Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 29 17 31 2 41 64 51 73 New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi sT. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara sT. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà J.V.'s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd, 382, Triq Manwel Dimech, Sliema sT. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard life Time Pharmacy, 41, Triq L-Emigranti c/w Triq Franza, Naxxar sT. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba maddaleNa Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija ViCTory Pharmacy, 32, Triq il-Vi- torja, Isla saN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala Crux Pharmacy, Triq L-Għansar, Qajjenza, Żejtun CeNTral Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Luqa saNTa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ spiżeriJa Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria gozo Chemists, Mġarr Road, Xewkija l-oGħlA: 22˚Ċ l-inQAS: 15˚ Ċ teMp: Imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad kultant Viżibilità: Tajba lokalment moderat għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita riħ: Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad bAħAr: Qawwi iMbAtt: Moderat mil-Lvant teMperAturA tAl-bAħAr: 24 °C l-oGħlA: 23˚Ċ l-inQAS: 16˚Ċ teMp: Ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad għall- ewwel Viżibilità: Tajba lokalment moderat għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita riħ: Lvant għax-xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jiżdied għal forza 5 għal 6, lokalment forza 6 li jdur mil-Lvant filgħaxija. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad bAħAr: Qawwi iMbAtt: Moderat mil-Lvant li jsir baxx għal moderat teMperAturA tAl-bAħAr: 24°C L-ebda linji gwida għall-Pulizija, Tkompli minn paġna 1 Dwar din is-sitwazzjoni, ir-rapport qed jirrakomanda lill-Membri Parlamentari biex ineħħu t-talba ta' kwerela mill-Pulizija 'f 'każijiet fejn m'hemmx bżonnha', li l-Pulizija jkollha politika ċara u miktuba dwar l-arrest u l-għajnuna u protezzjoni li l-vittma tkun teħtieġ, kif ukoll li malli joħroġ l-att ta' akkuża, l-agressur ikun notifikat mill-ewwel. Għalkemm meta xehedu quddiem il-Kumitat, li issa għadda dan ir-rapport għad- diskussjoni fil-Parlament, numru ta' vittmi qalu li sabu l-għajnuna kollha meħtieġa mill-Pulizija, bosta oħrajn qalu li jew ma sabu għajnuna ta' xejn jew inkella, saħansitra, sabu tfixkil. Ir-rapport jgħid hekk: 'Vittmi oħrajn qalu li l-Pulizija ppruvaw jitfgħu t-tort fuqhom. Kien hemm min qal li lanqas biss mar jagħmel rapport għax l-agressur tant kien magħruf mal-Pulizija li żgur kienu se jaqbżu għalih. Kien hemm każijiet fejn jekk il-vittmi ma jsibux lill-Pulizija partikolari li jafu li jkun lest li jgħinhom, imorru lura d-dar bla ma jagħmlu rapport.' Fil-fatt, każ ieħor ikkwotat fir-rapport, jiżvela kif vittma partikolari marret l-għassa biex tirraporta swat u abbuż mis-sieħeb tagħha, inkluż l-istupru fuq bintha, biex wara saret taf li s-Surġent partikolari kien fetaħ it-tieqa tal-kamra fejn kien qed isir ir-rapport biex l-aggressur ikun jista' jisma' dak kollu li hija kienet qed tirrakonta fl-għassa. Għalkemm ir-rapport jammetti li t-taħriġ mhux faċli jingħata għax huwa speċjalizzat ħafna u jrid jilħaq 2,000 membru tal-Korp tal- Pulizija l-eks Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, li deher quddiem il-Kumitat, kien ikkwotat jgħid li ħadd ma jista' jitħalla barra (mit-taħriġ) għaliex l-ebda pulizija mhu eżenti milli jieħu rapport u jintervjeni f 'każ ta' vjolenza domestika.' Dwar każijiet bħal dawk żvelati fir-rapport, l-eks Kummissarju jametti li hemm problema ta' privatezza meta vittma ta' vjolenza domestika tiġi biex tagħmel rapport fl-għassa. Fil-fatt, huwa rrakomandat li għandu jingħata żmien stipulat li matulu jsiru l-istudji meħtieġa u kmamar apposta fl-għasses fejn vittmi jkunu jistgħu jagħmlu rapport bil-privatezza kollha li jeħtieġu każijiet bħal dawn. Ebda gwida lill-Pulizija dwar l-arrest Intant ir-rapport jitfa' dawl fuq il-fatt li bħalissa l-Pulizija m'għandhom ebda gwida dwar l-arrest ta' persuna li tkun allegatament wettqet att ta' vjolenza domestika. Minħabba dan, jirrimarka r-rapport, kull membru tal-Korp jiddeċiedi hu stess x'għandu jagħmel fid-dawl tal-għodda li tagħtih il-liġi li tistipula numru ta' siegħat partikolari li matulhom persuna tista' tinżamm arrestata. Ir-rapport jikkwota lil Roberta Lepre mill-Victim Dan ir-rapport kien ippreżentat lill- Parlament matul is- sajf wara li l-Kumitat Permanenti dwar l-affarijiet Soċjali sema' lil diversi persuni li b'xi mod jew ieħor missew mal-vjolenza domestika. Il-Kumitat huwa magħmul minn seba' Membri Parlamentari, jiġifieri Deborah Schembri, anthony aguis Decelis, Godfrey Farrugia u Silvio Parnis mill-Partit Laburista u Claudette Buttigieg, robert Cutajar u Marthese Portelli mill- Partit nazzjonalista. M'hemm l-ebda linji gwida li jirregolaw is-servizz li jingħata mill-avukati tal-għajnuna legali tabib jiddeċiedi hu jwassalx każ għand l-awtoritajiet Kien hemm każijiet fejn jekk il-vittmi ma jsibux lill-pulizija partikolari ma jagħmlux rapport