Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 25 Jeħtieġ sforzi akbar biex inġibu iktar fondi tal-UE lejn Għawdex għaż-żgħażagħ – Alfred Sant Għawdex jista' jgawdi minn aktar fondi tal- Unjoni ewropea li joħolqu proġetti u impjiegi ġodda għaż-żgħazagħ f 'Għawdex u jeħtieġ sforzi akbar biex ninkoraġġixxu aktar fondi tal-Unjoni ewropea għal attività ekonomika ġdida f 'Għawdex. L-ewwel priorità trid tkun li nenfasizzaw li l-politika ewropea, meta tista', tkun ta' siwi għal Għawdex, trid taqbel mar-realtajiet Għawdxin meta tkun qed tiġi applikata l-politika tal-Ue. Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li se jkompli jinsisti fil-Parlament Ewropew u f 'fora oħra li jrid jingħata trattament speċjali għall-isfidi ta' Għawdex fil-politika tal-Unjoni Ewropea. "Se nkompli nagħmel dan fil-qasam tat-trasport, turiżmu, agrikoltura, industrija, artiġġjanat, industriji żgħar u medji, servizzi finanzjarji, appoġġ diġitali." L-MEP Sant, li kien qed jindirizza l-Konferenza għas- soċjeta' ċivili f 'Għawdex 'L-Aspirazzjonijiet tal- Għawdxin fl-Ewropa' f 'Ta' Ċenċ, qal li l-Gvern, permezz tal-Ministru ta' Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-fondi strutturali tal-UE diġà qed jagħmel biċċa xogħol kbira f 'dan ir-rigward. Sant qal li Għawdex jeħtieġ irawwem it-talent żagħżugħ tiegħu u joħloq proġetti ġodda f 'Għawdex. 'Irridu nreġġgħu lura li ż-żgħażagħ ifittxu xogħol u jaħdmu Malta jew aktar 'il bogħod meta jispiċċaw l-istudji tagħhom. Dawn jeħtieġu impjiegi f 'Għawdex. Jeħtieġu impjiegi vijabbli għalihom u għal oħrajn f 'Għawdex. Għawdex għandu bżonn niċeċ ta' attivitajiet li jinvolvu liż-żgħażagħ Għawdxin. Dan diġà ġie propost fi proġett li jixraqlu kull suċċess. Tkun idea tajba jekk il-gvern jagħmel sforz żejjed fil- qasam tal-investiment biex jimmobilizza aktar fondi fi programmi oħra tal-UE, li jagħtu appoġġ lil proġetti ġodda. "Każ partikolari huwa l-programm INTERREG tal-Unjoni Ewropea li jagħti fondi lil proġetti fir- reġjuni periferali u gżejjer iżolati fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti huma ko- finanzjati bejn ir-reġjuni u l-gżejjer u l-UE. Proġett tipiku jiswa madwar €3 miljun, 85% jitħallsu mill- UE u l-bqija mir-reġjuni permezz tal-gvernijiet ċentrali. Dawn il-proġetti jgħinu liż-żgħażagħ Għawdxin joħolqu proġetti ġodda f 'Għawdex." Sant qal li jidher li għadna m'aħniex imħejjija biex nisfruttaw il-possibilitajiet ta' proġetti bħall- INTERREG. "Inwiegħed lill-Għawdxin li se nkompli ninkoraġġixxi inizjattivi ġodda fil-Parlament Ewropew u f 'oqsma oħra biex iż-żgħażagħ f 'Għawdex joħolqu proġetti żgħar li joħolqu impjiegi ġodda f 'Għawdex.' Alfred Sant qal li minn dak li sema f 'dan is- seminar jikkonferma r-realtajiet f 'Għawdex. Minkejja l-progress kbir li sar fl-aħħar sentejn, Għawdex iħossu iżolat u jeħtieġ l-appoġġ fit-tul biex inaqqas id-differenzi ma' Malta u ta' reġjuni ċentrali oħra fl-Unjoni Ewropea. Gżejjer oħra u reġjuni periferali oħra fl-UE iħossuhom l-istess. "L-UE tista' tkun ta' għajnuna f 'dan il-proċess? Il-verità hi li matul is-snin, id- diverġenzi ekonomiċi fl-UE żdiedu, mhux naqsu, bejn l-aktar reġjuni żviluppati tal-UE u dawk l-anqas żviluppati. Dan huwa riżultat tal-politika tal-UE ta' 'one-size-fits-all' li mhux sensittiva għall-bżonnijiet tar-reġjuni fil-periferija tagħha, kbar u żgħar," temm jgħid Sant. 'Għawdex jista' jgawdi minn aktar fondi tal-UE li joħolqu proġetti u impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ f 'Għawdex'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015