Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/587658
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru 2015 | illum 39 SportSillum Il-Leġġenda Kroata ta' Real Madrid Tqis lit-tim nazzjonali Kroat preżenti bħala l-aqwa wieħed ta' kull żmien? Għad irridu naraw. Il-futbol huwa logħba ta' 11-il plejer kontra 11-il plejer. L-ebda tim ma jista' jirbaħ dejjem, u l-ebda tim kbir kemm hu kbir m'għandu garanzija li jista' jirbaħ kull logħba li jkun involut fiha. Dan hu s-sabiħ tal-futbol. F'xi drabi, klabb żgħir u bi ftit investiment jistgħu jiksbu riżultati mill-aqwa u jegħlbu timijiet iktar ikkwotati minnhom. Dan jgħodd ukoll għal timijiet nazzjonali. Għandna l-eżempju klassiku tal- Iżlanda li matul din is-sena kisbu kwalifikazzjoni storika għall-Euro 2016. B'hekk xi ħaġa li jien nemmen ħafna fiha, hija dik li fil-futbol kull tim irid jagħti l-100% tiegħu, ikun min ikun it-tim avversarju tiegħu. Wara t-telfa kontra n-Norveġja, tneħħa l-kowċ Niko Kovac mit- tmun tat-tim nazzjonali Kroat. L-għażla waqgħet fuq Ante Cacic li ma tantx ġie milqugħ tajjeb mill- media Kroata. Għaliex l-FA Kroata għażlet lil dan il-kowċ biex jieħu t-tmun tat-tim nazzjonali Kroat? Ma nixtieqx nikkummenta f 'dan l-istadju. X'tikkummenta fuq Malta u fuq l-MFA u x'relazzjoni għandek mal- amministraturi li jmexxu l-futbol Malti? L-amministraturi tal-MFA huma kollha ħbieb tiegħi u qed jagħmlu xogħol mill-aqwa għall-akbar ġid tal-futbol Malti u mhux biss. Aħna ħbieb kbar. Fil-fatt nhar it-Tlieta li għadda, lejlet il-konfront bejn Malta u Kroazja, kelli ċans li nerġa' nissoċjalizza magħhom f 'ċena li kelli magħhom. Għandi stima kbira wkoll lejn il-pajjiż ta' Malta fejn ftit tal-ġimgħat ilu kelli ċans li nżuru fit-Top Executive Programme (TEP), li sar propju hawnhekk. F'dawn il-jiem qattajt żmien mill-isbaħ fejn bħala Presidenti tal-assoċjazzjonijiet tal-futbol tal-UEFA lgħabna kontra s-Segretarji Ġenerali tal-istess assoċjazzjonijiet, waqt li fost oħrajn kellna ċena mill-isbaħ fil-Barrakka ta' Isfel fil-Belt Valletta. Nixtieq nerġa' nirringrazzja minn qalbi lill- poplu Malti għall-ospitalità u l-qalb kbira li wrew magħna tul dawn il-jiem. Aħna pajjiż relattivament żgħir (għalkemm mhux daqs Malta), ta' 4.5 miljun ruħ u mhux ta' 100 miljun ruħ. B'hekk nistgħu nifhmu aħjar il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet ta' pajjiż żgħir ta' Malta u tal-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol Malti, u li ġejja minn pajjiż żgħir bħal mhija l-MFA. Meqjus bħala l-aqwa plejer fl-istorja tal- futbol fil-Kroazja L-aqwa skorer ta' kull żmien fil-futbol Kroat b'45 gowl Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Osijek, Dinamo Zagreb, Sevilla, Real Madrid, Arsenal, West Ham United, u 1860 Munich Rebaħ il-'Golden Boot' fit-Tazza tad-Dinja tal-1998 bħala l-aqwa skorer, billi skorja 6 gowls f '7 logħbiet Davor Suker "Ngħid lit-tfal u żgħażagħ kollha biex dejjem joħolmu kbir u qatt ma jaqtgħu qalbhom li x-xewqat u l-ħolm tagħhom għad xi darba jsiru realtà" Ritratti: Chris Mangion