Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 35 SportSillum Kollox lest għall-Kampjonat Mondjali tal-Martial Kombat ġewwa pajjiżna Għall-ewwel darba, il-Federazzjoni tal-world Martial Kombat (wMKF), li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 5 snin u għandha 'l fuq minn 8,000 membru ġejjin minn kull rokna tad-dinja, se tkun qed torganizza Kampjonat Dinji ġewwa pajjiżna bejn it-13 u l-15 ta' Novembru. Gino Vitrano li huwa s-Segretarju tal-wMKF, kien ilu żmien joffri lill-Maltin biex dan il- Kampjonat Dinji jsir f ' pajjiżna, u wara deċiżjoni tal-Kumitat Malti fosthom Master Silvio Camilleri li huwa wkoll jirrapreżenta lill-wMKF bħala l-Viċi- President, qablu ma' xulxin u saħansitra ilhom minn Jannar jippreparaw għal dan il-kampjonat ferm prestiġġjuż. F'Malta hawn numru ta' klabbs tal-arti marzjali rinomati fosthom The Art of Fighting, Jalen, Ying Yang, Basement, u l-Wushuky Club fejn kollha għandhom 'fighters' ta' ċertu kalibru u li jġorru magħhom 'title belts', u rebħiet barra minn xtutna. F'dan l-avveniment, wieħed jista' jara l-għaqda li tirrenja fost il-klabbs fejn kollha jiftiehmu u jgħaqdu tim wieħed bħala 'Malta Squad'. Dan l-avveniment isir sena wara l-oħra, fejn it- tim Malti tela' jipparteċipa kemm fl-Italja u sena ilu ġewwa Hammaet fit- Tuneżija. Il- Kampjonat Mondjali se jsir ġewwa l-Cottonera Sport Complex fil-Birgu u se jkun mifrux fuq 3 ijiem fejn il-Ġimgħa ssir l-Open Ceremony, u wara jibdew il-fights tal-atleti li ilhom inqas minn sentejn jipprattikaw l-arti marzjali, filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd se jkunu qed jiġu esebiti diversi stili ta' arti marzjali, fosthom il-K1 li se jkun fuq ir-Ring, u l-iskwadra Maltija li għandha tim tajjeb ippreparat għal dan l-avveniment mondjali. Se jkun hemm ukoll full- contact kickboxing, semi- contact, point-scoring fejn atleti ġejjin kemm mill- qasam tat-taekwando u l-karate jidħlu għalija. F'dan l-avveniment mondjali se jieħu sehem fost l-oħrajn l-Arġentin Molinari li se jagħti show ta' tkissir ta' injam. Id-domanda hija kbira għal dan l-avveniment, fosthom tim ta' 15-il fighter ġejjin mill-Messiku, tim żgħir min-Nepal, tim Ingliż imdaqqas bħas-soltu fejn diġà qabeż il-120 applikant, apparti tim kbir ukoll minn Sqallija u l-Italja. Dan l-avveniment se jkun wieħed possibli grazzi għall-istazzjon lokali TVM, il-Malta Tourism Authority, kif ukoll għall-Onorevoli Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius, li għen ħafna biex dan l-avveniment seta' jkun possibli. Dan barra xi kumpaniji kummerċjali li taw is-sapport tagħhom bl-għajnuna finanzjarja li pprovdew għal dan l-avveniment. Intant, il-Federazzjoni Maltija tal-World Martial Kombat, bħalma normalment tagħmel se tkun qed tgħin b'mod finanzjarju lil Fondazzjoni Puttinu Cares li huma tant fil-qlub tal-Maltin. Dan billi d-dħul minimu ta' 10 Ewro bħala donazzjoni se tmur b'risq Puttinu Cares. Il-pubbliku sportiv Malti u mhux biss, huwa mħeġġeġ jagħti s-sapport tiegħu lill- atleti li se jkunu qed jieħdu sehem f 'dan il-Kampjonat Mondjali. Fl-aħħar u mhux l-inqas il-Federazzjoni Maltija tal-World Martial Kombat, awgurat lill-atleti Maltin tal-ħin u d-dedikazzjoni li qegħdin jagħtu għax żgur li huwa ta' sodisfazjon li atleta Malti jitla' fuq il-podju ġewwa pajjiżu kif ukoll lill-kowċis tal- paċenzja u d-dedikazzjoni tagħhom. Għal aktar informazjoni, wieħed jista' jibgħat email fuq kickboxingmalta@ hotmail.com jew jidħol fuq il-paġna uffiċjali ta' facebook tal-Federazzjoni Maltija tal-World Martial Kombat, li ġġib l-isem ta' 'World martial kombat federation- Malta'. Tibda bi spettaklu sħiħ is-36 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race IlbIeraħ fil-11ta' filgħodu, fil-Port il-Kbir, ingħata bidu għas-36 edizzjoni tar-rolex Middle Sea race, bi spettaklu sħiħ ta' jotts lussużi. F'din l-edizzjoni qegħdin jieħdu sehem xejn inqas minn 115-il jott ġejjin minn 22 pajjiż differenti, b'uħud minnhom ikunu ferm 'il bogħod minn Malta fosthom l-Istati Uniti, ir- russja u Hong Kong. Ovvjament, ma jistax jonqos li qegħdin jieħdu sehem ukoll numru ta' jottijiet Maltin, fosthom dak li jġib l-isem ta' Artie mmexxi mill-iskipper Lee Satariano, li rnexxielu jirbaħ l-edizzjoni tas-sena li għaddiet u li mhux eskluż li għad jerġa' jirrepeti dan is-suċċess matul l-edizzjoni ta' din is-sena. Intant, tajjeb ngħidu li matul is-sena li għaddiet l-ewwel jott ikklassifikat, daħal lura Malta wara xejn inqas minn 47 siegħa u 33 minuta, u jekk il-kundizzjonijiet klimatiċi ikunu favorevoli għall-iskippers, jista' jkun li dan il-ħin ikun qed jinksier. Din se tkun l-ewwel tellieqa mingħajr l-iskipper Malti Arthur Podesta li ħalla din id-dinja ftit jiem biss qabel ingħata bidu għall-edizzjoni ta' din is-sena. Huwa kien sinonimu ma' din it-tellieqa u sas-sena li għaddiet kien saħansitra ħa sehem f 'kull edizzjoni minn meta bdiet din it-tellieqa magħrufa mad-dinja kollha, 47 sena ilu. Ritratt - Chris Mangion Il-jottijiet fl-azzjoni fil-Port il-Kbir