekawzjonijiet fi stat bikri. Intant, il-proġett MUŻA miexi skont kif pjanat. Sar ħafna xogħol ta' preparazzjoni. Ingħalqet il-kompetizzjoni internazzjonali għad-disinn tal-proġett u intgħażlet il-proposta rebbieħa. L-applikazzjonijiet tal- MEPA ġew sottomessi. Ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Berġa tal-Italja mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li t-tender tax-xogħlijiet maġġuri (li jinkludi restawr, servizzi infrastrutturali interpretazzjoni), mistenni li jkun ippubblikat fl-aħħar kwart ta' din is-sena. Tlesta wkoll il-Cost Benefit Analysis tal-proġett. Ġiet sottomessa wkoll applikazzjoni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) mill- programm 2014-2020. Ix-xogħol fiżiku fil-Berġa ma aseta jibda qabel is- sena d-dieħla u għalhekk, ma kienx hemm ħtieġa immedjata li l-MTA joħorġu minn hemmhekk qabel. Ta' min jgħid li l-Ministeru tat-Turiżmu ilu li ħareġ mill- Berġa tal-Italja sa mill-2014. Il-proġett mistenni jitlesta fl-2018 kif ippjanat. minn dan il-proġett biex jiġi mal-UNESCO ikunu jistgħu diskussjoni u s-soluzzjonijiet Rigward il-kritika li l-media prassi normali li l-UNESCO Qed ninkludi estratt mil-linji gwida operattivi tal-UNESCO in heritage management and qed issir pressjoni mill- MEPA u anke ħafna rabja minn diversi bnadi kontra l-UNESCO. Il-proġett qed jistenna sakemm ikun hemm kjarifiki ċari sabiex jiġi żgurat li dak kollu li hu neċessarju, jittieħdulu prekawzjonijiet fi stat bikri. Intant, il-proġett MUŻA miexi skont kif pjanat. Sar ħafna xogħol ta' preparazzjoni. Ingħalqet il-kompetizzjoni internazzjonali għad-disinn tal-proġett u intgħażlet il-proposta rebbieħa. L-applikazzjonijiet tal- MEPA ġew sottomessi. Ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Berġa tal-Italja mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li t-tender tax-xogħlijiet maġġuri (li jinkludi restawr, servizzi infrastrutturali interpretazzjoni), mistenni li jkun ippubblikat fl-aħħar kwart ta' din is-sena. Tlesta wkoll il-Cost Benefit Analysis tal-proġett. Ġiet sottomessa wkoll applikazzjoni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) mill- illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Mhux se jitlestew sal-2018 Proġetti maġġuri fil-Belt Valletta Il-berġa fejn għandu jsir il-mużew tal-arti għadha ma ġietx żgumbrata JOHN BUSUTTIL ILPROĠETT tal-mużew il-ġdid tal-Kon Katidral ta` San Ġwann jidher li ma jistax jitlesta kif ippjanat għal Valletta 2018 jiġifieri meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali tal-Ewropa kif oriġinarjament kien ippjanat. Dan il-proġett, li hu stmat li jiswa bejn €13 u €15-il miljun , kellu jkun l-akbar proġett għaċ-ċelebrazzjoni tal-Belt Valletta bhala l-Kapitali tal-Ewropa għall- 2018. Hu responsabbiltà tal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta' San Ġwann, bi sħab ugwali bejn il-Gvern u l-Knisja, u hu kollu kemm hu ffinanzjat mill- Fondazzjoni. Bħalma hu obbligat li jagħmel, peress li l-Belt Valletta hi Wirt Dinji, il-Gvern kien informa lill-UNESCO bil-pjanijiet biex jinbena dan il-Mużew il-ġdid li fih għandhom jitpoġġew l-arazzi li qabel kienu jintramaw għall-festa ta' San Ġwann il-Battista fil-Katidral. Il-Mużew ukoll se jkollu swali dwar Caravaggio kif ukoll se tinfetaħ il-kripta u fiha jitpoġġew il-fided li llum jinsabu fis-safe tal-Katidral u mhumiex eżebiti għall- pubbliku. Kif normalment tagħmel il-UNESCO, huma kkonsultaw mal-ICOMOS li hi l-għaqda li tagħti parir lill-UNESCO. Dawn oġġezzjonaw għall-proġett kif ippjanat. L-oġġezzjoni ħarget fil-beraħ dakinhar li l-Bord tal-MEPA kien qed jiddiskuti dan il- proġett. Fl-aħħar tal-laqgħa mqanqla bl-oġġezzjoniet tal-Fondazzjoni għall- Ambjent Aħjar, il-Bord ġie mgħarraf li l-Ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO Mons. J