Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
HAWN Malta xejn m'aħna mdorrijin b'dawn it-tip ta' swieq tal-Milied. Swieq li jibdlu l-lokalità li jkunu fihom għal speċi ta' presepju ħaj. Għalkemm dan l-aħħar fil-gżira tagħna qed jitfaċċaw xi swieq tal-Milied 'l hawn u 'l hinn, imma jkun organizzat biss għal ġurnata jew tnejn l-aktar. Is-Swieq tal-Milied fl- Ewropa jieħu ċ-ċentru tal-belt għal madwar 4 ġimgħat sħaħ jew aktar. Il-Christmas Markets huma assoċjati mal-Milied u għalhekk issibhom madwar erba' ġimgħat qabel il-festa tal-Milied, anke jekk hemm minnhom li jibqgħu sejrin anke sas-6 ta' Jannar, l-hekk magħrufa bħala l-Epifanija. Dawn is-swieq kellhom l-oriġini tagħhom fil- Ġermanja u l-Awstrija iżda llum huma ħafna l-pajjiżi li qed jagħmluhom minħabba l-popolarità dejjem tikber tagħhom. Għalkemm kollha huma kopji ta' dawk Ġermaniżi u jien inqis li jekk se mmur inżurhom, inżur l-oriġinali u mhux il-kopji. Dawn il-Christmas Markets jintramaw fi pjazez medjevali li jittrasformaw ruħhom f 'kartolini ħajja tal-Milied. Dan jiġri għax l-istorja ta' dawn il-Christmas Markets tmur lura għall-Medju Evu fil-parti Ewropea fejn kienet mitkellma l-lingwa Ġermaniża. L-aktar wieħed antik jingħad li kien sar fi Dresden fl-1434 u ħafna jgħidu li hu l-aktar antik fosthom kollha, u minħabba f 'hekk, imorru jżuruh madwar 2 miljun turist fis-sena u fih għandu madwar 60 posta. Iżda dan jista' jkun li mhux minnu għax fl-1434, Dresden kienet belt ċkejkna u skont rekords, l-ewwel wieħed imsemmi hu dak ta' Bautzen fl-1384. Fi Vjenna is-suq ta' Diċembru kien speċi ta' suq tal-Milied u jmur lura sas-sena 1294. F'ħafna bliet Ġermaniżi u Awstrijaċi l-Avvent jingħata l-bidu tiegħu bil-ftuħ ta' dawn il-Christmas Markets. Fil- Ġermanja u l-Awstrija t'isfel jissejjaħ "Christkindlesmarkt" li bil-Ġermaniż litteralment tfisser 'Christ Child Market'. Ġeneralment dan is-suq jarma fil-pjazza tal-belt u fiz-zoni pedonali ta' madwar il-pjazza. F'dawn is-swieq jinbiegħu ikel u xorb tradizzjonali u anke jkun hemm xi kant tradizzjonali u żfin. Fil-ġurnata tal-ftuħ, wieħed ikun jista' jiltaqa' ma 'Christkind' jew it-tfajjel Ġesù li jaħdem il-parti tiegħu tfajjel tal-lokal. L-aktar attrazzjonijiet popolari f 'dan is-suq jinkludi l-presepju, figuri magħmula minn għanbaqar nexfin, il-ġewż bil-ħelu, il-gallettini bil-ġinġer u l-aktar popolari, il-Gluhwein li hu nbid ħelu sħun li fih ikun hemm xi ftit brandy. Din ix-xarba tgħinek tisħon ftit mill-kesħa qawwija natalizja, speċjalment meta dawn is-swieq tal-Milied ikunu f 'postijiet f 'ambjent 'abjad' tal-borra. Ikun hemm għall-bejgħ ukoll ġugarelli maħduma bl-idejn, kotba u dekorazzjonijiet għall- Christmas Tree. L-aktar swieq famużi huma dawk ta' Nuremberg, Dresden, Stuttgart, Augsburg u Frankfurt, b'dak ta' Stuttgart imorru jarawh aktar minn 3 miljun turist fis-sena. Anke fiż-żona ta' Alsace fi Franza dawn il-Christmas Markets saru attrazzjoni kbira fejn wieħed mill-isbaħ li hawn, hu dak ta' Strasbourg u jintrema madwar il-Katidral mill-isbaħ ta' din il-belt, Notre Dame. Il-fatt li Alsace kienet darba maħkuma mill- Ġermaniżi jagħmel din iż-żona msemmija għall-Christmas Markets. Għalkemm l-Alsace li hi mimlija viallaġġi li huma kartolina fihom infushom, wieħed jista' jiltaqa' ma' Christmas Market f 'kull pjazza ta' kull belt tagħha, fejn anke dak ta' Mulhouse u Colmar huma spettakolari. 