Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 21 Xokk, rabja, dwejjaq, ammirazzjoni. Dawn l-ewwel erba' kelmiet li jiġu f 'moħħi biex niddeskrivi dak li ħassejt f 'dawn il-ħamest ijiem li ilni fil-Palestina. Meta wasalt l-ajruport, żammewni. Żammewni l-Iżraeljani għax hawn ma tistax tidħol direttament ġewwa dak li fadal mill-Palestina. Il-biċċiet ta' art li jiffurmaw il-Palestina huma okkupati mill-istat Iżraeljan. Tidħol minn fejn tidħol trid bilfors tgħaddi minn fruntieri kkontrollati mill-Iżrael. Meta wasalt fl-ajruport waqqfuni u ġiegħluni nidħol għal żewġ interrogatorji twal. Damu sagħtejn u nofs biex tawni visa u ħallewni ngħaddi. Meta jkollhom suspett li persuna għandha l-intenzjoni li tgħin lill-poplu Palestinjan, dawn jirrifjutaw li jħalluk tidħol. Xokk. Tieħu xokk x'ħin tara kullimkien ħitan. Ħitan u suldati armati. Tħoss sens ta' tensjoni fl-arja. Ġerusalemm imdawra b'ħajt, ħajt ta' Apartheid. Apartheid minħabba l-fatt li dan il-ħajt qed jiġi wżat biss biex joħloq diviżjoni u separazzjoni bejn l-Għarab u l-Lhud. L-Iżrael kien qal li se jibni dan il-ħajt tul il-linja kollha li tifred l-Iżrael mill-West Bank. Iżda fil-fatt bnieh ħafna iktar 'il ġewwa minn din il-linja u b'hekk seraq iktar art Palestinjana, inkluża ż-żona sħiħa ta' Ġerusalemm tal-Lvant. Ġerusalemm tal-Lvant hija meqjusa internazzjonalment bħala art Palestinjana, iżda din iż-żona l-Iżrael mhux biss okkupaha, imma sar jikkunsidraha bħala 'art Iżraeljana'. Ġewwa l-West Bank issib iktar min 300 checkpoint. Biex tmur minn post għall-ieħor, trid tgħaddi minn checkpoints. Ovvjament, dan ma jgħoddx għall-Iżraeljani li jgħixu fis- settlements, il-mijiet ta' bliet Iżraeljani mibnija illegalment fil-West Bank. L-Iżraeljani tas-settlements jgħaddu x'ħin u kif iridu minn dawn iċ-checkpoints u għandhom anki toroq separati għalihom. Għall-Palestinjani din ħija realtà totalment differenti. Fiċ-checkpoints, is-suldati ġieli jiddeċiedu li ma jħallux karozzi jgħaddu. Mill-istejjer li smajt, ġieli ħallew iċ-checkpoint magħluq għal xi sagħtejn, u jiftħuh biss meta jfettlilhom. Dan ifisser li ċ-checkpoints ma jiġux użati għas-sigurtà imma biss bħala forma ta' kontroll u umiljazzjoni fuq il-poplu Palestinjan. Abbużi bħal swat u arresti arbitrarji mis-suldati Iżraeljani fuq il-Palestinjani f 'dawn iċ-checkpoints huma komuni ħafna. Rabja. Ir-rabja ħija inevitabbli u essenzjali għal kull min iżur jew jgħix hawnhekk. Kelli l-opportunità li nżur il-Jordan Valley, żona fil-West Bank li tmiss mal-fruntiera tal- Ġordan. Il-Jordan Valley sar qisu deżert, medda kbira ta' art mimlija għoljiet nixfin. Iżda ħaġa stramba hija li fejn jgħixu s-settlers Iżraeljani, in-nixfa ma teżistix. Fil-fatt taħt dawn l-għoljiet hawn ħażniet kbar ta' ilma, iżda dawn jistgħu jiġu wżati biss mis-settlers Iżraeljani. Dan l-ilma, li għal mijiet ta' snin kien il-ħajja tal-bedwini li jgħixu fil-Jordan Valley, qed jiġi misruq mill-gvern Iżraeljan u jitwassal fis-settlements illegali Iżraeljani. Jien u miexja fi triq partikolari, taħt xemx tiżreġ, fuq ix-xellug stajt nara ħafna siġar tat-tamal għoljin, mimlijin saħħa, imdawra b'grada elettrika, bħal kull ħaġ'oħra Iżraeljana. Ħarist fuq il-lemin, u nara art niexfa, bla ebda ħajja, bil-Bedwini Palestinjani