Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 33 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Valletta .........................2 Qormi ............................1 Valletta għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 2-1. Madankollu, huma rnexxielhom jiksbu t-tliet punti minn dan il-konfront, b'mod iktar diffiċli minn dak mistenni. Mal-11-il minuta Valletta fetħu l-iskor meta Romeu Pericles Romao krossja tajjeb mil-lemin lejn l-attakkant Arġentin Federico Matias Falcone li permezz ta' rovexxata spettakolari minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Jean Matthias Vella. Sitt minuti wara, kien imiss lil Albert Bruce li jikkrossja lejn Federico Matias Falcone, iżda kien pront ħareġ il-goalkeeper Jean Matthias Vella li rebaħ il-ballun minn fuq ras l-awtur tal-ewwel gowl, Federico Matias Falcone. Il-Beltin komplew fuq l-offensiva u fil-21 minuta xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa ta' Claudio Pani ġie mdawwar f 'korner bi bravura mill-goalkeeper ta' Qormi. Kontra x-xejra tal-logħob u fl-ewwel attakk perikouż li ħolqu fil-logħba, Qormi ġabu l-iskor indaqs fl-24 minuta meta l-eks plejer ta' Żebbug Rangers, Carlo Gordon Monti għadda tajjeb lejn Terence Vella, li permezz ta' xutt mill- ewwel b'saħħtu minn distanza konsiderevoli tefa' l-ballun wara Henry Bonello, biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu matul dan l-istaġun bil-flokk tal-Blacks and Yellows. Valletta rrispondew fid-29 minuta permezz tal-plejer mill-Ghana, Albert Bruce, li ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jintemm barra. Tliet minuti biss wara xutt minn barra l-kaxxa tal-plejer żagħżugħ u li ġie ammonit żewġ minuti biss qabel, Llywelyn Cremona, ġie mdawwar f 'corner bi bravura minn Jean Matthias Vella. Fil-45 minuta xutt ta' Albert Bruce minn barra l-kaxxa ġie mdawwar f 'corner minn Jean Matthias Vella, wara li ntefa' minn tulu fl-art. Fit-58 minuta, xutt bomba mid- distanza ta' Romeu Pericles Romao għal Valletta, għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn Jean Matthias Vella. Valletta komplew jattakkaw fit-tentattiv ovvju li jerġgħu imorru fil-vantaġġ u mas- siegħa logħob, xutt bid- dawra tal-attakkant prolifiku Tuneżin Abdelkarim Nafti minn tarf il-kaxxa ġie milqugħ tajjeb minn Jean Matthias Vella. Qormi rrispondew fil-65minuta u kienu ferm sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta Carlo Gordon Monti tefa' cross fil-baxx lejn Alex Nilsson, li minn taħt il-lasti ra t-tentattiv tiegħu mill- viċin jiġi nterċettat bi bravura minn Henry Bonello. Valletta skorjaw il-gowl tar-rebħa fit-82 minuta permezz ta' freekick dirett b'saħħtu minn pożizzjoni angulata ta' Abdelakrim Nafti, bil- ballun jaħbat mal-wieqfa, qabel b'mod sfortunat ħabat mal-goalkeeper Jean Matthias Vella nnifsu u ntemm ġewwa. Valletta - Bonello, Azzopardi, Camilleri, Cruz, Bruce, Priso (Suda 83'), Falcone, 21 - Llywelyn Cremona (Mifsud Triganza 70'), Pani, Nafti (Borg 86'), Romao Qormi - J. M. Vella, Cassar, Sidibe, Olawale Ojula, Berntsson, Agius (Vella 41'), Gauci, Magro (Oproiescu 80'), Monti, T. Vella (Micallef 68'), Nilsson Referi - Fyodor Zammit JEAN MATTHIAS VELLA ĠĠie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. F'dan il-konfront kien qed jieħu post il-goalkeeper żagħżugħ Andreas Vella, li jiġi ħuh stess. Fil-passat riċenti lagħab ma' Vittoriosa Stars. Valletta jegħlbu lil Qormi b'diffikultà CRISTIAN ANTONY MUSCAT Naxxar L .................... 1 Sliema ....................... 2 SlieMa Wanderers irritornaw għar-rebħ, meta għelbu lil Naxxar lions bl- iskor ta' 2-1, bit-tliet gowls li huma jaslu fl-ewwel taqsima. Għal-lions, il- captain angus Buhagiar u David Fenech ħadu post Ryan Gilmour Cassar u s-sospiż Richard Cardozo. Min-naħa l-oħra, il-kowċ tal-Wanderers Stephen Azzopardi li huwa l-aktar kowċ li qatt ikkowċja logħbiet fil-Kampjonat BOV Premier, sejjaħ lil Benjamin Essel, Pedro dos Santos Calcado u Johann Bezzina mal-ewwel 11, wara li dawn it-tlieta ħadu post Clifford Gatt Baldacchino, John Mintoff u Marko Potezica. Il-Blues resqu viċin li jiftħu l-iskor wara biss żewġ minuti logħob permezz ta' xutt b'saħħtu tal-attakkant prolifiku Brażiljan Pedro dos Santos Calcado, li iżda stampa mal-wieqfa. Madankollu, huma ma kellhomx jiġu miċħuda mill-gowl ħames minuti biss wara meta minn freekick ta' Pedro dos Santos Calcado, il-ballun spiċċa għand il- plejer żagħżugħ Aidan Jake Friggieri li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Naxxar Lions, Julian Azzopardi. Il-Wanderers irduppjaw l-iskor fit-33 minuta meta freekick dirett mil-lemin ta' Rafael Ledesma għeleb lill-goalkeeper Julian Azzopardi, bil-ballun jintemm fir-rokna tax- xibka. Naxxar Lions naqsu l-marġini tal-iskor fis-36 minuta grazzi għal Daren Falzon li rċieva l-ballun minn through pass, avvanza tajjeb u antiċipa lill- goalkeeper tal-Wanderers, Entonjo Elezaj, qabel tefa' l-ballun fix-xibka. Naxxar - L. Azzoaprdi, Rajovic, Scicluna, Zady (Bonnici 85'), Falzon, Debono, Grech, Fenech (Sidoine 46'), Buhagiar, Lattes, Viera dos Santos Sliema - W. Elezaj (Zammit 64'), Muscat, Essel, Scerri, Calcado (Esquivel 89'), Ledesma (Xuereb 81'), Friggieri, Bezzina, Muir, Bianciardi, Dimech Referi - Philip Farrugia PEDRO DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-Brażil. Kien fundamentali biex il-Wanderers kisbu din ir-rebħa. Fil-passat riċenti lagħab ma' Balzan fejn kellu esperjenza mill-aqwa. Ingħaqad ma' Sliema Wanderers f'Jannar ta' din is-sena. Sliema W. jegħlbu lil Naxxar L. b'kollox iseħħ fl-ewwel taqsima Republic Street, Valletta next to the Courts Ritratt - Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015