25 pajjiż fejn jinstabu l-Christmas Markets Kif ktibt fil-bidu mill-oriġini tagħhom fil-Ġermanja, il- Christmas Markets xterdu madwar id-dinja kollha u fil-preżent dawn qed jintramaw f '25 pajjiż madwar id-dinja kollha. Fil-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, l-Italja, ir- Repubblika Ċeka, l-Ingilterra, Franza, l-Iskozja, l-Iżvizzera, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Olanda, in-Norveġja, il- Polonja, Slovakkja, Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, il-Kanada u saħansitra fl-Istati Uniti. Il-Christmas Markets tat-Triq Romantika Vaganza fejn iżżuru diversi Christmas Markets filwaqt li żżuru l-post f 'atmosfera natalizja, nagħtikom parir li tmorru fil-bliet fit-triq Romantika li huma kollha medjevali u anke dawk tal- madwar huma faċli li ddurhom u anke li tasal għalihom. Morru Frankfurt bl-AirMalta inkella bil-Lufthansa fejn hemm issibu Christmas Market mill-ikbar fil-pjazza prinċipali. Christmas Market ieħor ferm imfittex hu dak tal-villaġġ mill-aktar pittoresk ta' Heidelberg. Il-Christmas Market ta' Heidelberg hu mxerred f 'ħames pjazez u filwaqt li ddur l-istands mimlija b'tiżjin tal- Milied, b'ikel tipiku taż-żona u xogħlijiet tas-snajja' lokali, wieħed jista' wkoll igawdi mill-isfond li joffri l-kastell u ċ-ċentru storiku ta' Heidelberg. Verament spettaklu li jdaħħlek fi spirtu tal-Milied. Minn hemm, permezz ta' trasport pubbliku, inkella b'xi karozza li tirkbu, nagħtikom parir li żżuru l-Christmas Markets ta' Wurzburg u Rothenburg ob der Tauber. Wurzburg hi l-aktar belt Medjevali romantika u pittoreska fil- Ġermanja kollha. Rothenburg ob der Tauber hi belt ħelwa Medjevali u passiġġata madwar din il-belt ċkejkna fit-triq romantika hi speċi ta' vjaġġ lura fis-sekli. Rudesheim, belt antika fuq ir-Rhine ukoll fiha l-Christmas Market tagħha. Wieħed iżur ukoll il-Christmas Markets ta' Budingen bil-bini ta' din il-belt hu kollu mill- injam u Bad Homburg li hi belt mimlija kultura fejn għexu r-Rumani, il-Kavallieri, ir-rejiet u imperaturi flimkien mal- fortifikazzjonijiet tagħhom, il-vilel, palazzi u l-banjijiet termali. Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 29 ILVJAĠĠI TALBUŻU • L-oriġini ta' dawn is-swieq huma l-Ġermanja u l-Awstrija • Jingħad li ta' Dresden hu l-aktar antik u jżuruh maż-żewġ miljun persuna Heidelberg fix-Xitwa...kartolina ħajja ta' White Christmas Dresden - L-aktar Christmas Market antik fid-dinja li jżuruh 2 miljun per- suna Il-Christmas Market ta' Strasbourg huwa wieħed mill-isbaħ Il-Christmas Markets: Bliet medjevali trasformati f 'kartolini tal-Milied minn John Busuttil