Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 31 SportSillum SportSillum minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................. 1 Naxxar L ..................... 2 Naxxar Lions dawru telfa f 'rebħa ta' 2-1 kontra t-tim neo-promoss ta' St andrews, biex b'hekk kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun u ħallew lit-tim immexxi minn Wayne attard ankrat fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt, hekk kif tilfu għaxar logħbiet minn 10. Permezz ta' din ir-rebħa, il-Lions qabżu lil Qormi li iżda għandhom logħba inqas, biex issa jinsabu fit-tielet post mill- aħħar fil-klassifika. St Andrews għamlu żewġ tibdiliet mill-formazzjoni li sfat megħluba bl-iskor minimu ta' 1-0 kontra Tarxien Rainbows. Dan hekk kif l-akkwist il-ġdid tagħhom Eloy Edu Nkene u Matteo Desira Buttigieg issejħu mal-ewwel 11, bi Chris De Nguidjol u Liam Grech jibdew minn fuq il-bank tas-sostituti. Min- naħa l-oħra, Sidoine Oussou ħa post David Fenech għal Naxxar Lions. Kienu s-Saints li fetħu l-iskor meta Matthew Guillaumier għadda kross perfett lejn il-player żagħżugħ Matteo Desira Buttigieg, li dar ma' difensur avversarju fil- kaxxa qabel tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Julian Azzopardi. Iżda s-Saints ma tantx damu jgawdu dan il- vantaġġ, hekk kif fl-20 minuta, Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs permezz ta' freekick dirett mil-lemin mogħti b'mod perfett li ssorprenda għal kollox lill- goalkeeper ta' St Andrews, Kris Calleja. Ħdax -il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Lions skorjaw il-gowl tar-rebħa, meta minn korner mil-lemin mogħti mill-BOV Plejer tal-Logħba u awtur tal-ewwel gowl Naxxari, Jurgen Debono, għola tajjeb Blazo Rajovic, u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' fix-xibka. St Andrews: Calleja, Cumbo, Williams, Sehitaj, Johnson, Edu Nkene, Farrugia (Walker 65'), Camilleri (De Nguidjol 81'), Guillaumier, Desira Buttigieg, Nwoko Naxxar L: Azzopardi, Rajovic, Scicluna, Zady Gnenegbe (Fenech 46'), Oussou (Bonnici 61'), Falzon (Del Negro 82'), Debono, Grech, Buhagiar, Lattes, Vieira dos Santos Referi Marco Borg JURGEN DEBONO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Kien determinanti biex Naxxar Lions jiksbu dawn it-3 punti prezzjużi. Skorja l-ewwel gowl għal-Lions permezz ta' freekick mill-isbaħ, waqt li pprovda l-assist għat- tieni gowl Naxxari li wasal minn Blazo Rajovic. Naxxar Lions idawru telfa f 'rebħa Ishmael Grech jipprova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' St Andrews, permezz ta' 'sliding tackle' Ritratt - Stephen Gatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015