Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 39 SportSillum kkombinat mal-Waterpolo Twieled fl-1986 f 'Tal-Pietà. Huwa l-Kowċ u Plejer tal-Malta Canoe Polo Club. Beda jiffoka fuq il-handball, fejn kien jilgħab ma' Phoenix u Aloysians. Wara injury fl-irkoppa, qaleb l-isport għall- canoe polo. Karl Borg taqsimiet ta' bejn 7 u 10 minuti l-waħda. Kull tim jibdel in-naħa tal-pitch fil-half-time, li jdum bejn minuta u tliet minuti. Kull taqsima tibda bi 'sprint' fejn kull tim joqgħod mal-linja tal-gowl (bħalma jsir fil-waterpolo), u l-ballun jintefa' f 'nofs il-pitch mir-referi. Plejer wieħed minn kull tim jisprintja biex jirbaħ il-pussess tal-ballun. Riċentament ġie introdott dak li huwa magħruf bħala shot clock biex tiżdied il-veloċità fil-logħba. Tina iktar dettalji rigward dan. Ix-shot clock jintuża hekk kif it-tim li jkun qed jattakka għandu ċans ta' 60 sekonda biex jixxuttja fil-lasta, jew inkella jitlef il-pussess tal-ballun. L-istess apparat imur lura għal żero meta l-ballun jigi interċettat mit-tim avversarju jew meta t-tim li jkun qed jattakka jitlef il-pussess. Ix-shot clock huwa żieda addizzjonali li ġiet introdotta riċentament fir-regolamenti ta' dan l-isport, u minħabba li dan huwa kemmxejn għali biex wieħed jixtrieħ kif ukoll kemmxejn kumpless biex jintuża, ma jiġix użat madwar id-dinja kollha. Xi tgħidilna fuq ir-regolamenti ta' dan l-isport kemmxejn innovattiv? Ħafna mir-regolamenti ta' dan l-isport jikkonċernaw is-sigurtà tal- plejers involuti u huma ddisinjati propju biex iżommu r-ritmu tal- logħba mgħaġġel kemm jista' jkun, biex dan l-isport jibqa' eċitanti kemm għall-plejers involuti fil- logħba kif ukoll għall-ispettaturi li jkunu qed isegwu l-logħba mill- istands rispettivi. Niġu issa għal pajjiżna. Meta ġiet introdotta din il-logħba f 'Malta? F'Malta din il-logħba tmur lura għall-2002 meta ftit entużjasti tal- canoes iddeċidew li jinkludu ballun tal-waterpolo matul is-sessjonijiet tagħhom bil-canoes. Għall-ewwel din kienet tkun attività ta' gost bejn il-ħbieb, li kienu jorganizzaw il-logħbiet tagħhom fil-pitch tal- Waterpolo ta' Valletta, f 'Chadwick Lakes jew sempliċiment fil-baħar. Il-maġġoranza tal-ewwel sitt persuni li kienu jieħdu sehem f 'dawn l-attivitajiet, għadhom jiffurmaw parti mill-Malta Canoe Polo Club sal-lum il-ġurnata, fejn jgħallmu l-logħba lil min għadu qed jibda jippratikka dan l-isport. Dan il-klabb kompla jikber tul il-medda tas-snin, tant li f 'Mejju ta' din is-sena, l-istess klabb ipparteċipa fl-ewwel tournament organizzat mill-U.R.K.V. Michiel de Ruyter Canoe Polo Club, fejn ħadu sehem xejn inqas minn 48 tim. Il- logħbiet gew organizzati fix-Xmara Amstel f 'Uithoorn, fl-Olanda. Il-klabb Malti lagħab kontra seba' timijiet internazzjonali, u rnexxielu jikseb rebħiet kontra erbgħa minn dawn is-seba' timijiet. Apparti milli kkompetew f 'dawn il-logħbiet, il-membri tal-klabb Malti servew ukoll bħala referis matul logħbiet oħra li ma kinux involuti fihom. Ilbieraħ ġie organizzat għall-ewwel darba f 'pajjiżna l-Malta Open Canoe Polo Tournament ġewwa Baċir Nru 1, f 'Bormla. X'deherlek minn dan? Fil-fatt ipparteċipaw ħames timijiet ġejjin minn żewġ pajjiżi Mediterranji. It-tim ospitant ta' Malta kien ilu jipprepara ħafna għal din il-kompetizzjoni permezz ta' taħriġ intensiv. Dan involva xhur ta' taħriġ li żdiedu fl-intensità tagħhom matul l-aħħar ġimgħat, biex il-klabb Malti seta' jinkludi żewġ timijiet għal dan it-tournament. Finalment, dan it- tournament irriżulta bħala wieħed ta' suċċess kbir. Wieħed li jixtieq jibda jipprattika dan l-isport kif jista' jagħmel biex jagħmel kuntatt mal-Malta Canoe Polo Club jew inkella mal-Federazzjoni Maltija tal- Canoeing? Wieħed jista' jikkuntattja lill- Malta Canoe Polo Club billi jibgħat email fuq maltacanoepolo@ gmail.com jew billi jidħol fil- paġna uffiċjali tal-istess klabb fuq Facebook. Wieħed jista' wkoll jikkuntattja lir-rappreżentant tal-media ta' dan il-klabb, Chris Mangion fuq in-numru ċellulari 99983576 jew inkella billi jibgħatlu email fuq l-indirizz elettroniku christmangion@gmail.com "F'dan l-isport huwa obbligatorju li kull plejer jilbes ilbies protettiv, elmi u guards tal-wiċċ. Normalment, il-logħba hija deskritta bħala kombinazzjoni ta' waterpolo, basketball u kayaking." Ritratti: Chris Mangion