Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
16 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 M inkejja li fil-faċċata ta' dan il-ġurnal għandna storja li tixhed in-nuqqasijiet, xi kultant anke gravi, fis-sistema li suppost tipproteġi lill-vittmi ta' vjolenza domestika, ċ-Ċerpersin tal- Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika Yana Micallef Stafrace toħroġna xi ftit mir-rabja naturali li taqbdek int u taqra l-istess rapport ippreżentat lill-Parlament mill-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali u tfakkarna li l-affarijiet mhux daqshekk iswed u abjad. Micallef Stafrace tibda billi tfakkar lill-ILLUM li l-vjolenza domestika, għalkemm fil- maġġoranza tal-każi ssir fuq il- mara, għandha definizzjoni wiesa'. Fis-sens li l-vittma jista jkun raġel f 'relazzjoni eterosesswali jew anke raġel jew mara f 'relazzjoni omosesswali. Tista tkun fil-forma fiżika jew anke psikoloġika. Iżda lilhinn mill-aspett emottiv tal-att, li dwaru l-midja, fosthom l-ILLUM, ilha titkellem, din il-ġimgħa dan il-ġurnal għamel eżerċizzju ta' analiżi tar-rapport li preżenta l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali bl-isem 'Il-vjolenza Domestika – Vittmi u Servizzi'. Rapport li fil-fehma tagħna huwa xokkanti. Nistqarr ma' Micallef Stafrace illi l-ġist tar- rapport u l-impressjoni li jħallik biha huwa li s-sistema mhux mfassla b'tali mod li tipproteġi lill-vittma, jew li tipproteġiha biżżejjed. Iżda Micallef Stafrace donnha tkun sorpriża u ma taqbilx mas-sens ta' diżappunt tagħna. "Jiena ma ngħidx hekk, kieku kelli nistaqsi jekk is-sistema hux qed taħdem 100%, ngħidlek li le u li hemm bżonn ħafna xogħol xi jsir, veru. Imma minn meta daħlet l-konvenzjoni ta' Istanbul ix-xogħol għaddej u r-rittmu qed jiżdied u qed jirrifletti dejjem iktar is-sitwazzjonijiet fil- preżent." U jekk taħfirlu? Imma ma jinkwetakx il-fatt li r-rapport jgħid kif m'hawnx linji gwida, la għall-pulizija, la għat-tobba u lanqas għall-avukati tal-għajnuna legali? Nfakkru kif l-istess rapport, li suppost għandu jkun diskuss mill-Membri Parlamentari, jgħid kif ,per eżempju, tabib m'għandux linji gwida x'isegwi, anke meta jkollu pazjent bi ġrieħi ta' vjolenza domestika quddiemu. Micallef Stafrace tirrispondi billi tgħid illi wieħed qed imiss ma' problema ikbar hawnhekk. "Iva naqblu li għandu jkun hemm linji gwida, imma jekk il-vittma tkun trid taħfirlu?" F'liema punt jerġa jidħol il- ġurnal li jfakkar kif anke fuq din il-kwistjoni r-rapport jgħid illi, maħfra jew le, l-Qorti għandha tkompli tisma' l-każ. Iżda Micallef Stafrace tfakkar illi dan kollu mhux daqshekk faċli. "Sewwa mela l-vittma taħfer imma l-Maġistrat jibqa' għaddej bil-kawża u dak il-lejl stess il- vittma terġa tmur torqod għand l-agressur. X'se jiġri?" Imma l-att ikun twettaq ifakkar dan il-ġurnal. "Tinsiex li ħafna drabi lanqas xhieda ma jkun hemm u tkun il-vittma, kontra l-agressur. Xi kultant ikollok it-tfal jixhdu wkoll li mhux sitwazzjoni feliċi. Imma ejja ngħidu," tkompli Micallef Stafrace, "li hemm xhieda oħra li jistgħu jixhdu fil-Qorti li l-att kien ta' vjolenza domestika, fl- istess ħin li l-vittma qed taħfer. X'se tagħmel? Ħa tordnalha tmur ix-xelter meta din ma tkunx trid?" L-ILLUM tfakkar illi din tal- maħfra jew li l-vittma ma tixhidx hija, ġeneralment, frott ta' pressjoni mill-agressur. "Mhux dejjem", tgħid Micallef Stafrace, " xi drabi il-vittmi jkunu jridu." Mela hawn xi vittmi li jridu jissawtu? jistaqsi l-ILLUM. "Le, imma jemmnu lill-agressur meta jgħidilhom li daqshekk se jkun hemm vjolenza. Mhux faċli, għalhekk nemmnu li għandu jkun hemm l-għajnuna biex il- vittma tasal, b'mod seren, għad- deċiżjonijiet tagħha. Imma jekk trid taħfirlu, ma nistax nżommha. Issa jekk nibqa għaddejja bil- każ, x'se nsolvi? Jien dejjem qed nitkellem fuq livell personali għax jekk inħarsu lejn il-vjolenza domestika bħala problema tas- soċjeta' mhux tal-individwu mela allura, iva, nkunu qed insolvu problemi, fosthom fuq il-post tax- xogħol, per