jgħixu fiha. Din id-diskriminazzjoni hija effett dirett tal-liġijiet Iżraeljani li ma jħallux lill-Bedwini jieħdu l-ilma li jkun viċin tagħhom. Dawn in-nies qed ibatu, qed imutulhom l-annimali u ħajjithom qed issir dejjem iktar diffiċli. Il-Palestinjani mhu qed ikollhom l-ebda għażla ħlief li jħallu dik l-art. Madwar 200,000 Palestinjan telqu mill-Jordan Valley tul l-okkupazzjoni Iżraeljana filwaqt li 10,000 settler Iżraeljan bnew, illegalment, settlements agrikoli. Stajt nara b'għajnejja l-pompi tal-ilma, bil-grada madwarhom, sabiex il-Palestinjani ma jkollhomx aċċess għalihom. Hawn jaqbduk dwejjaq kbar. Dwejjaq għax taf li bl-ebda mod dawn in-nies ma ħaqqhom din it- tbatija u din l-inġustizzja. Hawn tidħol ukoll l-ammirazzjoni, l-ammirazzjoni lejn il-poplu Palestinjan. Poplu li ilu 67 sena jiġi misruq minn artu u li tilef kważi kollox apparti d-dinjità u s-saħħa li jiġġieled. Dan il-poplu għandu mħabba kbira lejn artu, lejn l-art li jgħix fiha u li ilu jaħdem għal eluf ta' snin. Iltqajt ma' familja Bedwina, f 'nofs il- Jordan Valley. Kellhom madwar 20 nagħġa, tinda u kamra. Il-gvern Iżraeljan kissrilhom kollox tlett darbiet diġà, imma bl-għajnuna ta' voluntiera dawn dejjem jerġgħu jibnu kollox mill-ġdid, bħalma jagħmlu ħafna familji oħra hawnhekk. Dawn in-nies qegħdin jirreżistu, kuljum, il-politika razzista tal-gvern Iżraeljan. Kull darba li jwaqqgħulhom id-dar, dawn jerġgħu jibnuha. Għandhom saħħa fl-ispirtu, mhux saħħa fl-armi u l-gaffef. Kemm dawk li jgħixu fil- Jordan Valley u kif ukoll dawk fil-bqija tal-West Bank u Gaża għandhom kull dritt taħt il-liġi internazzjonali li jiġġieldu l-okkupazzjoni. It-Taljani ġġieldu bl-armi sabiex qerdu l-Faxxiżmu, u l-Amerikani, l-Ingliżi u r-Russi użaw it-tankijiet tal-gwerra u armamenti sabiex ħelsuna minn taħt in-Nazziżmu. Ma marrux iwaddbulhom il-fjuri, bħalma ħafna qed jistennew li jagħmlu l-Palestinjani. L-Iżrael juża l-iktar armamenti sofistikati sabiex jeqred il-poplu Palestinjan. Rari nisimgħu l-qawwiet tal- Punent jikkundannaw dan, filwaqt li hekk kif Palestinjan iwaddab ġebla jew jodrob suldat b'sikkina, kulħadd iqum jikkundannahom. Li nistgħu nagħmlu aħna huwa li nuru solidarjetà mal- poplu Palestinjan, l-ewwel u qabel kollox billi ninfurmaw ruħna fuq x'qed jiġri f 'din l-art. Nistgħu wkoll ningħaqdu ma' eluf ta' nies madwar id-dinja li qed jirrifjutaw li jixtru prodotti li ġejjin mill-Iżrael u jibbojkottjaw individwi u organizzazzjonijiet li huma kompliċi fl-atroċitajiet tal-gvern Iżraeljan. Dan il-moviment jismu BDS (Boycott, Divest, Sanction) u jispira ruħu mill- kampanja li kienet intużat kontra r-reġim ta' Apartheid fl-Afrika t'Isfel. Huma biss ir-reżistenza Palestinjana u s-solidarjetà internazzjonali li jistgħu jwaqqfu l-ħruxija tal- gvern Iżraeljan. Alex Caruana huwa attiv fil- Moviment Graffitti u bħalissa jinsab il-Palestina Alex CAruAnA "L-Amerikani, l-Ingliżi u r-Russi…ħelsuna minn taħt in- Nazziżmu. Ma marrux iwaddbulhom il-fjuri, bħalma ħafna qed jistennew li jagħmlu l-Palestinjani" "Iċ-checkpoints ma jiġux użati għas- sigurtà imma biss bħala forma ta' kontroll u umiljazzjoni fuq il-poplu Palestinjan" Xokk, rabja, dwejjaq u ammirazzjoni Mill-palestina...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015