Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
10 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt POŻIZZJONIJIET TA' TECHNICAL ATTACHÉ U RESEARCH ANALYST Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Technical Attaché u Research Analyst fir- Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell. Dawn huma pożizzjonijiet f'numru ta' policy areas u l-kandidati prospettivi irid ikollhom il- kwalifiki rilevanti għall-pożizzjoni jew pożizzjonijiet li se japplikaw għalihom. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Ottubru 2015. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal- Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta 10 ta' Novembru 2015 . L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=127 Libjan jgħajjat 'Allahu akbar ' fil-Qorti Raġel libjan li tressaq il-Qorti qajjem kjass sħiħ f 'awla tal-Qorti wara li spiċċa jgħajjat "allahu akbar" u li l-Qorti u l-pulizija huma parti mill- Mafja. Il-Libjan, li ġie mressaq il-Qorti akkużat li kiser il- kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, beda jaġixxi b'mod isteriku wara li ġie infurmat li l-avukat tiegħu ma kienx se jilħaq ikun fl-awla. Kien hawnhekk li l-akkużat beda jallega li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu ġew miksura u li kien msawwat mill- Pulizija. Sussegwentament, il-Qorti ħatret lill-Avukat Yana Micallef Stafrace bħala għajnuna legali għall- imputat. Wara li ġie infurmat li l-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, l-imputat għal darboħra qabad jgħajjat u din id- darba beda joffendi lill-Prim Ministru Joseph Muscat u saħaq li l-Maltin kienu qegħdin jibbenifikaw minn flus Gaddafi. Fl-awla, l-imputat akkuża lill-Maġistrat Gabriella Vella u l-Ispettur Joseph Busuttil li huma parti mill-Mafja. Fi tmiem is-seduta, uffiċjali tal-pulizija skortaw lill- imputat 'l barra mill-awla. Minkejja l-isforzi kollha tal-pulizija, l-Libjan kompla jgħajjat anke hu u nieżel fil- lockup tal-Qorti. Il-każ tiegħu se jkompli nhar l-Erbgħa. Poġġiet siringi fl-ikel ta' anzjana Tfajla ta' 17-il sena mill-Belt li taħdem bħala 'care worker' fir-Residenza San Vincenz de Paule ammettiet fil-Qorti li tefgħet labar tas-siringi fl- ikel ta' pazjenta anzjana. Fil-Qorti, l-imputata kienet akkużata li ppruvat tikkawża ġrieħi gravi fuq anzjana ta' 84 sena. Irriżulta li t-tfajla, li hija mifhuma li tbati minn kundizzjoni psikjatrika u li isimha ma jistax jixxandar minħabba li għadja minorenni, għamlet dak li għamlet biex titkeċċa mix-xogħol. Fl-awla ħareġ ukoll li meta kellha 16-il sena, t-tfajla kienet għaddiet minn trawma li għadha taffettwaha. Wara li semgħet dan, il- Maġistrat Audrey Demicoli ssuġġeriet lill-prosekuzzjoni u lid-difiża sabiex isir rapport minn espert ħalli jiġi stabbilit x'għajnuna kellha tingħata t-tfajla. Sakemm jitħejja r-rapport, l-imputat ingħata il-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li tiffirma fl-għassa tal-Belt darbtejn fil-ġimgħa u li ma tersaqx lejn postijiet fejn jgħixu anzjani b'mod partikulari San Vincenz de Paule. Raġel mhux ħati li qata' subgħajn martu Raġel ta' 62 sena li f ' awwissu li għadda ġie akkużat li qata barra l-kappell ta' subgħet martu waqt argument ġewwa d-dar tagħhom ġie lliberat mill- akkużi miġjuba kontrih minħabba nuqqas ta' provi. Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar minħabba ordni tal-Qorti, kien tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke fuq akkużi li kkaġuna ferita gravi lil martu, wara li l-pulizija kienu rċevew talba għall-assistena mit-tfal tal- koppja. L-Ispettur Christabelle Chetcuti kien qalet li dakinhar tal-inċident, il-koppja kienu involuti f 'argument waqt li kienu qed jiddiskutu il-possibilità ta' proċeduri ta' separazzjoni. Il-Qorti semgħet kif waqt l-argument ir-raġel allegatament kisser il- mowbajl ta' martu, u ftit mumenti wara ħareġ sikkina minn kexxun u beda jxejjirha, b'riżultat li qatgħalha l-kappell ta' subgħajha bla ma ried. Allegatment, xahrejn qabel kien seħħ argument ieħor fejn ir-raġel għamel sikkina ma' għonq martu quddiem tnejn mit-tlett itfal tagħhom. Madankollu, l-inċident ma kienx irrapurtat lill-Pulizija minħabba li l-mara kienet qed tibża mir-raġel tagħha. Fis-sentenza tagħha, l-Qorti, ppreseduta mill- Maġistrat Doreen Clarke innutat li kemm il-mara u kif ukoll ulied l-imputat għażla li ma jixhdux fil-proċeduri kriminali, u għaldaqstant l-unika li kellha l-Qorti kienet dik tas-Surġent li ħa r-rapport u l-Ispettur li investigat il-każ. Il-Qorti qalet li minkejja li mix-xhieda irriżulta li seħħ inċident fir-residenza tal-imputat u martu, kien hemm biss hearsay evidence, u din tal-aħħar ma tistax tingħata ebda piż mill- Qorti. Għaldaqstant il-Qorti illiberat lir-raġel minn kull akkużi u ma nstabx ħati li kkaġuna ġrieħi gravi fuq martu, li kkaġuna biżà lill- martu, u li heddidha.