Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 Aġenda tal-Unjoni Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti Bħala l-Koordinatur Nazzjonali ta' Malta għall-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal- Edukazzjoni u x-Xogħol se jorganizza konferenza dwar il-ħiliet bażiċi u l-edukazzjoni tal-adulti. Il-konferenza se tiffoka fuq l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-koordinazzjoni tal-inizjattivi rigward it-tagħlim tal-adulti f'Malta. Għal din il-konferenza huma mistiedna edukaturi, dawk li jipprovdu tagħlim u dawk li jfasslu l-politika tal-edukazzjoni. Konferenza Finali Phoenicia Hotel, Il-Furjana Mid-9.00 sas-13.00 Nhar it-Tlieta 27 ta' Ottubru 2015 Reġistrazzjoni ssir b'email lil lifelonglearning@gov.mt sal-Ġimgħa 23 ta' Ottubru 2015 Jibżgħu jitkellmu għax ma jintagħżlux Tkompli minn paġna 1 GĦALLIEMA li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li "saret prassi" li waqt l-interviews tagħhom sabiex jidħlu jaħdmu fi skejjel tal-Knisja, il-kapijiet tal-iskola - li ġeneralment ikunu qassisin, patrijiet, u anke sorijiet – jistaqsuhom domandi dwar it-twemmin reliġjuż tagħhom u l-prattiċi reliġjużi. L-istess persuni li tkellmu mal-ILLUM qalu li waqt l-interviews jispikkaw mistoqsijiet dwar kemm- il darba jitolbu, għalxiex jitolbu, għal min, kemm-il darba jmorru l-quddies, u kif ukoll mistoqsijiet dwar it-tagħlim reliġjuż tagħhom. Qalu wkoll li dawn it-tip ta' mistoqsijiet jiġu mpoġġija b'tali mod li l-għalliem prospettiv jitpoġġa dahru mal-ħajt. Mistoqsijin għala ma jirrapurtawx dawn il- prattiċi abbużivi, l-għalliema li tkellmu mal-ILLUM sostnew li din isseħħ f 'bosta skejjel tal-Knisja u li f 'ċertu każijiet għalliema ma ntagħżlux. Għalhekk teżisti l-biża', komplew jisħqu mal- ILLUM, li jiġu maqtugħin mil-lista ta' għalliema prospettivi. Mistoqsija jekk hijiex prassi li għalliema prospettivi jiġu mistoqsija dawn it-tip ta' domandi waqt l-interviews tagħhom, il- Kurja qalet li "mhux possibli li tafferma jew tinnega x'mistoqsijiet għamlu l-iskejjel tal-Knisja." "Madankollu, is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija jafferma li skola, tkun liema tkun, bħal kull organiżazzjoni oħra, tista' tistaqsi jekk impjegati prospettivi jaqblux mal- etos u l-valuri tagħha. Dan għandu jsir mingħajr ma wieħed jistaqsi dwar il- ħajja privata tal-applikanti u mingħajr ma ssir diskriminazzjoni," l-Kurja qalet. Fil-fatt, mal-ILLUM, il-kelliem tal-Kurja qal li waħda mill-kwalifiki neċessarji għall-persuni f 'pożizzjonijiet ta' tmexxija fi skejjel tal-Knisja hija li "jkunu Kattoliċi." Inizzjalment, din il-ħtieġa kienet tapplika wkoll għall- counsellors, għalliema tal-PSD u assistant heads, u li l-istaff kollu fl-iskejjel tal-Knisja, b'mod speċjali dawk f 'karigi għolja, għandhom ikunu "persuni li jippratikaw il-valuri Kristjani f 'ħajjithom." Wara kontroversja, il-Kurja timponi kundizzjonijiet inqas stretti għall-Kapijiet F'dokument bl-isem ta' "Practicing Catholic as a Requirement for Eligibility and Selection of Staff in Church Schools," il-Kurja kienet qalet li persuni f 'kariga għolja għandhom obbligu biex jippreservaw l-eto tal-iskola, u li għaldaqstant, dan ma jistax jiġi sodisfatt jekk l-istil ta' ħajja tagħhom ma tkunx konformi mat-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Iżda, fid-dawl ta' kritika voċifera minħabba l-fatt li dawn il-kundizzjonijiet eskludew persuni iddivorzjati, għalliema omosesswali, u ġenituri li kellhom it- tfal barra miż-żwieġ, il-Kurja ma implimentatx dawn il-kundizzjonijiet kontroversjali u minflok qed tapplika kundizzjonijiet inqas stretti. Mal-ILLUM, il-Kurja qalet li, "il-Knisja tixtieq li applikanti għal pożizzjonijiet ta' tmexxija u ta' dawk li jiffurmaw parti mill-missjoni tal-Knisja li jgħallmu t-tagħlim ta' Kristu, għandhom ikunu Kattoliċi. Nemmnu li din il- proposta hija mħarsa kemm mil-liġi Maltija kif ukoll dik Ewropea." Imma lil hinn minn dan kollu, l-MUT kienet qalet li miżuri "medjevali" bħal dawn qed jużaw l-iskuża tar-reliġjon u l-identità reliġjuża biex jiġu mgħottija l-abbużi fis-sistema tar- reklutaġġ. Fost l-oħrajn, riċentement, l-MUT sostniet li ċertu għalliema ma ġewx magħżula għax kienu nisa u oħrajn li tkeċċew minn xogħolhom għax il- pożizzjoni kienet riżervata għal xi ħadd ieħor. Mal-ILLUM, kelliem għall-MUT qal li minkejja li l-Union ilha għal bosta snin tisħaq għall-bidla fis-sistema tar-reklutaġġ, hemm min mhux fi qbil bl-iskuża li kull skola għandha l-etos tagħha. "Illum qed nindunaw li dawk li l-aktar mhumiex fi qbil huma skejjel fejn kien hemm diversi allegazzjonijiet ta' prattiċi abbużivi, kif il-Union diġà semmiet kemm-il darba. Għaldaqstant il- mistoqsija tqum b'mod naturali: Għalfejn dawn il- kongregazzjonijiet ma jridux jikkunsidraw il-proposti tal- Unjin? Biex ikomplu jgħattu dawn il-prattiċi?" L-għalliema qed jiġu mistoqsija dwar kemm u lil min jitolbu, kif ukoll jekk imorrux quddiesa F'10 snin mietu 47 persuna kawża ta' overdose ta' droga F'MALTA mietu b'kollox 47 persuna kawża ta' overdose ta' droga f 'temp ta' 10 snin, fil- fatt bejn l-2005 u Ottubru tal- 2015, mietu 39 raġel u tmien nisa kawża ta' overdose. L-iktar snin li ħallew vittmi kienu 2007 u 2012 wara li kien ġie rrapurtat li mietu tmien persuni b'kawża ta' overdose. Skont ċifri ppreżentati fil- parlament, tul dawn l-aħħar għaxar snin, żewġ żgħażagħ taħt it-18-il sena mietu. Aktar minn hekk, il- maġġoranza tal-mejta kienu dawk ta' bejn it-18 u d-29 sena, u dawk ta' bejn it-30 u d-39 sena. Tul l-istess snin, kien hemm ukoll raġel wieħed ta'iktar minn 60 sena li miet kawża ta' overdose ta' droga, filwaqt li kien hemm ħames tfajliet ta' inqas minn 30 sena li mietu. Skont l-istatistika, fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena ma kien hemm l-ebda mewta kawża ta' overdose. Dan żvelah il-Ministru tal- Intern Carmelo Abela li ta bħala risposta għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Schembri.