Vella Gauci tahom kopja ta' ittra tal-UNESCO li fiha ntqal li l-ICOMOS ma kinux qed jaqblu mal- proġett. Il-Bord iddeċieda li jwaqqaf il-proġett sakemm din il-materja tigi ċċarata. Hu mifhum li f 'dawn il- ġranet, espert Franċiż fuq wirt dinji, il-Perit Benjamin Mouton, għamel żjara f 'Malta f 'isem l-ICOMOS biex jiddiskuti dawn il-pjanijiet. Waqt iż- żjara tiegħu, li għal xi raġuni inħbiet mill-midja, Mouton kellu ġurnata sħiħa ta' laqgħat, fosthom mal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral, mal-MEPA u mal-Ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO l-Mons. J. Vella Gauci. Minkejja li l-awtorità tal- ippjanar Maltija dakinhar, sostniet li l-aplikazzjoni għandha tkun approvata ladarba jintlaħaq qbil mal- UNESCO, jidher li din tal- aħħar qed topponi l-proġett kif propost b'mod qawwi ħafna. Tant hu minnu li l-ILLUM qed tiżvela kif ftit ġranet ilu biss, Mouton, espert tal-UNESCO, ġie Malta u għamilha ċara li biex ikun aċċettat mill- UNESCO, il-proġett propost mill-Fondazzjoni għall-Kon Katidral ta' San Ġwann, kellha tagħmel "tibdiliet kbar" fis-sala fejn huwa propost li jkunu esebiti l-arazzi. Fost it- tibdiliet li qiegħda tesiġi l-UNESCO hemm dawk relatati mad-daqs, tul tal- bini u anke d-disinn. Din il-gazzetta hija infurmata li d-dewmien biex jibda dan il-proġett se jkun qiegħed jagħmilha diffiċli ħafna għall- Fondazzjoni tal-Kon Katidral u dawk kollha li qegħdin jagħtu l-appoġġ lil dan il-proġett biex jaraw li l-mużew ikun miftuħ u lest fl-2018. Dan jidher li qed iwassal għal ħafna pressjoni u anke rabja minn diversi bnadi kontra l-UNESCO, mhux l-inqas mill-MEPA stess. L-intervent tal-UNESCO fil-każ tal-Kon Katidral huwa neċessarju hekk kif dan il-post huwa kkunsidrat bħala wieħed tal-ogħla livell ta' protezzjoni u għalhekk, kull żvilupp ikun jeħtieġ jgħaddi minn proċess itwal ta' skrutinju. X'ġara s'issa fil-kwistjoni tal-mużew? Fi Frar ta' din is-sena, il-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta' San Ġwann kienet ħabbret proġett biex il-mużew tal-Kon Katidral ikun estiż u rranġat fil-parti fejn hemm iċ-ċimiterju tal-Assedju l-Kbir, liema proġett għandu jiswa mat-€13-il miljun. Il-proġett propost fih ċentru ta' Caravaġġio, li jkun jiffoka fuq il-ħajja u x-xogħlijiet ta' dan l-artist mill-era Barokka u għandu l-għan ukoll li jagħti aktar spazju ta' esebizzjoni lill-kollezzjoni tal-fidda, l-ilbies tal-qassisin u l-manuskritti. Minkejja dan, l-aktar parti importanti tal-proġett, u l-aktar parti kontroversjali wkoll, hija s-sala li fiha se jkunu qed ikunu esebiti l-arazzi mill-isbaħ tal- Katidral. Il-Kuratur tal-Kon Katidral ta' San Ġwann, Cynthia DeGiorgio kienet qalet li t-tul tal-bini propost jirrifletti t-tul tal- arazzi. Ma qablitx mal-mużew kif propost l-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar li kienet sejħet il-proġett bħala wieħed li se jwassal għad-desakagrazzjoni taċ-ċimiterju tal-Assedju l-Kbir. Apparti dan, FAA kienet qalet li mhux aċċettabbli li d-dehra tal- Kon Katidral ta' San Ġwann se tkun mgħottija minn Triq il-Merkanti. Ix-xogħol fuq il-Mużew tal-arti għadu lanqas inbeda Dan qed iħasseb ħafna lil min hu responsabbli għal dan l-avveniment anke għaliex jidher li t-tieni l-akbar proġett, dak ta' Mużew ġdid tal-Arti jew MUŻA li għandu jsir fil-Berġa tal-Italja, għadu ħafna lura fejn ix-xogħol għadu ma bediex. Dan il-proġett jista' jibda biss ladarba l-Ministeru tat- Turiżmu u l-MTA ibattlu l-Berġa. Hu mifhum li l-ispazju li hemm fil-bini preżenti tal-Mużew tal- Arti fi Triq Nofsinhar, mhux kbir biżżejjed għal dawn iż-żewġ entitajiet. "Biex il-proġett ikun aċċettat mill-UNESCO, iridu jsiru "tibdiliet kbar" biċ-ċans li ma jitlestewx l- ħin għal V18" L-espert tal- UNESCO, il-Perit Benjamin Mouton Il-proġett tal-Kon Katidral ta' San Ġwann