eżempju, għax ikollok persuna li mhux qed tagħti l-aħjar tagħha" Il-Pulizija mhux social workers Kif tixhed l-istorja tal-lum fuq dan il-ġurnal ir-rapport huwa kritiku ħafna lejn il-mod kif topera il-pulizija, imma Micallef Stafrace tfakkarna mill-ewwel, "il-Pulizija mhux social workers. Dik il-verita'. Għandha issir sistema ta' kuntatt dirett mas- social workers? Iva mela. Imma nerġa ntenni, l-pulizija mhux social workers " Mill-ewwel tibda titkellem dwar waħda mill-proposti ta' dan l-istess rapport, jiġifieri n-nuqqas ta' privatezza fl-għassa meta persuna tagħnel rapport u filwaqt li ma tesprimix ruħha kontra, Micallef Stafrace ma tantx tagħti l-impressjoni li din il-proposta hija waħda prattika. "Qed nitkellmu fuq miljuni hawn ta. Trid miljuni sodi u mhux la kemm sempliċiment tgħid li trid kmamar apposta. Għalhekk aħna qed ngħidu li rridu nibdew bl- edukazzjoni." L-ILLUM terġa tinterrompi lil Micallef Stafrace u tfakkar illi dak li qed titkellem dwaru, jiġifieri li nedukaw huwa importanti, imma huwa f 'termini ta' tul ta' żmien. U dawk li qed ibatu issa? Dawk kif se nsolvulhom il-problema? "Sibli l-flus u nsolvhielek" tkun ir-risposta immedjata, li tħallina xi ftit sorpriżi, biex nkunu għidna kollox. "Taf kemm huwa l-baġit tal-Kummissjoni? €70,000 fis- sena u żewġ impjegati." Imma l-ILLUM ifakkar, anke jekk iħoss li m'għandux għalfejn, illi dan il- pajjiż isib flus għal ħafna affarijiet oħrajn, "iva possibbli għal kwistjonijiet daqstant importanti ma nsibux?" Micallef Stafrace tgħid illi li hemm bżonn huwa li lin-nisa tagħtihom il-kuraġġ permezz ta' sistema li l-vittma tibqa' d-dar filwaqt li l-agressur jkun ordnat joħroġ mill-proprjeta', "għax inkella se tagħmel rapport u wara li tagħmel ir-rapport terġa tmur tgħix mal-agressur. Naturlament il-problema tibqa' illi jekk għandek każ li mhux meqjus gravi legalment, l-affariijiet jistgħu jieħdu ż-żmien." Terġa ddur fuq il-proposta ta' kmamar fl-għases fejn vittmi jkunu jistgħu jirraportaw fil- privatezza u tistieden lill-ġurnal biex imur fl-għasses madwar Malta "u sibli fejn se tagħmel din il-kamra." Tfal suwuċidali Nduru fuq punt ieħor li jissemma fir-rapport tal-Kumitat Parlamentari, jiġifieri dik li tfal suwiċidali ma jingħatawx għajnuna psikoloġika għax wieħed mill-ġenituri ma jkunx irid jiffirma. "Din għarukaża" jirrimarka l-ġurnal, b'Micallef Stafrace tgħid illi "sfortunatament, jekk l-awtorita hija f 'idejn it-tnejn, hekk jiġri iva. Jew inkella trid tmur il- Qorti u ddum ix-xhur għax tkun trid tinnotifika lill-akkużat u l-affarijiet jibqgħu pendenti. Issa jekk għandhux ikun hemm sistema ta' 'emergency orders' hija xi ħaġa li għandha tkun diskussa. Sistema li toffri soljev ... imma mhux lil kulħadd Huwa vera li dawn l-affarijiet jieħdu l-ħin u l-miljuni imma nerġgħu ninsistu illi r-rapport ippreżentat lill-Parlament xorta jagħti stampa ta' sistema li mhux qed tofri solljev. "Le toffri, soljev, imma mhux lil kulhadd. Eluf jmorru l-għasses u jinqdew sew, imma naturalment ikun hemm min ma jkunx." Micallef Stafrace tfakkar lil dan il-ġurnal li qed isir ħafna xogħol, "issa l-pulizija għandha kuntatt dirett mal-aġenzija Appoġġ, imma l-affarijiet ma jsirux minn jum għall-ieħor. Issa meta vittma tmur l-għassa tal-pulizija jistgħu, minflok jerġgħu jibagħtuha d-dar ħdejn l-aggressur, jibgħatuha l-Appoġġ, li qed tagħti is-servizzi tagħha 24 siegħa kuljum." ...u l-agressur fejn se jispiċċa? Tfakkar ukoll kif bħalissa għaddej proċess mal-Avukat Ġenerali biex tkun introdotta s-sistema li toħroġ l-agressur mid-dar. "Minkejja dan trid tara wkoll fejn se jispiċċaw l-agressuri jekk dawn se nneħħuhom mid- dar fejn ikun qed isir l-att. Għal mara, jew il-vittma, hemm soluzzjoni, ħażina kemm hi ħażina, imma xelter għall-irġiel Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Bejn proposti u prattika hemm "Sewwa mela l-vittma taħfer imma l-Maġistrat jibqa' għaddej bil-kawża u dak il-lejl stess il-vittma terġa tmur torqod għand l-agressur. X'se jiġri?"