Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Wasal iż-żmien li int tibda taħseb dwar xi ħaġa li tagħmlek iktar motivat. Għandek żmien favur tiegħek biex int tagħmel dan il- pass. Ġejjin affarijiet sbieħ u ħa jinfetħulek diversi toroq fejn sa ftit żmien ilu, kont taqta' qalbek minnhom. Imma issa, trid tkun matur biżżejjed li b'dak li ġej għalik, xorta tibqa' saqajk mal-art. La tikber u lanqas toqgħod tparla fuq dak li ħa jingħatalek. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 12, 24 u 38. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-imħabba tixtieqa iktar magħquda. Jista' jkun li fl-imħabba, għadek ma sibtx dak li vera tixtieq li int. Imma riesqa lejk persuna li se tagħtik nifs u dehra iktar ideali għalik. Però, xorta waħda ma tridx tieħu din is-sitwazzjoni bħala relazzjoni. Agħti ż-żmien u tgħaġġilx. Aħseb ftit fuq dak li ġara fil-passat. Agħraf eżatt il-ħsieb wara dan, imbagħad, ħu deċiżjoni. Irrifletti sew! Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 34. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ftehim li int kont ilek biex tilħaq, issa fl-aħħar se jintlaħaq u jsir. Dan se jġiegħlek tħossok per- suna mibdula u libera, però dejjem ibqa' ftakar minn xiex għaddejt biex wasalt s'hawn. Issa int xorta riesaq lejn sitwazzjoni oħra, imma minn din l- esperjenza suppost għandek titgħallem u timxi aktar bil-moħħ milli bil-qalb. Għalissa aħseb għal vaganza ħalli tieħu ħsieb tiegħek innifsek. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 28 u 32. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Obligazzjonijeit li int qbilt magħhom fil-passat, issa qegħdin ikunu ta' tfixkil għalik. Għalhekk int trid tara kif ħa tkun aktar flessibbli, u aktar minn hekk sabiex dawn l-obligazzjonijiet ikunu jistgħu jitranġaw u int tkun tista' tippjana iżjed. Biex dan it-tibdil ikun jista' jsir, għandek bżonn turi aktar kompro- mess u tkun iktar flessibbli fid-diskors. Ftakar li għandek bżonn toroq u pjanijiet ġodda. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 11, 24 u 36. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Riesaq żmien li fih ikollok tieħu deċiżjoni. Għalkemm emozzjonalment tista' tfixklek, wasal iż-żmien li int tibda t-triq tiegħek ħalli dak li kien staġnat, jinfetaħ. Fil-preżent, l-attività f'dak li int qed taspira hi qawwija ħafna. Però, sib spazju u ħin għalik biex tkun rilassat għax tant tinsab għaddej fil-karriera tiegħek li m'intix issib ħin biex tirrilassa. Ħu ħsieb għal vaganza. Ħejji ruħek għaliex riesaq proġett għalik. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Bħalissa, għalkemm qiegħda f'sitwazzjoni stabbli, ġewwa qalbek qiegħed tħossok im- dejjaq u mitluf u ma tafx x'se taqbad tagħmel. L-affarijiet mhumiex jaħdmu kif xtaqt int, u flok tikber, qed tiċkien. Għalkemm ir-relazzjoni għalik hi importanti ħafna, fil-fatt dan mhux dak li int trid. Aktar ma tagħrad tfittex soluzzjoni, aktar l-uġigħ fil-qalb se jikber. Tirreċtax. Ħobb biss mill-qalb! Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 14, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa tinsab f'taqbida bejn jekk terġax tidħol għal sitwazzjoni ta' passat, jew taqbad triq ġdida. Din it-taqbida ħa teħodlok sa kważi No- vembru. Il-parir hu biex tagħraf sew dak kollu li int għaddejt minnu, u b'hekk tagħraf l-aħjar li jkun għalik. Għalissa imma, jidher li t-triq tal-passat mhix waħda vijab- bli, u fiha ħafna mistoqsijiet u għala int għandek tgħix f'ħajja ta' inċertezza. Agħraf sew! Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 25 u 31. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Minħabba l-pressjoni li għaddejja madwarek, hemm bżonn li twarrab ftit minn din is-sit- wazzjoni u ssib spażju ħalli bħal tieħu kontroll. Dan trid tagħmlu billi tirrilassa, ħalli b'hekk terġa' tieħu enerġija friska u tkun tista' taffaċċja din il-pressjoni li qiegħda ddur madwarek u li fadlilha żgur tliet ġimgħat oħra. Int trid tagħraf vera iktar lilek innifsek. Parir ikun tajjeb, imma finalment, int trid tiddeċiedi. Irrifletti! Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 27 u 36. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Żmien ta' riflessjoni, żmien li trid tagħraf it-triq tiegħek, żmien li trid tagħmel bilanċ mill-pas- sat għall-preżemt ħalli issa tkun tista' timxi f'dak li ilek tippjana. Il-karriera hija l-ewwel pass fejn jaf ikun hemm it-tibdil minn dak li għandek illum. L-imħabba hija storja li żgur se tagħtik ftit ta' riflessjoni ta' xi trid eżatt, fejn hawn tinsab mifxul, però, imxi pass pass. Trid tagħraf minn xiex għaddej. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 17, 29 u 30. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Mument fejn int trid toħroġ mill-problema li int ġibt madwarek. Għandek dawn il-ħmistax fejn iva, hu possibbli li toħroġ għalkemm trid tagħraf ċertu responsabbiltà, ħalli dan l-iżball ma jerġax jitwettaq. Bidla żgħira li ġejja fix-xogħol tiegħek, taf it- tik triq aħjar. Għalkemm għall-ewwel se taħseb li din kienet xi deċiżjoni ħażina, bil-mod tagħraf kemm kien sew li saret, ħalli int tkompli miexi. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 26 u 34. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Żmien fejn int trid tara eżatt x'inhu jiġri fir-relazzjoni mal-maħbub/a. Dan issa ilu ftit jinħass, imma trid tilqa' minn issa , qabel ma s-sitwazzjoni tibqa' sejra għall-ħażin. Żgur li trid tagħraf l-imġiba tiegħek u l-ħin iktar. Dawn żgur trid tieħu ħsieb tirranġahom għax qegħdin joħolqu l-problemi. Risposta li għandek ġejja, taf toħloq aktar tensjoni, u għalhekk, aħseb biex issewwi. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 23 u 37. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Xi kultant, meta tkun rasek iebsa jaf toħloq iktar problemi. Huwa żmien fejn trid turi aktar kalma. Ġej perjodu tajjeb għalik, imma jekk int tkun kif int bħalissa, taf timblokka dak li ġej. Bħalissa mhux żmien li tieħu xi deċiżjoni dwar tibdil ta' dar, imma ħalli li jasal Jannar. Għalissa kun trankwill, ħalli dak li ġej għalik madwarek, jgħinek tikber u tissaħħaħ. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 22 u 93. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Gwida dwar il-Ouija Board Mela issa, li rajna minn xiex għaddew Tania, Sue u Fiona, se naslu għal twissija u gwida dwar il-Ouija Board. Wara li kont smajt l-istejjer tat-tlieta li huma, issa kelli biċċa xogħol biex nara nikkonvinċix lil dan l-ispirtu, Daniel, biex jikkomunika miegħi ħalli nara kif nista' nsolvi l-każ. Wara bosta tentattivi, Daniel aċċetta li jagħmel kuntatt miegħi, imma dan ma kienx faċli għax Daniel huwa spirtu progressiv ħafna. Daniel, li kien ġie mqanqal minn dawn it-tliet tfajliet, beda jgħini nifhem minn xiex kien għadda meta kien ħaj. Li kien ġralu Daniel, li bejn l-età ta' 17-il sena u 27 sena, kien għadda minn tliet relazzjonijiet iebsin ħafna ta' tradiment. Fl-aħħar relazzjoni, kien ħadha bi kbira tant, li ddeċieda li jagħmel suwiċidju fl-età ta' 27 sena. Imqanqal minn dawn it- tliet tfajliet, hu ra li għandu jpattiha biex jivvendika lilu nnifsu. Imma wara bosta kuntatti ma' Daniel, irnexxieli nikkalma r-rabja u bil-mod, għaddejt biex inwasslu lejn id-dawl. Min-naħa ta' Tania, Sue u Fiona, għadni niltaqa' magħhom għat-terapija spiritwali. Din qed tkun pożittiva, imma mhix faċli, għax meta jitqanqal spirtu progressiv, ċertu enerġija negattiva tkun laħqet ħarġet. Ma' Sue u Tania mxejna ħafna, u ninsabu mexjin tajjeb ma' Fiona wkoll. Każijiet bħal dawn sfortunatament jafu ma jkunu solvuti qatt, imma meta l-persuna ssir tafda, din temmen u tkun determinata għal proċess biex issib id-dawl. Iktibli biex niddiskutu l-esperjenza tiegħek u INT tkun dawl għall-oħrajn. Ibagħtli fuq pauljon. aquilina13@gmail.com. Namaste. 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015