Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 5 Bidliet minn Gvern Nazzjonalista waqqfu l-pjani tal-konsorzju Tkompli minn paġna 1 ORIĠINARJAMENT, meta l-konsorzju Cottonera Waterfront Group ingħata din il-parti tal-Forti fl- 1999, kellu pjanijiet biex il-bini li qiegħed mal- livell tal-baħar jinbidel f 'lukanda żgħira b'ċentru ta' Spa. Iżda minkejja li kien beda xi xogħol fl-ewwel snin, jidher li dan ilu wieqaf għal dawn l-aħħar snin, bil-proprjeta' tibqa' abbandunata, kif seta' jixhed dan il-ġurnal meta żar il-forti din il- ġimgħa stess. Mitlub jikkumenta dwar dan Hili qal li "x-xewqa tagħna kienet li niżviluppawh aħna iżda fl- 2010 waqqfulna x-xogħlijiet li konna qed nagħmlu. Għall-ewwel il-MEPA għamlet xi sanzjonijiet fuq affarijiet żgħar li aħna rranġajna imbagħad jidher li l-politika tal-gvern inbidlet fuq dan is-sit u bdejna diskussjonijiet biex ngħadduh lura lil gvern." Hili sostna li qabel ma bidel il-politika tiegħu l-Gvern preċedenti dwar is-sit, il-MEPA kienet diġa approvat, kemm l-outline permit u anke d-development plan. "Issa wara li tlesta r-restawr u l-forti ġie ġawhra, kif jixraqlu, dan il-gvern qed juri l-interess li jridu lura. Aħna qed niddiskutu mal-gvern u issa naraw x'se jiġri skont l-eżitu tad- diskussjonijiet." L-istorja kollha bdiet meta fl-1999, l-amministrazzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Eddie Fenech Adami kien ta' lill-konsorzju kważi terz tal-Forti Sant'Anġlu, inkluż żewġ swali kbar fl-entrata tal-forti, li kienet mibnija mill-Ingliżi u parti li tinsab fuq il-livell tal-baħar faċċata tal- Kalkara. Snin wara iżda Gvern Nazzjonalista biddel il-politika tiegħu għall- forti, bil-konsegwenza li l-proġetti tal-Cottonera Waterfront Group kellhom jieqfu. Il-Cottonera Waterfront Group huwa immexxi minn imprendituri kbar fosthom Żaren Vassallo ta' Vassallo Builders u George Barbaro Sant tal-Alberta u hu kompost minn diversi kumpaniji fosthom Ħal- Mann, Blokrete u Ballut Blocks. Apparti mill-kummenti ma' Hili dan il-ġurnal mar fil-post u mir-ritratti li qed nippublikaw jidher ċar illi l-bini li jinsab f 'idejn il-konsorzju, u li kellu jsir lukanda, qiegħed f 'telqa kbira. L-ILLUM għamel kuntatt ukoll ma' Żaren Vassallo, li minn naħa tiegħu idderiġina lejn il- Perit Joe Cassar, mniżżel bħala Ċermen fuq is-sit tal-Konsorzju, li minn naħa tiegħu qal lill-ILLUM biex inċemplu lil Hili. Il-parti tal-Forti Sant' Anġlu li dwarha għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern u l- Cottonera Waterfront Group Dehra tal-Forti Sant'Anġlu. Il-parti tan-nofs immexxija minn Heritage Malta, ta' wara mill-Kavallieri u tal-ġenb mill-konsorzju Mitt immigrant daħlu Malta fl-2015 FLEWWEL għaxar xhur tas-sena daħlu b'kollox 100 immigrant minn 12-il nazzjonalità differenti, b'ċifri uffiċjali juru li l-maġġoranza tagħhom waslu mill-Punent tal- Afrika. Dan qalu l-Ministru tal- Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela f 'risposta għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Silvio Schembri. Skont iċ-ċifri preżentati fil-parlament, 13-il immigrant inġiebu Malta permezz ta' ħelikopter għal attenzjoni medika, filwaqt li 87 persuna oħra waslet Malta permezz ta' dgħajsa. L-aktar nazzjonalitajiet li kellhom immigranti salvati minn fuq il-baħar kienu l-Mali u s-Senegal, bil-Forzi Armati ta' Malta, isalvaw 27 u 24 persuna rispettivament. Aktar minn hekk, fost pajjiżi u nazzjonalitajiet oħrajn, iddaħħlu Malta persuni mill- Kosta tal-Ivorju, mill-Guinea Bissau, u l- Gambia. L-aktar nazzjonalità li kellha immigranti salvati mill-ajru kienet is-Somali, b'total ta' ħames immigranti. L-anqas tlett nazzjonalitajiet li kellhom immigranti salvati f 'Malta kienu mil-Benin, mil- Burkina Faso u mil-Guinea Conakr fejn kollha kellhom immigrant wieħed salvat. L-informazzjoni mogħtija wriet ukoll li wieħed mill- immigranti baqgħet ma ġietx iddentifikatha n-nazzjonalità tiegħu għax kien miet. Minkejja din l-informazzjoni mogħtija fil-parlament, tajjeb li wieħed jinnota ukoll li mijiet ta' Libjani, Sirjani, u anke Ukreni fittxew l-ażil f 'Malta wara li waslu fil-pajjiż permezz ta' mezzi legali.